This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0038
Directive 2009/38/EC of the European Parliament and of the Council of 6 May 2009 on the establishment of a European Works Council or a procedure in Community-scale undertakings and Community-scale groups of undertakings for the purposes of informing and consulting employees (Recast) (Text with EEA relevance )
Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/10/2015
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/28 |
DIRETTIVA 2009/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Mejju 2009
dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati
(tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ bidliet sostantivi fid-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (3). Din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/45/KE, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, irrevediet l-operazzjoni ta’ dik id-Direttiva u eżaminat partikolarment jekk il-limiti tad-daqs tal-forza tax-xogħol humiex adegwati bil-għan li jiġu proposti emendi, fejn ikun hemm bżonn. |
(3) |
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni, fl-4 ta’ April 2000, ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE. |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 138(2), tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar d-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam. |
(5) |
Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni stmat li azzjoni Komunitarja kienet konsiljabbli u mill-ġdid ikkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, skont l-Artikolu 138(3) tat-Trattat. |
(6) |
Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa reċiproka tagħhom li jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim, kif previst fl-Artikolu 138(4) tat-Trattat. |
(7) |
Huwa neċessarju li tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati bil-għan li tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati, li jiżdied il-proporzjon ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej stabbiliti filwaqt li jiġi permess il-funzjonament kontinwu tal-istrumenti ta’ ftehim eżistenti, li jiġu solvuti l-problemi fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 94/45/KE u li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ċertezza legali li jirriżulta minn xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha jew min-nuqqas ta’ ċerti dispożizzjonijiet, u li jiġi żgurat li jkun hemm irbit aħjar bejn l-istrumenti leġiżlattivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati. |
(8) |
Skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, għan partikolari tal-Komunità u tal-Istati Membri huwa li jiġi promoss djalogu bejn min imexxi u l-impjegati. |
(9) |
Din id-Direttiva hija parti mill-qafas Komunitarju maħsub biex jappoġġa u jikkomplementa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati. Dan il-qafas għandu jillimita l-piż fuq l-impriżi jew l-istabbilimenti filwaqt li jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija. |
(10) |
Il-funzjonament tas-suq intern jinvolvi proċess ta’ konċentrazzjonijiet ta’ impriżi, ta’ mergers transkonfinali, ta’ amalgamazzjonijiet ta’ impriżi, ta’ impriżi konġunti u, konsegwentement, tat-transnazzjonalizzazzjoni tal-impriżi u tal-gruppi tal-impriżi. Jekk iridu jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi f’mod armonjuż, l-impriżi u l-gruppi tal-impriżi li joperaw f’żewġ Stati Membri jew iktar għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti ta’ dawk mill-impjegati tagħhom li jiġu affettwati bid-deċiżjonijiet tagħhom. |
(11) |
Il-proċeduri sabiex jiġu infurmati u kkonsultati l-impjegati kif inkorporati fil-leġiżlazzjoni jew fil-prattika fl-Istati Membri spiss mhumiex ingranati għall-istruttura transnazzjonali tal-entità li tieħu d-deċiżjonijiet li jaffettwaw lil dawn l-impjegati. Dan jista’ jwassal għal trattament mhux ugwali għall-ħaddiema affettwati bid-deċiżjoni ġewwa l-istess impriża jew il-grupp tal-impriżi. |
(12) |
Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw illi l-impjegati tal-impriżi fuq skala Komunitarja jew tal-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja jiġu infurmati u kkonsultati kif jixraq meta jittieħdu deċiżjonijiet illi jaffettwawhom fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn ikunu impjegati. |
(13) |
Sabiex jiġi ggarantit illi l-impjegati tal-impriżi jew tal-gruppi tal-impriżi f’żewġ Stati Membri jew iktar jiġu infurmati u kkonsultati kif xieraq, huwa meħtieġ illi jitwaqqaf Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew li jinħolqu proċeduri oħra addattati għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati. |
(14) |
L-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati jeħtieġ li jiġu definiti u implimentati b’mod effettiv sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-konsultazzjoni ma’, u l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, għandhom jippermettulu li jagħti opinjoni lil impriża f’ħin tajjeb mingħajr ma jikkomprometti l-ħila tal-impriżi li jadattaw. Huwa biss id-djalogu fil-livell fejn jitħejjew id-direzzjonijiet u l-involviment effettiv tar-rappreżentanti tal-impjegati, li jirrendu possibbli l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla. |
(15) |
Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu ggarantiti l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell rilevanti ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni, skont is-suġġett in kwistjoni. Sabiex jinkiseb dan il-għan, il-kompetenza u l-ambitu ta’ azzjoni ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu distinti minn dawk ta’ korpi rappreżentattivi nazzjonali u għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali. |
(16) |
In-natura transnazzjonali ta’ kwistjoni għandha tiġi determinata billi jitqiesu kemm l-ambitu tal-effetti potenzjali tagħha kif ukoll il-livell ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni li tinvolvi. Għal dan l-iskop, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-impriża sħiħa jew il-grupp sħiħ jew mill-inqas żewġ Stati Membri għandhom jitqiesu bħala transnazzjonali. Ikun xi jkun l-għadd ta’ Stati Membri involuti, dawn jinkludu kwistjonijiet li huma ta’ importanza għall-forza tax-xogħol Ewropea f’dak li huwa l-ambitu tal-effetti potenzjali tagħhom, jew kwistjonijiet li jinvolvu trasferimenti ta’ attivitajiet bejn l-Istati Membri. |
(17) |
Huwa neċessarju li tiġi definita l-“impriża kontrollatriċi” relattiva biss għal din id-Direttiva, bla ħsara għad-definizjonijiet ta’ “grupp” jew ta’ “kontroll” f’atti oħrajn. |
(18) |
Il-mekkaniżmi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati f’impriżi jew gruppi ta’ impriżi li joperaw f’żewġ Stati Membri jew aktar għandhom jikkomprendu l-istabbilimenti kollha jew, skont kif ikun il-każ, l-impriżi tal-grupp, li jinsabu fl-Istati Membri, irrispettivament minn jekk l-impriża jew l-impriża kontrollatriċi l-grupp ikollhomx it-tmexxija ċentrali tagħhom ġewwa jew barra t-territorju tal-Istati Membri. |
(19) |
