This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0032
Directive 2009/32/EC of the European Parliament and of the Council of 23 April 2009 on the approximation of the laws of the Member States on extraction solvents used in the production of foodstuffs and food ingredients (Recast) (Text with EEA relevance)
Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2023
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
DIRETTIVA 2009/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1988, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (3) ġiet emendata kemm-il darbab’mod sinifikattiv (4). Minħabba li ser isiru aktar emendi hija għandha tiġi mfassla mill-ġdid, għall-interessi tal-kjarezza. |
(2) |
Id-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mas-solventi tal-estrazzjoni jtellfu l-moviment liberu tal-oġġetti tal-ikel u jistgħu joħolqu kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali biex b’hekk jiġi affetwat direttament il-mod kif jaħdem is-suq intern. |
(3) |
L-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet hija għalhekk meħtieġa jekk irid jinkiseb il-moviment liberu tal-oġġetti tal-ikel. |
(4) |
Il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-solventi tal-estrazzjoni għall-użu fl-oġġetti tal-ikel għandhom primarjament iqisu l-ħtiġiet tas-saħħa tal-bniedem iżda wkoll, fil-limiti meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa, il-ħtiġiet ekonomiċi u tekniċi. |
(5) |
Din l-approssimazzjoni għandha tinvolvi l-istabbiliment talista waħda tas-solventi tal-estrazzjoni għall-preparazzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel. Għandhom ukoll jiġu speċifikati l-kriterji ġenerali tal-purità. |
(6) |
L-użu ta’ solvent tal-estrazzjoni skond il-kondizzjonijiet tal-prattika t-tajba tal-manifattura għandu jirriżulta fit-tneħħija tar-residwi kollha tas-solvent jew tal-biċċa l-kbira minnhom mill-oġġett tal-ikel jew mill-ingredjent tal-ikel. |
(7) |
Taħt dawn il-kondizzjonijiet, il-preżenza ta’ residwi jew ta’ derivati fl-oġġett tal-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel aħħari tista’ ma tkunx intenzjonata iżda teknikament inevitabbli. |
(8) |
Minkejja li b’mod ġenerali tkun utli limitazzjoni speċifika, m’hemmx għalfejn tiġi stabbilita għas-sustanzi elenkati fil-Parti I tal-Anness I li jkunu nstabu aċċettabbli rigward is-sigurezza tal-konsumatur meta jkunu użati taħt il-kondizzjonijiet tal-prattika t-tajba tal-manifattura. |
(9) |
Biex titqies il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet dwar l-użu ta’ solventi oħra tal-estrazzjoni elenkati fil-Partijiet II u III tal-Anness I u l-valuri massimi tar-residwi permessi fl-ikel u fl-ingredjenti tal-ikel. |
(10) |
Għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi dwar il-purità għas-solventi tal-estrazzjoni u għall-metodi tal-analiżi u għal kif jittieħdu l-kampjuni tas-solventi tal-estrazzjoni ġewwa u fuq l-oġġetti tal-ikel. |
(11) |
Jekk l-użu ta’ solvent tal-estrazzjoni li għalih hemm provvediment f’din id-Direttiva jidher li joħloq riskju għas-saħħa b’riżultat tat-tagħrif ġdid, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissospendu jew jillimitaw dan l-użu, jew inaqqsu l-limiti eżistenti, sakemm tittieħed deċiżjoni fil-livell Komunitarju. |
(12) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabbiliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni (5). |
(13) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex, b’mod partikolari, temenda l-lista ta’ solventi ta’ estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti tal-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti, u l-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu, u sabiex tadotta kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi tal-estrazzjoni u għall-metodi tal-analiżi meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-purità u għal kif jittieħdu l-kampjuni tas-solventi tal-estrazzjoni ġewwa u fuq l-oġġetti tal-ikel. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(14) |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien normalment applikabbli għal proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta’ emendi għal-lista ta’ solventi ta’ estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti tal-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u l-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu u sabiex jiġu adottati kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi tal-estrazzjoni. |
(15) |
Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imperattiva, b’mod partikolari fejn jeżisti perikolu għas-saħħa tal-bniedem, ma jkunx possibli li jiġu osservati l-limiti ta’ żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibilità li tapplika l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-emendi għall-lista ta’ solventi ta’ estrazzjoni li jistgħu jintużaw waqt l-ipproċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti tal-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti, u l- ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-limiti massimi tar-residwu, u sabiex tadotta kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi tal-estrazzjoni, kif ukoll għall-adozzjoni ta’ emendi għal din id-Direttiva meta jkun stabbilit li l-użu fl-oġġetti tal-ikel ta’ kwalunkwe sustanza użata fl-Anness I jew il-livell ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti msemmija fl-Artikolu 3 preżenti f’dawn is-sustanzi ikun jista’ jipperikola is-saħħa tal-bniedem għalkemm ikun jikkonforma mal-kondizzjoniet f’din id-Direttiva. |
(16) |
L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri. |
(17) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tapplika għas-solventi tal-estrazzjoni użati jew maħsuba biex jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel.
Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għas-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew addittivi nutrijenti oħra, għajr jekk dawn l-addittivi tal-ikel, il-vitamini jew l-addittivi nutrijenti huma elenkati fl-Anness I.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-użu tal-addittivi tal-ikel, il-vitamini u l-addittivi nutrijenti l-oħra ma jirriżultax sabiex l-oġġetti tal-ikel jkun fihom livelli ta’ residwi tas-solvent tal-estrazzjoni li jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem.
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati skond regoli Komunitarji aktar speċifiċi.
2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“solvent” ifisser kull sustanza użata sabiex tħoll l-oġġett tal-ikel jew kull komponent tiegħu, inkluż kull kontaminant preżenti ġewwa jew fuq dan l-oġġett tal-ikel; |
(b) |
“solvent tal-estrazzjoni” ifisser solvent li huwa użat skond proċedura tal-estrazzjoni matul il-proċessar tal-materji prima, ta’ oġġetti tal-ikel, jew tal-komponenti jew l-ingredjenti ta’ dawn il-prodotti u li jiġi mneħħi iżda li jista’ jirriżulta fil-preżenza mhux intenzjonata, iżda teknikament inevitabbli, ta’ residwi jew derivati fl-oġġetti tal-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-użu tas-solventi tal-estrazzjoni fil-manifattura tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel ta’ dawk is-sustanzi u materjali elenkati fl-Anness I, skond il-kondizzjonijiet tal-użu u fejn xieraq fil-limiti massimi tar-residwi speċifikati f’dak l-Anness.
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-solventi tal-estrazzjoni użati jew mar-residwi tagħhom jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri la għandhom jawtorizzaw l-użu ta’ sustanzi u materjali oħra bħala solventi tal-estrazzjoni, u lanqas jestendu l-kondizzjonijiet jew l-użu jew ir-residwi permessi tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I lil hemm minn dawk speċifikati fih.
3. L-ilma, li jista’ jkun ġie miżjud b’sustanzi li jirregolaw l-aċidità jew l-alkalinità, sustanzi oħra tal-ikel li jkollhom proprjetajiet tas-solvent huma awtorizzati bħala solventi tal-estrazzjoni fil-manifattura tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-sustanzi u l-materjali elenkati bħala solventi tal-estrazzjoni fl-Anness I jikkonformaw mal-kriterji tal-purità ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
(a) |
m’għandux ikun fihom ammont tossikoloġiku perikoluż ta’ xi element jew sustanza; |
(b) |
bla ħsara għal kull eċċezzjoni dderivata mill-kriteriji speċifiċi tal-purità adottati skond il-punt (d) tal-Artikolu 4, m’għandux ikun fihom aktar minn 1 mg/kg ta’ arseniku jew aktar minn 1 mg/kg ta’ ċomb; |
(c) |
għandhom jissodisfaw il-kriterji speċifiċi tal-purità adottati skond il-punt (d) tal-Artikolu 4. |
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn li ġejjin:
(a) |
l-emendi meħtieġa għall-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku fil-kamp tal-użu ta’ solventi, tal-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom u tal-limiti massimi tar-residwu; |
(b) |
il-metodi tal-analiżi meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-purità previsti fl-Artikolu 3; |
(c) |
il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni u l-metodi għall-analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I u użati fl-oġġetti tal-ikel jew fl-ingredjenti tal-ikel; |
(d) |
jekk meħtieġa, il-kriterji speċifiċi tal-purità tas-solventi tal-estrazzjoni elenkati fl-Anness I, u b’mod partikulari l-limiti massimi permessi ta’ merkurju u ta’ kadmju fis-solventi tal-estrazzjoni. |
Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi, inter alia, jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 6(2).
Il-miżuri mssemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi, inter alia, jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).
Fejn meħtieġ, il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatarja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(4).
