Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0035

    Direttiva 2009/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali (tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 109, 30.4.2009, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/35/oj

    30.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/10


    DIRETTIVA 2009/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-23 ta’ April 2009

    dwar materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali

    (tfassil mill-ġdid)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 78/25/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ prodotti mediċinali (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

    (2)

    L-għan ewlieni ta’ kull ligi dwar prodotti mediċinali għandu jkun li jissalvagwardja s-saħħa pubblika. Madankollu, dan l-għan għandu jinkiseb b’mezzi li ma jfixklux l-iżvilupp tal-industrija farmaċewtika u n-negozju fi prodotti mediċinali fil-Komunità.

    (3)

    Id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994, dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (5) stabbiliet lista ta’ materji koloranti awtorizzati għall-użu f’oġġetti tal-ikel, madanakollu għadhom jeżistu differenzi bejn il-liġijiet ta’ Stati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikkulurar ta’ prodotti mediċinali.

    (4)

    Dawn id-differenzi għandhom tendenza li jfixklu n-negozju fi prodotti mediċinali fil-Komunità u n-negozju ta’ materji koloranti li jistgħu jiżdiedu ma’ dawk il-prodotti. Għalhekk differenzi bħal dawn jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern.

    (5)

    L-esperjenza wriet li m’hemmx raġuni, abbażi ta’ saħħa, li tiġġustifika il-projbizzjoni ta’ materji koloranti awtorizzati għal użu f’oġġetti tal-ikel alimentari għal użu fi prodotti mediċinali. Konsegwentement, l-Anness I tad-Direttiva 94/36/KE kif ukoll l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta’ taħlil għall-użu fl-ikel (6) għandhom japplikaw ukoll għal prodotti mediċinali.

    (6)

    Madankollu, meta l-użu ta’ materjal koloranti f’oġġetti tal-ikel u prodotti mediċinali hu projbit sabiex tkun ssalvagwardjata s-saħħa pubblika, għandhom kemm jista’ jkun jiġu evitati komplikazzjonijiet teknoloġiċi u ekonomiċi. Għal dan il-għan għandha tiġi prevista proċedura li tistabbilixxi koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan Kumitat għall-aġġustament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar l-eliminazzjoni ta’ ostakli tekniċi għan-negozju fis-settur ta’ materji koloranti li jistgħu jiġu miżjuda ma’ prodotti mediċinali.

    (7)

    Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu addottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni. (7).

    (8)

    B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa temenda ż-żmien limitat ta’ użu għal prodotti mediċinali. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissuplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (9)

    L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

    (10)

    Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti B,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw materji koloranti li jagħtu kulur lill-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u dak veterinarju kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (8) u fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (9), ħlief dawk koperti bl-Anness I tad-Direttiva 94/36/KE.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li l-materji koloranti koperti mill-Anness I tad-Direttiva 94/36/KE jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali għall-koloranti tal-aluminju tal-kuluri u l-kriterji speċifiċi ta’ purità stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva 95/45/KE.

    Artikolu 3

    Il-metodi ta’ analiżi meħtieġa biex jigi verifikat illi l-kriterji ġenerali u speċifiċi ta’ purità adottati skont l-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 li tistabbilixxi metodi fil-Komunità ta’ l-analiżi biex jiġi verifikat li ċerti additivi użati fl-ikel jissodisfaw kriterji ta’ purità (10) huma sodisfatti għandhom japplikaw ukoll għall-għan ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Meta materja koloranti titneħħa mill-Anness I tad-Direttiva 94/36/KE iżda t-tqegħid fis-suq ta’ oggetti tal-ikel li jkun fihom din il-materja koloranti jkun permess li jitkompla għal żmien limitat, din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għal prodotti mediċinali.

    Dan iż-żmien limitat ta’ użu jista’ madankollu jinbidel mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ prodotti mediċinali.

    Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).

    Artikolu 5

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Id-Direttiva 78/25/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness I, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 8

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 9

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. NEČAS


    (1)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 41.

    (2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009,

    (3)  ĠU L 11, 14.1.1978, p. 18.

    (4)  Ara l-Anness I, Parti A.

    (5)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva mħassra prospettivament bir-Regolament (KE) 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.).

    (6)  ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1. Id-Direttiva mħassra prospettivament bir-Regolament (KE) 1333/2008.

    (7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (8)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

    (9)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

    (10)  ĠU L 257, 10.9.1981, p. 1. Id-Direttiva mħassra prospettivament bir-Regolament (KE) 1333/2008.


    ANNESS I

    PARTI A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

    (imsemmija fl-Artikolu 7)

    Direttiva tal-Kunsill 78/25/KEE

    (ĠU L 11, tal-14.1.1978, p. 18)

     

    L-Att ta’ Adeżjoni 1979, Anness I, Taqsima X, punt D

    (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 108)

     

    Direttiva tal-Kunsill 81/464/KEE

    (ĠU L 183, 4.7.1981, p. 33)

     

    L-Att ta’ Adeżjoni 1985, Anness I, Taqsima IX, punt C

    (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 217)

     

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003

    (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36)

    l-Anness III, punt 25 biss

    PARTI B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

    (imsemmija fl-Artikolu 7)

    Direttiva

    Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

    78/25/KEE

    15 ta’ Ġunju 1979 (1)

    81/464/KEE

    30 ta’ Settembru 1981


    (1)  Skond l-Artikolu 7(2), tad-Direttiva 78/25/KEE : “2. Madankollu, kull Stat Membru jista’ jippermetti, fuq it-territorju tiegħu, sat-tmiem ta’ perjodu ta’ erba’ snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali li jkun fihom materji koloranti li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva sakemm dawn il-materji koloranti kienu awtorizzati f’dak l-Istat Membru qabel l-adozzjoni tad-Direttiva.”


    ANNESS II

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Direttiva 78/25/KEE

    Din id-Direttiva

    Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 1

    Artikolu 1, it-tieni paragrafu

    Artikoli 2 u 3

    Artikoli 2 u 3

    Artikolu 4, l-ewwel sentenza

    Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 4, it-tieni sentenza, l-ewwel parti

    Artikolu 4, it-tieni paragrafu

    Artikolu 4, it-tieni sentenza, it-tieni parti

    Artikolu 4, it-tielet paragrafu

    Artikolu 5(1) u 6(1) u (2)

    Artikolu 5

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 7(1), (2) u (3)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 8

    Artikolu 9

    Anness I

    Anness II


    Top