Skont il-prinċipju tal-awtonomija tal-partijiet, hija r-responsabbiltà tar-rappreżentanti tal-impjegati u ta’ min imexxi l-impriża jew tal-impriża li tikkontrolla l-grupp li jistabbilixxu bi ftehim in-natura, il-kompożizzjoni, il-funzjoni, il-mod tal-operazzjoni, il-proċeduri u r-riżorsi finanzjarji tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħolijiet jew il-proċeduri l-oħra ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni sabiex ikunu jixirqu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. |
(20) |
Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu min huma r-rappreżentanti tal-impjegati u b’mod partikolari li jipprovdu, jekk jikkunsidrawha xierqa, rappreżentanza bbilanċjata tal-kategoriji differenti tal-impjegati. |
(21) |
Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati, f’konformità mad-definizzjonijiet fl-iktar Direttivi riċenti fuq dan is-suġġett u dawk li japplikaw fi ħdan qafas nazzjonali, bil-għan tripplu li tissaħħaħ l-effettività tad-djalogu fil-livell transnazzjonali, li jkun possibbli rbit xieraq bejn il-livelli nazzjonali u transnazzjonali tad-djalogu u li tkun żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(22) |
Id-definizzjoni ta’ “informazzjoni” teħtieġ li tieħu kont tal-mira li r-rappreżentanti tal-impjegati jitħallew jagħmlu eżami xieraq, li jimplika li l-informazzjoni għandha tingħata f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa bla ma jitnaqqas il-pass tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-impriżi. |
(23) |
Id-definizzjoni ta’ “konsultazzjoni” teħtieġ li tieħu kont tal-mira li tkun permessa l-espressjoni ta’ opinjoni li tkun utli fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jimplika li l-konsultazzjoni għandha sseħħ f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa. |
(24) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni stabbiliti b’din id-Direttiva, għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ kull impriża jew kull impriża kontrollatriċita’ grupp li jkollha t-tmexxija ċentrali tagħha barra mit-territorju tal-Istati Membri, mill-aġent rappreżantant tagħhom, li għandu jiġi nominat jekk meħtieġ, f’wieħed mill-Istati Membri jew, fin-nuqqas ta’ dan l-aġent, mill-istabbiliment jew mill-impriża kkontrollata li jħaddmu l-ikbar numru ta’ impjegati fl-Istati Membri. |
(25) |
Ir-responsabbià ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi fit-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa biex jibdew in-negozjati, għandha tiġi speċifikata b’tali mod li l-impjegati jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi fejn jaħdmu humiex impriża fuq skala Komunitarja u li jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntatti meħtieġa sabiex ifasslu talba għall-bidu tan-negozjati. |
(26) |
Il-grupp speċjali tan-negozjati għandu jirrappreżenta l-impjegati mill-Istati Membri varji b’mod ibbilanċjat. Ir-rappreżentanti tal-impjegati għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw biex jiddefinixxu l-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tan-negozjati mat-tmexxija ċentrali. |
(27) |
Għandu jingħata rikonoxximent lir-rwol li t-trade unions rikonoxxuti jistgħu jaqdu fin-negozjar u fin-negozjar mill-ġdid tal-istrumenti ta’ ftehim kostitwenti tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, billi jagħtu appoġġ lir-rappreżentanti tal-impjegati li jesprimu dan il-bżonn. Biex ikunu jistgħu jissorveljaw it-twaqqif ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ġodda u jippromwovu l-aħjar prattika, l-organizzazzjonijiet kompetenti tat-trade unions u ta’ min iħaddem li jkunu rikonoxxuti bħala sħab soċjali Ewropej għandhom jiġu infurmati bil-bidu tan-negozjati. L-organizzazzjonijiet kompetenti u rikonoxxuti Ewropej tat-trade unions u ta’ min iħaddem huma dawk l-organizzazzjonijiet ta’ sħab soċjali li jkunu kkonsultati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 138 tat-Trattat. Il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tkun aġġornata u ppubblikata mill-Kummissjoni. |
(28) |
L-istrumenti ta’ ftehim li jiggverna it-twaqqif u l-operazzjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej għandhom jinkludu l-metodi biex isirulhom il-modifiki, biex jiġu tterminati jew innegozjati mill-ġdid skont il-bżonn, partikolarment fejn l-għamla jew l-istruttura tal-impriża jew il-grupp ta’ impriżi jiġu mmodifikati. |
(29) |
Dawn l-istrumenti ta’ ftehim għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-irbit tal-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati li jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet partikolari tal-impriża jew il-grupp ta’ impriżi. L-arranġamenti għandhom jiġu definiti b’tali mod li jirrispettaw il-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi ta’ rappreżentazzjoni ta’ impjegati, partikolarment fir-rigward tal-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla. |
(30) |
Dawk l-istrumenti ta’ ftehim għandhom jipprovdu, fejn ikun meħtieġ, għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ kumitat ristrett sabiex jippermetti l-koordinazzjoni u effettività ikbar tal-attivitajiet regolari tal-Kunsill Ewropej tax-Xogħlijiet, flimkien ma’ informazzjoni u konsultazzjoni fl-inqas żmien possibbli f’ċirkostanzi eċċezzjonali. |
(31) |
Ir-rappreżentanti tal-impjegati jistgħu jiddeċiedu illi ma jfittxux l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar proċeduri oħra għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati. |
(32) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġu applikati ċerti rekwiżiti sussidjarji jekk il-partijiet jiddeċiedu dan jew fil-każ li t-tmexxija ċentrali tirrifjuta illi tiftaħ in-negozjati jew fin-nuqqas tal-ftehim li suppost li jiġi wara dawn in-negozjati. |
(33) |
Sabiex jaqdu fl-intier tiegħu r-rwol rappreżentattiv tagħhom u sabiex il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun utli, ir-rappreżentanti tal-impjegati għandhom jirrappurtaw lill-impjegati li jirrappreżentaw u għandhom jkunu jistgħu jingħataw it-taħriġ illi jirrikjedu. |
(34) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ir-rappreżentanti tal-impjegati filwaqt li jkunu qed jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ din id-Direttiva jgawdu, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, mill-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk provduti lir-rappreżentanti tal-impjegati bil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika tal-pajjiż fejn jaħdmu. Ma għandhom jiġu soġġetti għall-ebda diskriminazzjoni bħala riżultat tal-eżerċizzju skont il-liġi tal-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu minn protezzjoni adegwata rigward it-tkeċċija u sanzjonijiet oħra. |
(35) |
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri fil-każ ta’ nuqqas li jitħarsu l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva. |
(36) |
B’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, f’każi ta’ ksur tal-obligazzjonijiet naxxenti minn din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli il-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjari, kif ukoll sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonati fir-rigward tal-gravità tal-ksur u diswassivi. |
(37) |