Artikolu 5
1. Meta Stat Membru, b’riżultat tat-tagħrif ġdid jew ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tat-tagħrif eżistenti magħmula mindu kienet addottata din id- Direttiva, ikollu raġunijiet iddettaljati sabiex jistabbilixxi illi l-użu fl-oġġetti tal-ikel ta’ xi sustanza elenkata fl-AnnessI jew li l-livell ta’ wieħed jew aktar mill-komponenti riferiti fl-Artikolu 3 misjub f’dawn is-sustanzi jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem għalkemm jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, dak l-Istat Membru jista’ jissospendi jew jirrestrinġi temporanjament l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan minnufih u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina malajr kemm jista’ jkun ix-xhieda mogħtija mill-Istat Membru konċernat u tikkonsulta lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6(1) , imbagħad għandha tagħti l-opinjoni tagħha minnufih u tieħu l-miżuri adatti, li jistgħu jieħdu l-post tal-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Jekk il-Kummissjoni tqis illi huma meħtieġa emendi għal din id-Direttiva sabiex issolvi d-diffikultajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u sabiex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, għandha taddotta dawn l-emendi.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottatiskond il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 6(4) .
Kull Stat Membru li jkun adotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ f’dan il-każ iżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ fit-territorju tiegħu.
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorita’ Ewropea dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurta’ tal-ikel (6).
2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodi previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.
4. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, waqt li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 7
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi s-sustanzi elenkati fl-Anness I u maħsuba għall-użu bħala solventi tal-estrazzjoni fl-oġġetti tal-ikel ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk l-imballaġġ, il-kontenituri jew it-tikketti tagħhom ikun fihom il-partikolaritjiet li ġejjin hekk li jkunu jidhru b’mod faċli, jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux:
(a) |
l-isem kummerċjali kif indikat fl-Anness I; |
(b) |
indikazzjoni ċara illi l-materjal huwa ta’ kwalità adatta sabiex jintuża’ għall-estrazzjoni tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel; |
(c) |
referenza li biha l-lott ikun jista’ jiġi identifikat; |
(d) |
l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fabbrikant jew tal-ippakkjatur jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità; |
(e) |
l-ammont nett mogħti bħala unitajiet tal-volum; |
(f) |
jekk meħtieġa, il-kondizzjonijiet speċjali tal-ħażna jew il-kondizzjonijiet tal-użu. |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-partikolaritjiet speċifikati fil-punti (c), (d), (e) u (f) ta’ dak il-paragrafu jistgħu jidhru biss fuq id-dokumenti kummerċjali li jkollhom x’jaqsmu mal-lott li jridu jiġu fornuti mal-kunsinna jew qabel.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji iktar preċiżi jew aktar estensivi rigward l-użin u l-kejl jew id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-klassifikar, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tas-sustanzi u tat-taħlitiet perikolużi.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jistabbilixxu ħtiġiet aktar iddettaljati minn dawk li jinsabu diġà f’dan l-Artikolu rigward il-mod li bih il-partikolaritajiet provduti jridu jintwerew.
Kull Stat Membru għandu, madankollu, jiżgura illi jiġi pprojbit il-bejgħ tas-solventi tal-estrazzjoni fit-territorju tiegħu jekk il-partikolaritajiet li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu ma jidhrux f’lingwa li tinftiehem b’mod faċli mix-xerrejja, għajr jekk ikunu ttieħdu miżuri oħra sabiex jiżguraw illi x-xerrej jiġi mgħarraf. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprevjeni milli dawn il-partikolaritajiet jiġu indikati f’lingwi varji.
Artikolu 8
1. Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għas-solventi tal-estrazzjoni użati jew maħsuba biex jintużaw fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti tal-ikel importati fil-Komunità.
2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għas-solventi tal-estrazzjoni, jew għall-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-esportazzjoni l’ barra mill-Komunità.
Artikolu 9
Id-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 10
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, it-23 ta’ April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
P. NEČAS
(1) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 87.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.