Għal raġunijiet ta’ effettività, konsistenza u ċertezza legali, jeħtieġ irbit bejn id-Direttivi u l-livelli ta’ infurmar u kkonsultar tal-impjegati stabbiliti mil-liġi u/jew prattika nazzjonali u Komunitarja. Għandha tingħata prijorità lin-negozjati dwar dawn il-proċeduri għall-irbit tal-informazzjoni f’kull impriża jew grupp ta’ impriżi. Jekk ma jkunx hemm strumenti ta’ ftehim dwar dan is-suġġett u fejn hemm previsti deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew il-kuntratti tax-xogħol, il-proċess għandu jsir kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak Ewropew b’tali mod li jirrispetta l-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi rappreżentattivi tal-impjegati. L-opinjonijiet espressi mill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu bla ħsara għall-kompetenza tat-tmexxija ċentrali li twettaq il-konsultazzjonijiet neċessarji skont l-iskedi fil-leġiżlazzjoni u/jew il-prassi nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni u/jew il-prassi nazzjonali jista’ jkollha tiġi adattata biex il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ikunu jistgħu, skont il-każ, jirċievu informazzjoni minn qabel jew fl-istess waqt bħall-korpi nazzjonali rappreżentattivi tal-ħaddiema, iżda ma għandhiex tnaqqas il-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-impjegati. |
(38) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni msemmija fid-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (4) u għall-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-sensji kollettivi (5) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (6). |
(39) |
Għandu jiġi mogħti trattament speċjali lill-impriżi u lill-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja li fihom fit-22 ta’ Settembru 1996 kien jeżisti ftehim, li jkopri l-forza tax-xogħol fl-intier tagħha, li jipprovdi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati. |
(40) |
Fejn l-istruttura ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi tinbidel b’mod sinifikanti, pereżempju minħabba merger, akkwist jew diviżjoni, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom jiġu adattati. Dan l-adattament għandu jsir bi prijorità skont il-klawżoli tal-ftehim applikabbli, jekk dawn il-klawżoli jippermettu li jsir l-adattament meħtieġ. Jekk dan ma jkunx il-każ u ssir rikjesta li tistabbilixxi l-bżonn, għandhom jibdew negozjati għal ftehim ġdid, fejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j eżistenti għandhom ikunu involuti. Sabiex ikun hemm informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati matul il-perjodu - ħafna drabi deċiżiv - meta tinbidel l-istruttura, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu jaħdmu, possibbilment b’xi adattamenti, sakemm jiġi konkluż ftehim ġdid. Ladarba jiġi ffirmat ftehim ġdid, il-kunsilli li kienu stabbiliti qabel għandhom jiġu xolti, u l-istrumenti ta’ ftehim li jistabbilixxuhom għandhom jiġu tterminati, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-validità jew it-terminazzjoni. |
(41) |
Sakemm ma tiġix applikata din il-klawżola ta’ adattament, l-istrumenti ta’ ftehim fis-seħħ għandhom jitħallew ikomplu sabiex jiġi evitat li jkollhom jerġgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid b’mod obbligatorju meta dan ma jkunx neċessarju. Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex sakemm jibqgħu fis-seħħ l-istrumenti ta’ ftehim konklużi qabel it-22 ta’ Settembru 1996 skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 94/45/KE jew skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/74/KE (7), l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għalihom. Barra minn dan, din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligu ġenerali biex jerġgħu jiġu nnegozjati l-istrumenti ta’ ftehim konklużi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE bejn it-22 ta’ Settembru 1996 u l-5 ta’ Ġunju 2011. |
(42) |
Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-partijiet jiddeċiedu xorta oħra, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew stabbilit fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet għandu, sabiex iwettaq l-għan ta’ din id-Direttiva, jinżamm infurmat u kkonsultat dwar l-attivitajiet tal-impriża jew tal-grupp tal-impriżi sabiex ikun jista’ jagħmel stima tal-impatt possibbli fuq l-interess tal-impjegati f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. Għal dan il-għan, l-impriża jew l-impriża kontrollatriċi għandhom jintalbu li jikkomunikaw lir-rappreżentanti maħtura mill-impjegati l-informazzjoni ġenerali li tirrigwarda l-interessi tal-impjegati u l-informazzjoni li jkollha x’taqsam iktar speċifikament ma’ dawk l-aspetti tal-attivitajiet tal-impriża jew tal-grupp tal-impriżi li jaffettwaw l-interessi tal-impjegati. Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkun kapaċi jagħti opinjoni fl-aħħar tas-seduta. |
(43) |
Ċerti deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq l-interessi tal-impjegati għandhom ikunu bla ħsara għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-impjegati malajr kemm jista’ jkun. |
(44) |
Il-kontenut tar-rekwiżiti sussidjarji li japplikaw fin-nuqqas ta’ ftehim u jservu ta’ referenza għan-negozjati għandu jiġi ċċarat u adattat għall-iżviluppi fil-ħtiġijiet u l-prattiki marbuta mal-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali. Għandha ssir distinzjoni bejn l-oqsma fejn għandha tingħata l-informazzjoni u l-oqsma fejn għandu jiġi kkonsultat ukoll il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, li tinkludu l-possibbiltà li jinkiseb rispons raġunat għal kwalunkwe opinjoni mogħtija. Biex il-kumitat ristrett ikun jista’ jaqdi r-rwol neċessarju ta’ koordinazzjoni u jindirizza b’mod effettiv iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-kumitat għandu jkollu massimu ta’ ħames membri u għandu jkun jista’ jikkonsulta regolarment. |
(45) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tad-dritt tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati f’impriżi fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan. |
(46) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva b’ mod partikolari l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dritt tal-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkunu ggarantiti lilhom informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom fil-livelli adegwati fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti fil-liġi Komunitarja u l-liġijiet u l-prattika nazzjonali (l-Artikolu 27 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). |
(47) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti f’dan il-qasam. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma ġewx emendati hija imposta fid-Direttivi preċedenti. |
(48) |
Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar legiżlazzjoni aħjar (8), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, tabelli li sa fejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(49) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
TAQSIMA I
DIŻPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Objettiv
1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb id-dritt għall-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tal-impjegati fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja.
2. Għal dan l-iskop, għandu jiġi stabbilit Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati f’kull impriża fuq skala Komunitarja u f’kull grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, jekk mitluba bil-manjiera stabbilita fl-Artikolu 5(1), bil-għan li jinfurmaw u jikkonsultaw l-impjegati. L-arranġamenti għall-informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati għandhom jiġu definiti u implimentati b’tali mod li tiġi żgurata l-effettivà tagħhom u li tippermetti lill-impriża jew lill-grupp ta’ impriżi li jieħdu deċiżjonijiet b’mod effettiv.
3. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati għandhom isiru fil-livell rilevanti ta’ tmexxija u rappreżentazzjoni, skont is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Għal dan il-għan, il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-ambitu tal-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati regolati minn din id-Direttiva għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali.
4. Kwistjonijiet li jitqiesu li huma transnazzjonali huma dawk li jikkonċernaw lill-impriża fuq skala Komunitarja jew lill-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja kollu kemm hu, jew mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti tal-impriża jew tal-grupp li jkunu jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti.
5. Minkejja l-paragrafu 2, fejn grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) jikkomprendi impriża jew iktar jew grupp ta’ impriżi jew iktar jew gruppi ta’ impriżi li jkunu impriżi fuq skala Komunitarja jew gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) jew (c), għandu jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet fil-livell tal-grupp sakemm ma jkunx provdut diversament fl-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 6.
6. Sakemm l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 6, ma jipprovdux għal ambitu aktar wiesa’, il-poteri u l-kompetenza tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u l-ambitu tal-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti sabiex jiksbu l-għan speċifikat fil-paragrafu 1 għandhom, fil-każ ta’ impriża fuq skala Komunitarja, ikopru l-istabbilimenti kollha li jinsabu ġewwa l-Istati Membri u, fil-każ ta’ grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja, l-impriżi kollha tal-grupp li jinstabu fl-Istati Membri.
7. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-baħrin tal-flotot merkantili navali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“impriża fuq skala Komunitarja” tfisser kull impriża b’mill-inqas 1 000 impjegat ġewwa l-Istati Membri u b’mill-inqas 150 impjegat f’kull wieħed minn mill-inqas żewġ Stati Membri; |
(b) |
“grupp ta’ impriżi” tfisser impriża kontrollatriċi u l-impriżi kontrollati minnha; |
(c) |
“grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja”tfisser grupp ta’ impriżi bil-karatteristiċi li ġejjin;
|
(d) |
“rappreżentanti tal-impjegati” tfisser ir-rappreżentanti tal-impjegati previsti mil-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali; |
(e) |
“tmexxija ċentrali” tfisser it-tmexxija ċentrali tal-impriża fuq skala Komunitarja jew, fil-każ tal-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, tal-impriża li tikkontrolla; |
(f) |
“informazzjoni” tfisser it-trażmissjoni ta’ data mingħand min jimpjega lir-rappreżentanti tal-impjegati sabiex jiffaċilita li dawn jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-materja tas-suġġett u biex ikunu jistgħu jezaminawha; l-informazzjoni għandha tkun mogħtija f’tali waqt, u b’tali mod u b’tali kontenut hekk kif ikun xieraq sabiex tippermetti lir-rappreżentanti tal-impjegati li jwettqu evalwazzjoni dettaljata tal-impatt possibbli u fejn ikun xieraq jippreparaw konsultazzjonijiet mal-korp kompetenti tal-impriża ta’ skala Komunitarja jew tal-grupp ta’ impriżi ta’ skala Komunitarja; |
(g) |
“konsultazzjoni” tfisser l-istabbiliment ta’ djalogu u l-iskambju ta’ fehmiet bejn ir-rappreżentanti tal-impjegati u t-tmexxija ċentrali jew kull livell iktar xieraq ta’ tmexxija f’tali ħin, b’tali mod u b’tali kontenut li, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija, jippermettu lir-rappreżentanti tal-impjegati li, fi żmien raġonevoli, jesprimu opinjoni dwar il-miżuri proposti li magħhom il-konsultazzjoni jkollha x’taqsam, bla ħsara għar-responsabilitajiet tat-tmexxija, li jistgħu jitqiesu fl-impriża fuq skala Komunitarja jew fil-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja; |
(h) |
“Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet” ifisser kunsill stabbilit skont l-Artikolu 1(2) jew id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, bil-għan li jinforma u jikkonsulta lill-impjegati; |
(i) |
“korp speċjali għan-negozjar” tfisser il-korp stabbilit skont l-Artikolu 5(2) sabiex jinnegozja mat-tmexxija ċentrali rigward l-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati skont l-Artikolu 1(2). |
2. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-livelli massimi preskritti għad-daqs tal-forza tax-xogħol għandhom jiġu msejsa fuq in-numru medju tal-impjegati, inklużi l-impjegati li jaħdmu part-time, li kienu impjegati matul is-sentejn ta’ qabel, ikkalkolati skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.
Artikolu 3
Definizzjoni ta’ “impriża kontrollatriċi”
1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “impriża kontrollatriċi” tfisser impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra (“l-impriża kkontrollata”) bis-saħħa, pereżempju, tal-proprjetà tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.
2. L-abbiltà li teżerċita influwenza dominanti għandha tkun preżunta, mingħajr preġudizzju għal prova kuntrarja, meta impriża, f’relazzjoni ma’ impriża oħra direttament jew indirettament:
(a) |
jkollha l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt tal-impriża; |
(b) |
tikkontralla l-maġġoranza tal-voti marbuta mal-kapital azzjonarju maħruġ mill-impriża; jew |
(c) |
tista’ taħtar iktar min-nofs il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza ta’ din l-impriża. |
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, id-drittijiet ta’ impriża kontrollatriċi rigward il-votazzjoni u l-ħatriet għandhom jinkludu d-drittijiet ta’ kull impriża oħra kkontrollata u dawk ta’ kull persuna jew korp li jaġixxu f’ismu jew f’isem l-impriża, iżda f’isem l-impriża kontrollatriċi jew ta’ kull impriża oħra kkontrollata.
4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, impriża ma għandhiex titqies li tkun “impriża kontrollatriċi” rigward impriża oħra li fiha jkollha ishma fejn l-impriża tal-ewwel tkun kumpanija msemmija fl-Artikolu 3(5)(a) jew (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (9).
5. Influwenza dominanti ma għandhiex tkun preżunta li tiġi eżerċitata unikament bis-saħħa tal-fatt illi uffiċjal ikun qiegħed jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, skont il-liġi ta’ Stat Membru rigward il-likwidazzjoni, l-istralċ, insolvenza, il-waqfien tal-ħlasijiet, il-kompożizzjonijiet jew proċeduri analogi.
6. Il-liġi li tapplika sabiex tistabbilixxi jekk impriża tkunx “impriża kontrollatriċi” għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li jirregola din l-impriża.
Fejn il-liġi li tirregola din l-impriża ma tkunx dik ta’ Stat Membru, il-liġi li tapplika għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu jkun jinsab ir-rappreżentant tal-impriża jew, fin-nuqqas ta’ dan ir-rappreżentant, it-tmexxija ċentrali tal-impriża tal-grupp li timpjega l-ikbar numru ta’ impjegati.
7. Fejn, fil-każ ta’ konflitt bejn il-liġijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2, żewġ impriżi jew iktar minn grupp jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti b’dak il-paragrafu, l-impriża li tissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt (c) għandha titqies bħala l-impriża kontrollatriċi, mingħajr preġudizzju għall-prova illi impriża oħra tkun kapaċi teżerċita influwenza dominanti.
IT-TAQSIMA II
STABBILIMENT TA’ KUNSILL TAX-XOGĦLIJIET EWROPEW JEW TA’ PROĊEDURA GĦAL INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI TAL-IMPJEGATI
Artikolu 4
Responsabbilità għall-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta’ proċedura għal informazzjoni konsultazzjoni tal-impjegati
1. Il-korp ta’ tmexxija ċentrali għandu jkun responsabbli għall-ħolqien tal-kondizzjonijiet u tal-mezzi neċessarji għall-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 1(2), f’impriża fuq skala Komunitarja u fi grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja.
2. Fejn it-tmexxija ċentrali ma tkunx tinsab fi Stat Membru, l-aġent rappreżentant tat-tmexxija ċentrali fi Stat Membru, li għandu jiġi nnominat jekk meħtieġ, għandu jassumi r-responsabbilità msemmija fil-paragrafu 1.
Fin-nuqqas ta’ dan ir-rappreżentant, il-korp ta’ tmexxija tal-istabbiliment jew tal-impriża tal-grupp li jimpjegaw l-ikbar numru ta’ impjegati f’kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1.
3. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, ir-rappreżentant jew ir-rappreżentanti jew, fin-nuqqas ta’ kull rappreżentant minn dawn, il-korp ta’ tmexxija msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, għandhom jiġu meqjusa bħala t-tmexxija ċentrali.
4. It-tmexxija ta’ kull impriża li tagħmel parti mill-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja u t-tmexxija ċentrali jew it-tmexxija ċentral preżunta skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-impriża jew tal-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għandha tkun responsabbli għall-ksib u t-trażmissjoni lill-partijiet ikkonċernati mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni neċessarja għall-bidu tan-negozjati msemmija fl-Artikolu 5, u partikolarment l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-impriża jew tal-grupp u l-forza tax-xogħol tiegħu. Dan l-obbligu għandu jkun marbut partikolarment mal-informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjegati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (c).
Artikolu 5
Korp Speċjali għan-Negozjar
1. Sabiex tinkiseb il-mira stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandu jibda n-negozjati sabiex jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba bil-miktub ta’ mill-inqas 100 impjegat jew tar-rappreżentanti tagħhom f’mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.
2. Għal dan l-għan, għandu jiġi stabbilit korp speċjali tan-negozjati skont il-linji gwida li ġejjin:
(a) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali għan-negozjar li għandhom jiġu eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill- l-impjegati fl-impriżi u/jew l-istabbilimenti fejn ma jkunx hemm rappreżentanti tal-impjegati mingħajr ħtija tagħhom, ikollhom id-dritt li jeleġġu jew li jaħtru l-membri tal-korp speċjali għan-negozjar. It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali li jistabbilixxu l-livelli massimi għall-istabbiliment tal-korpi tar-rappreżentanti tal-impjegati. |
(b) |
Il-membri tal-korp speċjali għan-negozjar għandhom jiġu eletti jew maħtura fi proporzjon mal-għadd ta’ impjegati f’kull Stat Membru mill-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, billi jiġi allokat, għal kull Stat Membru siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati f’dak l-Istat Membru ekwivalenti għal 10 % jew frazzjoni tagħha, tal-għadd ta’ impjegati fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien; |
(c) |
it-tmexxija ċentrali u lokali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet Ewropej kompetenti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem għandhom jiġu mgħarrfa bil-kompożizzjoni tal-korp speċjali għan-negozjar u bil-bidu tan-negozjati. |
3. Il-korp speċjali għan-negozjar jrid ikollu d-dmir li jiddetermina, mal-korp ċentrali ta’ tmexxija, bi ftehim bil-miktub, l-iskop, il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet, u t-terminu tal-kariga tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew l-arranġamenti sabiex jimplimentaw proċedura ta’ informazzjoni lil u konsultazzjoni tal-impjegati.
4. Bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim skont l-Artikolu 6, il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandu jsejjaħ laqgħa mal-korp speċjali għan-negozjar. Għandu jinforma lill-korpi ta’ tmexxija lokali kif jixraq.
Qabel u wara kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-korp speċjali għan-negozjar għandu jkun intitolat jiltaqa’, bil-mezzi meħtieġa għall-komunikazzjoni, mingħajr ma jkunu preżenti r-rappreżentanti tat-tmexxija ċentrali.
Għall-għan tan-negozjati, il-korp speċjali għan-negozjar jista’ jitlob biex jiġi assistit minn esperti tal-għażla tiegħu, li jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ trade unions kompetenti u rikonoxxuti fuq skala Komunitarja. Tali esperti u rappreżentanti ta’ trade unions jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tan-negozjati f’kapaċità konsultattiva fuq it-talba tal-korp speċjali għan-negozjar.
5. Il-korp speċjali għan-negozjar jista’ jiddeċiedi, b’mill-inqas żewġ terzi tal-voti, li ma jiftaħx in-negozjati skont il-paragrafu 4, jew li jtemm in-negozati diġà miftuħa.
Tali deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura sabiex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6. Fejn din id-deċiżjoni tkun ittieħdet, ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I.
Tista’ ssir talba ġdida sabiex jitlaqqa’ l-korp speċjali għan-negozjar l-iktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq għajr jekk il-partijiet interessati jistabbilixxu perjodu iqsar ta’ żmien.
6. L-ispejjeż kollha li jkollhom x’jaqsmu man-negozjati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta’ tmexxija sabiex jgħinu lill-korp speċjali għan-negozjar jwettaq ix-xogħol tiegħu f’manjiera xierqa.
B’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli baġitarji li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-korpi speċjali tan-negozjati. Dawn jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss.
Artikolu 6
Kontenut tal-ftehim
1. Il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jinnegozjaw fi spirtu ta’ koperazzjoni bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar l-arranġamenti ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati previsti fl-Artikolu 1(1).
2. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 u magħmul bil-miktub bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jistabbilixxu:
(a) |
l-impriżi tal-grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja jew l-istabbilimenti tal-impriża fuq skala Komunitarja li jkunu koperti bil-ftehim; |
(b) |
il-kompożizzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, in-numru tal-membri, l-allokazzjoni tas-siġġijiet, b’kont meħud kull fejn possibbli tal-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-impjegati fir-rigward tal-attivitajiet, il-kategorija u s-sess tagħhom, u t-terminu tal-kariga; |
(c) |
il-funzjonijiet u l-proċeduri għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-arranġamenti għall-irbit tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw l-impjegati, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3); |
(d) |
il-post, il-frekwenza u t-tul taż-żmien tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet; |
(e) |
kull fejn ikun meħtieġ, il-kompożizzjoni, il-proċedura tal-ħatra, il-funzjonijiet u r-regoli proċedurali tal-kumitat ristrett stabbilit fi ħdan il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew; |
(f) |
ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet; |
(g) |
id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul ta’ żmien tiegħu, l-arranġamenti għall-emendar jew it-terminazzjoni tal-ftehim u l-każijiet li fihom il-ftehim għandu jerġa jiġi nnegozjat u l-proċedura sabiex dan jiġi nnegozjat mill-ġdid, inkluż, fejn ikun hemm bżonn, meta tinbidel l-istruttura tal-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja. |
3. It-tmexxija ċentrali u l-korpi speċjali għan-negozjar jistgħu jiddeċiedu, bil-miktub, li jistabbilixxu proċedura waħda jew iktar ta’ informazzjoni u konsultazzjoni minflok il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet.
Il-ftehim għandu jistipula b’liema metodu r-rappreżentanti tal-impjegati għandu jkollhom id-dritt li jiltaqgħu sabiex jiddiskutu l-informazzjoni mgħoddija lilhom.
Din l-informazzjoni għandha jkollha x’taqsam b’mod partikolari mal-kwistjonijiet transnazzjonali li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-interessi tal-impjegati.
4. L-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx ikunu, sakemm ma jkunux jipprovdu diversament, soġġetti għar-rekwiżiti sussidjarji tal-Anness I.
5. Għall-għanijiet li jiġu konklużi l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jaġixxu bil-maġġoranza tal-membri tagħhom.
Artikolu 7
Rekwiżiti sussidjarji
1. Sabiex jinkiseb l-għan stabbilit fl-Artikolu 1(1), ir-rekwiżiti sussidjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Stat Membru li fihom ikun jinsab il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandhom japplikaw:
— |
fejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korp speċjali għan-negozjar jiddeċiedu hekk; |
— |
fejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija jirrifjuta li jiftaħ in-negozjati fi żmien sitt xhur mit-talba li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1); jew |
— |
fejn, wara tliet snin mid-data ta’ din it-talba, ma jkunux jistgħu jikkonkludu ftehim kif stabbilit bl-Artikolu 6 u l-korp speċjali għan-negozjar ma jkunx ħa d-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 5(5). |
2. Ir-rekwiżiti sussidjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 kif adottatti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.
SEZZJONI III
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELANJI
Artikolu 8
Informazzjoni kunfidenzjali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-membri tal-korpi speċjali tan-negozjati jew tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u kull espert li jassistihom ma jiġux awtorizzati li jirrevelaw informazzjoni li tkun ġiet espressament ipprovduta lilhom konfidenzjalment.
L-istess għandu japplika għar-rappreżentanti tal-impjegati fil-qafas ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.
Dan l-obbligu għandu jkompli japplika, ikunu fejn ikunu l-persuni li hemm referenza għalihom fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, anke wara li jiskadi l-mandat tagħhom.
2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi, f’każijiet speċifiċi u taħt il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti mil-leġiżazzjoni nazzjonali, illi l-korp ċentrali ta’ tmexxija li jinsab fit-territorju tiegħu ma jiġix obbligat jittrażmetti l-informazzjoni meta n-natura ta’ din tkun tali li, skont kriterja oġġettivi, tagħmel ħsara serja lill-funzjonament tal-impriżi interessati jew tkun ta’ preġudizzju għalihom.
Stat Membru jista’ jagħmel dik id-dispensa suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel amministrattiva jew ġudizzjarja.
3. Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet partikolari għall-korp ċentrali ta’ tmexxija tal-impriżi fit-territorju tiegħu illi jsegwu direttament u essenzjalment l-għan tal-gwida ideoloġika rigward l-informazzjoni u l-espressjoni tal-opinjonijiet, bil-kondizzjoni illi, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva dawn id-dispożizzjonijiet partikolari jkunu diġà jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 9
Operazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema
Il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jaħdmu fi spirtu ta’ koperazzjoni b’kont meħud tad-drittijiet u l-obbligi reċiproki.
L-istess għandu japplika għall-koperazzjoni bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u r-rappreżentanti tal-impjegati fil-qafas tal-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema.
Artikolu 10
Rwol u protezzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati
1. Bla ħsara għall-kompetenza ta’ korpi jew organizzazzjonijiet oħra f’dan ir-rigward, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa biex japplikaw id-drittijiet naxxenti minn din id-Direttiva, biex jirrappreżentaw kollettivament l-interessi tal-impjegati fl-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jinfurmaw lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-istabbilimenti jew tal-impriżi ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, jew, fin-nuqqas tar-rappreżentanti, lill-forza tax-xogħol bħala korp wieħed, bil-kontenut u bir-riżultat tal-proċedura tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni mwettqa skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3. Il-membri tal-korpi speċjali għan-negozjar, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u r-rappreżentanti tal-impjegati, huma u jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, igawdu minn protezzjoni u garanziji simili għal dawk ipprovduti lir-rappreżentanti tal-impjegati bil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali fis-seħħ fil-pajjiż tal-impjieg tagħhom.
Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-attendenza fil-laqgħat tal-korpi speċjali għan-negozjar jew fil-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew f’kull laqgħa oħra fil-qafas tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6(3), u l-ħlas tal-pagi tal-membri li jkunu fuq il-lista tal-persunal tal-impriża fuq skala Komunitarja jew ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-perjodu ta’ assenza meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
4. Safejn ikun hemm bżonn għall-eżerċizzju tad-dmirijiet rappreżentattivi tagħhom f’ambjent internazzjonali, il-membri tal-korp speċjali għan-negozjar u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jingħataw taħriġ mingħajr ma jitilfu l-paga.
Artikolu 11
Konformità ma’ din id-Direttiva
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura illi l-korp ta’ tmexxija tal-istabbilimenti ta’ impriża fuq skala Komunitarja u l-korpijiet ta’ tmexxija tal-impriżi li jagħmlu parti minn grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja li jkunu jinsabu ġewwa t-territorju tiegħu u r-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom jew, skont kif ikun il-każ, l-impjegati jimxu skont l-obbligi stabbiliti b’din id-Direttiva, mingħajr ma jingħata każ jekk il-korp ċentrali ta’ tmexxija jkunx jinsab fit-territorju tiegħu jew le.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-Direttiva; b’mod partikolari, għandhom jiżguraw illi jkunu disponibbli l-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji adegwati sabiex jgħinu li jiġu infurzati l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva.
3. Meta l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 8, għandhom jagħmlu dispożizzjoni għall-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ appell illi r-rappreżentanti tal-impjegati jistgħu jibdew meta t-tmexxija ċentrali tirrikjedi l-kunfidenzjalità jew ma tagħtix l-informazzjoni skont dan l-Artikolu 8.
Tali proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri mfassla sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni in kwistjoni.
Artikolu 12
Relazzjoni ma’ dispożizzjonijiet oħra Komunitarji u nazzjonali
1. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu marbuta ma’ dawk tal-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati b’kont meħud tal-kompetenzi u l-oqsma ta’ azzjoni għal kull wieħed minnhom u tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3).
2. L-arranġamenti għall-irbit bejn l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati għandhom jiġu stabbiliti bil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6. Dak il-ftehim għandu jkun bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi jew prattika nazzjonali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati.
3. Fejn tali arranġamenti ma jkunux ġew definiti bi ftehim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni jsiru fil-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u kif ukoll fil-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati fil-każijiet fejn ikun maħsub li jittieħdu deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali.
4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2002/14/KE u għall-proċeduri speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/23/KE.
5. L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandiex isservi bħala bażi suffiċjenti għal tnaqqis fir-relazzjoni mas-sitwazzjoni li diġa’ tkun prevalenti f’kull Stat Membru u b’relazzjoni mal-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma li dwarhom tkun applikabbli.
Artikolu 13
Adattament
Fejn l-istruttura tal-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja tinbidel sostanzjalment, u jew fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-istrumenti ta’ ftehim fis-seħħ jew fil-każ ta’ kunflitti bejn id-dispożizzjonijiet rilevanti taż-żewġ strumenti ta’ ftehim jew iktar, it-tmexxija ċentrali għandha tibda n-negozjati msemmija fl-Artikolu 5 fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba bil-miktub ta’ mill-inqas 100 impjegat jew ir-rappreżentanti tagħhom f’mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.
Mill-inqas tliet membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew minn kull wieħed mill-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej eżistenti għandhom ikunu membri tal-korp speċjali tan-negozjati, minbarra l-membri eletti jew maħtura skont l-Artikolu 5(2).
Matul in-negozjati, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu joperaw skont kwalunkwe arranġamenti addattati bi ftehim bejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet u t-tmexxija ċentrali.
Artikolu 14
Strumenti ta’ Ftehim fis-seħħ
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriżi fuq skala Komunitarja jew għall-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja meta:
(a) |
jiġu konklużi strument jew strumenti ta’ ftehim li jkopru l-forza tax-xogħol kollha li jipprevedu l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati, skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 94/45/KE jew l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/74/KE, jew meta tali strumenti ta’ ftehim jiġu aġġustati minħabba bidliet fl-istruttura tal-impriżi jew tal-gruppi tal-impriżi; jew |
(b) |
jiġi ffirmat jew rivedut ftehim konkluż skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE bejn il-5 ta’ Ġunju 2009 u l-5 ta’ Ġunju 2011. |
Il-liġi nazzjonali applikabbli meta jiġi ffirmat jew rivedut il-ftehim għandha tibqa’ tapplika għall-impriżi u l-gruppi ta’ impriżi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.
2. Malli jiskadu l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafu 1, il-partijiet f’dawn l-istrumenti ta’ ftehim jistgħu jiddeċiedu konġuntement li jġedduhom jew li jirreveduhom. Fejn dan ma jkunx il-każ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 15
Rapport
Mhux iktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn.
Artikolu 16
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(2), (3) u (4), mal-Artikolu 2(1), punti (f) u (g), mal-Artikolu 3(4), mal-Artikolu 4(4), mal-Artikolu 5(2), punti (b) u (c), mal-Artikolu 5(4), mal-Artikolu 6(2), punti (b), (c), (e) u (g), u mal-Artikoli 10, 12, 13 u 14, kif ukoll mal-Anness I, punti 1(a), (c) u (d) u punti 2 u 3, mhux iktar tard minn mill-5 ta’ Ġunju 2011 jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu f’dik id-data d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, u l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jieħdu l-passi kollha neċessarji li jippermettulhom f’kull ħin li jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 17
Tħassir
Id-Direttiva 94/45/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hija mħassra b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-trasponiment fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 18
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1), (5), (6) u (7), l-Artikolu 2(1), punti (a) sa (e), (h) u (i), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(1), (2), (3), (5), (6) u (7), l-Artikolu 4(1), (2) u (3), l-Artikolu 5(1), (3), (5) u (6), l-Artikolu 5(2), punt (a), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 6(2), punti (a), (d) u (f), u l-Artikolu 6(3), (4) u (5), u l-Artikoli 7, 8, 9 and 11, kif ukoll l-Anness I, punt 1(b), (e) u (f), u punti 4, 5 u 6, għandhom japplikaw mis-6 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 19
Indirizzati
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strażburgu, 6 ta’ Mejju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. KOHOUT
(1) L-Opinjoni tal-4 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2008.
(3) ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.
(4) ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.
(5) ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.
(6) ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta’ Diċembru li testendi, għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ fuq, id-Direttiva 94/45/KE dwar l-Istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura f’impriżi ta’ skala Komunitarja u fi gruppi ta’ skala Komunitarja ta’ impriżi għall-iskopijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22).
(8) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS I
IR-REKWIŻITI SUSSIDJARI
(imsemmija fl-Artikolu 7)
1. |
Sabiex jinkiseb l-għan stabbilit fl-Artikolu 1(1) u fil-każijiet previsti fl-Artikolu 7(1), l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jiġi rregolat mir-regoli li ġejjin:
|
2. |
Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiltaqa’ mal-korp ċentrali ta’ tmexxija darba fis-sena, sabiex jiġi infurmat u kkonsultat, fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-korp ċentrali ta’ tmexxija, dwar il-progress tal-kummerċ tal-impriża fuq skala Komunitarja jew tal-grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja u l-prospetti tagħhom. Il-korpi ta’ tmexxija lokali għandhom jiġu infurmati kif xieraq. |
3. |
Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali jew deċiżjonijiet ippjanati li aktarx jaffettwaw l-interessi tal-impjegati b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari fil-każ tal-allokazzjonijiet mill-ġdid, l-għeluq ta’ stabbilimenti jew impriżi jew sensji kollettivi, il-kumitat ristrett jew, fejn ma jeżisti l-ebda kumitat bħal dan, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiġi infurmat. Għandu jkollu d-dritt li jiltaqa’, fuq it-talba tagħhom, mal-korp ċentrali ta’ tmexxija, jew ma’ kull livell ta’ tmexxija ieħor aktar xieraq fl-impriża jew fil-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja bil-poteri li jieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex jiġu infurmati u kkonsultati. Dawk il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew li kienu ġew eletti jew maħtura mill-istabbilimenti u/jew l-impriżi u li huma direttament interessati fiċ-ċirkostanzi jew id-deċiżjonijiet fil-kwistjoni għandu jkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw f’każ ta’ laqgħa organizzata mill-kumitat ristrett. Din il-laqgħa ta’ tagħrif u konsultazzjoni għandha ssir malajr kemm jista’ jkun fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-korp ċentrali ta’ tmexxija jew minn kull livell ieħor ta’ tmexxija xieraq tal-impriża jew tal-grupp tal-impriża fuq skala Komunitarja, li fiha tista’ tingħata opinjoni fit-tmiem tal-laqgħa jew fi żmien raġjonevoli. Din il-laqgħa ma għandhiex taffettwa l-prerogattivi tal-korp ċentrali ta’ tmexxija. Il-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni previsti fiċ-ċirkostanzi ta’ hawn fuq għandhom jitwettqu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(2) u 8. |
4. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar min jippresjedi l-laqgħat ta’ informazzjoni u konsultazzjoni. Qabel kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew il-kumitat ristrett, mkabbar fejn meħtieġ skont it-tieni paragrafu tal-punt 3, għandu jkun intitolat li jiltaqa’ mingħajr ma jkun preżenti l-korp ta’ tmexxija interessat. |
5. |
Il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew il-kumitat ristrett jistgħu jkunu assistiti minn esperti tal-għażla tagħhom, safejn u sakemm dawn ikunu meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. |
6. |
L-ispejjeż operattivi tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet għandhom jinġarru mill-korp ċentrali ta’ tmexxija. Il-korp ċentrali ta’ tmexxija interessat għandu jipprovdi lill-membri tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet b’dawk ir-risorsi finanzjarji u materjali sabiex jgħinuhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod xieraq. B’mod partikolari, l-ispejjeż dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-arranġamenti għall-faċilitajiet tal-interpretazzjoni u l-ispejjez tal-akkomodazzjoni u tal-ivvjaġġar tal-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u tal-kumitat ristrett tiegħu għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta’ tmexxija sakemm ma jiġix diversament miftiehem. B’konformità ma’ dawn il-prinċipji, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli tal-estimi li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss. |
ANNESS II
TAQSIMA A
Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 17)
Id-Direttiva 94/45/KE tal-Kunsill |
|
Id-Direttiva 97/74/KE tal-Kunsill |
|
Id-Direttiva 2006/109/KE tal-Kunsill |
TAQSIMA B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 17)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
94/45/KE |
22.9.1996 |
97/74/KE |
15.12.1999 |
2006/109/KE |
1.1.2007 |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Id-Direttiva 94/45/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 1(3) u (4) |
— |
Artikolu 1(3) u (4) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(6) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1 (7) |
Artikolu 2(1)(a) sa (e) |
Artikolu 2(1)(a) sa (e) |
— |
Artikolu 2(1)(f) |
Artikolu 2(1)(f) |
Artikolu 2(1)(g) |
Artikolu 2(1)(g) u (h) |
Artikolu 2(1)(h) u (i) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1)(2) u (3) |
Artikolu 4(1)(2) u (3) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 5(1) u (2)(a) |
Artikolu 5(1) u (2)(a) |
Artikolu 5(2)(b) u (c) |
Artikolu 5(2)(b) |
Artikolu 5(2)(d) |
Artikolu 5(2)(c) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(5) u (6) |
Artikolu 5(5) u (6) |
Artikolu 6(1) u (2)(a) |
Artikolu 6(1) u (2)(a) |
Artikolu 6(2)(b) |
Artikolu 6(2)(b) |
Artikolu 6(2)(c) |
Artikolu 6(2)(c) |
Artikolu 6(2)(d) |
Artikolu 6(2)(d) |
— |
Artikolu 6(2)(e) |
Artikolu 6(2)(e) |
Artikolu 6(2)(f) |
Artikolu 6(2)(f) |
Artikolu 6(2)(g) |
Artikolu 6(3)(4) u (5) |
Artikolu 6(3)(4) u (5) |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10(3) |
— |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 12(1) u (2) |
— |
— |
Artikolu 12(1) sa (5) |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 14(2) |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Anness |
Anness I |
Punt 1, kliem introduttorju |
Punt 1, kliem introduttorju |
Punt 1(a) (parzjalment) u punt 2, it-tieni paragrafu (parzjalment) |
Punt 1(a) (parzjalment) |
Punt 1(b) |
Punt 1(b) |
Punt 1(c) (parzjalment) u punt 1(d) |
Punt 1(c) |
Punt 1(c) (parzjalment) |
Punt 1(d) |
Punt 1(e) |
Punt 1(e) |
Punt 1(f) |
Punt 1(f) |
Punt 2, l-ewwel paragrafu |
Punt 2 |
Punt 3 |
Punt 3 |
Punt 4 |
Punt 4 |
Punt 5 |
— |
Punt 6 |
Punt 5 |
Punt 7 |
Punt 6 |
— |
Annessi II u III |