(3) ĠU L 157, 24.6.1988, p. 28.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS I
IS-SOLVENTI TAL-ESTRAZZJONI LI JISTGĦU JINTUŻAW MATUL IL-PROĊESSAR TAL-MATERJI PRIMA, TAL-OĠĠETTI TAL-IKEL, TAL-KOMPONENTI TAL-IKEL JEW TAL-INGREDJENTI TAL-IKEL
IL-PARTI I
Is-solventi tal-estrazzjoni li għandhom jintużaw skond il-prattika tajba tal-manifattura għall-użi kollha (1)
L-isem:
|
Il-Propan |
|
Il-Butan |
|
L-Aċetat tal-Etil |
|
L-Etanol |
|
Id-Dijossidu tal-Karbonju |
|
L-Aċetone (2) |
|
L-Ossidu tan-Nitroġenu |
IL-PARTI II
Is-solventi tal-estrazzjoni li għalihom il-kondizzjonijiet tal-użu huma speċifikati
L-Isem |
Il-Kondizzjonijiet tal-użu (id-deskrizzjoni sommarja tal-estrazzjoni) |
Il-Limiti massimi tar-residwi fl-oġġett tal-ikel estratt jew fl-ingredjent tal-ikel |
Il-Hexane (3) |
Il-produzzjoni jew il-frazzjonalizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut u l-produzzjoni tal-butir tal-kawkaw |
1 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt jew fil-butir tal-kawkaw |
It-tħejjija tal-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u ta’ tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi |
10 mg/kg fl-ikel li jkun fih il-prodotti tal-proteini bix-xaħam imneħħi u tipi ta’ dqiq bix-xaħam imneħħi |
|
30 mg/kg fil-prodotti tas-soy bix-xaħam imneħħi kif mibjugħa lill-aħħar konsumatur |
||
It-tħejjija tal-ġermolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
5 mg/kg fil-germolji taċ-ċereali bix-xaħam imneħħi |
|
L-Aċetat tal-metil |
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
20 mg/kg fil-kafè jew it-te |
Il-produzzjoni taz-zokkor mill-ġulepp magħqud (molasses) |
l mg/kg fiz-zokkor |
|
L-etilmetilketone1 (4) |
Il-frazzjonizzazzjoni tax-xaħmijiet u ż-żjut |
5 mg/kg fix-xaħam jew fiż-żejt |
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
20 mg/kg fil-kafè jew fit-te |
|
Id-diklorometane |
It-tneħħija tal-kafeina, jew it-tneħħija tal-irritanti jew l-imrar mill-kafè u t-te |
2 mg/kg fil-kafè inkaljat u 5 mg/kg fit-te |
Methanol |
Għall-użi kollha |
10 mg/kg |
Propan-2-ol |
Għall-użi kollha |
10 mg/kg |
IL-PARTI III
Is-solventi tal-estrazzjoni li għalihom huma speċifikati l-kondizzjonijiet tal-użu
L-isem |
Il-limiti massimi tar-residwi fl-oġġetti tal-ikel minħabba l-użu tas-solventi tal-estrazzjoni fil-preparazzjoni tat-taħwir minn materjali naturali tat-taħwir |
Id-Diethyl Ether |
2 mg/kg |
L-Hexane (5) |
1 mg/kg |
Iċ-Ċiklohexane |
1 mg/kg |
L-Aċetat tal-Metil |
1 mg/kg |
Il-Butan-1-ol |
1 mg/kg |
Il-Butan-2-ol |
1 mg/kg |
L-Etilmetilketone (5) |
1 mg/kg |
Id-Diklorometan |
0,02 mg/kg |
Il-Propan-1-ol |
1 mg/kg |
1,1,1,2-tetrafluoroetane |
0,02 mg/kg |
(1) Solvent tal-estrazzjoni huwa kkunsidrat bħala li jintuża f’ konformità ma’ prattika tajba ta’ fabbrikazzjoni jekk l-użu tiegħu jirriżulta biss fil-preżenza ta’ residwi jew derivativi fi kwantitajiet teknikament inevitabbli li ma jippreżentaw ebda perikolu għas-saħħa umana.
(2) L-użu tal-Aċetone fir-raffinament taż-żejt taż-żebbuġa-pomaċja huwa pprojbit.
(3) Il-Hexane huwa prodott kummerċjali li essenzjalment fih l-idrokarboni aċikliċi saturati li jkun fihom sitt atomi tal-karbonju u li jiddistilla bejn l-64 °C u s-70 °C. L-użu kkombinat tal-Hexane u tal-Etilmetilketone huwa pprojbit.
(4) Il-livell tal-n-Hexane f’dan is-solvent m’għandux jaqbeż il-50 mg/kg. L-użu kkombinat ta’ Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit.
(5) L-użu kkombinat ta’ Hexane u Etilmetilketone huwa pprojbit.
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 9)
Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 92/115/KEE |
|
Direttiva 94/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Direttiva 97/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
Anness III, Punt 9 biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmi fl-Artikolu 9)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
||
88/344/KEE |
13 ta’ Ġunju 1991 |
||
92/115/KEE |
|
||
|
|||
94/52/KE |
7 ta’ Diċembru 1995 |
||
97/60/KE |
|
||
|
(1) Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 92/115/KEE:
“L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk li:
— |
jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ lulju 1993, |
— |
jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Jannar 1994.” |
(2) Skond l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/60/KE:
“L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom sabiex jawtorizzaw il-kummerċ fil-prodotti li:
— |
jikkonformaw mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Ottubru 1998; |
— |
jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mis-27 ta’ April 1999. Madankollu, il-prodotti li jkunu tqiegħdu, fis-suq jew ikunu ġew ittikkettjati qabel dik id-data u li ma jikkonformawx mad-Direttiva 88/344/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, jistgħu jiġu mqiegħda fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet.” |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 88/344/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(3) |
— |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 6(3) |
— |
— |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 6(3) |
— |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
— |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |