This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009L0029
Directive 2009/29/EC of the European Parliament and of the Council of 23 April 2009 amending Directive 2003/87/EC so as to improve and extend the greenhouse gas emission allowance trading scheme of the Community (Text with EEA relevance)
Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/63 |
DIRETTIVA 2009/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ April 2009
li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxiet skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (skema Komunitarja) sabiex tippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod effettiv meta mqabbel ma l-ispiża u ekonomikament effiċjenti. |
(2) |
L-għan aħħari tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC), li kienet approvata f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 (5), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera fuq livell li jipprevjeni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, iż-żieda kumplessiva globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż il-livelli preindustrijali b’aktar minn 2 °C. L-aħħar rapport Valutattiv tal-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC), juri li, sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra għandhom jilħqu l-quċċata tal-limitu sal-2020. Dan jimplika żieda fl-isforzi min-naħa tal-Komunità u l-involviment malajr ta’ pajjiżi żviluppati u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li qegħdin fi żvilupp fil-proċess tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 daħal f’impenn sod għat-tnaqqis kumplessiv sal-2020 tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità b’talanqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % sakemm il-pajjiżi żviluppati l-oħra jimpenjaw ruħhom għal tnaqqis tal-emissjonijiet paragunabbli u sakemm dawk l-aktar ekonomikament avvanzati fost il-pajjiżi li qegħdin fi żvilupp jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabbiltajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom. Sa l-2050, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom jonqsu b’talanqas 50 % taħt il-livelli tagħhom tal-1990. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-ksib ta’ dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi n-navigazzjoni marittima u l-avjazzjoni. L-avjazzjoni qed tikkontribwixxi għal dan it-tnaqqis bl-inklużjoni tagħha fl-iskema Komunitarja. Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta’ tnaqqis tagħha permezz tal-IMO ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi emissjonijiet marittimi internazzjonali konformement ma’ modalitajiet armonizzati fl-impenn Komunitarju ta’ tnaqqis bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali potenzjali. |
(4) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008 dwar ir-riżultati tal-Konferenza ta’ Bali dwar il-Bidla fil-Klima (COP 13 u COP/MOP 3) (6), il-Parlament Ewropew fakkar il-pożizzjoni tiegħu li pajjiżi industrijalizzati għandhom jieħdu impenn li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 30 % sal-2020 u b’60 sa 80 % sal-2050, meta mqabbla ma’ livelli tal-1990. Minħabba li hi tantiċipa riżultat pożittiv għan-negozjati tal-COP 15 li se jsiru f’ Copenhagen fl-2009, l-Unjoni Ewropea għandha tibda tħejji miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet aktar iebsa għall-2020 u wara, u għandha tipprova tiżgura li wara l-2012, l-iskema Komunitarja tippermetti, jekk ikun meħtieġ, limiti aktar stretti tal-emissjonijiet, bħala parti mill-kontribut tal-Unjoni għal ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima (minn hawn ‘il quddiem “il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima”). |
(5) |
Biex jgħin fil-ksib ta’ dawn l-għanijiet fit-tul, huwa xieraq li jiġi stabbilit pjan prevedibbli abbażi ta’ liema emissjonijiet ta’ istallazzjonijiet koperti bl-iskema Komunitarja għandhom jitnaqqsu. Sabiex il-Komunità tkun tista’ twettaq l-impenn tagħha għal tnaqqis ta’ għallinqas 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990 b’mod effiċjenti fl-ispiża, sal-2020 il-kwoti tal-emissjonijiet allokati fir-rigward ta’ dawk l-istallazzjonijiet għandu jkun 21 % taħt il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom tal-2005. |
(6) |
Għal titjib fic-ċertezza u l-prevedibbiltà tal-iskema Komunitarja, għandhom jkunu speċifikati dispożizzjonijiet li jżdidu l-livell ta’ kontribuzzjoni tal-iskema Komunitarja sabiex jinkiseb tnaqqis globali ta’ aktar minn 20 %, b’mod partikolari minħabba l-mira tal-Kunsill Ewropew ta’ tnaqqis ta’ 30 % sal-2020 li huwa kkunsidrat meħtieġ xjentifikament biex jimpedixxi tidbdil fil-klima perikoluż. |
(7) |
Ladarba l-Komunità u pajjiżi terzi jkunu kkonkludew ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li konformement miegħu tittieħed azzjoni globali adegwata wara l-2012, għandu jingħata appoġġ konsiderevoli għal krediti bi tpattija għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu saru f’dawk il-pajjiżi. Qabel ma jsir ftehim bħal dan, għaldaqstant għandha tingħata aktar ċertezza dwar it-tkomplija tal-użu ta’ krediti barra l-Komunità. |
(8) |
Filwaqt li l-esperjenza ta’ matul l-ewwel perjodu ta’ skambju ta’ kwoti turi l-potenzjal tal-iskema Komunitarja u l-finalizzazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni għat-tieni perjdou ta’ skambju ta’ kwoti se tirriżulta f’tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet sal-2012, ir-reviżjoni li saret fl-2007 kkonfermat li hija essenzjali sistema aktar armonizzata għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, sabiex jiġu sfruttati aħjar il-benefiċċji ta’ skambju ta’ kwoti, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern u biex tiġi faċilitata r-rabta bejn is-sistemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet. Addizzjonalment, għandha tiġi żgurata aktar prevedibbiltà, u l-ambitu tas-sistema għandu jiġi estiż billi jiddaħlu setturi u gassijiet ġodda bil-għan kemm biex jiġi rinfurzat sinjal tal-prezz tal-karbonju meħtieġ biex jistimola l-investimenti meħtieġa kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet ġodda għal tnaqqis, li jwasslu għal spejjeż ta’ tnaqqis globali aktar baxxi u żieda fl-effiċjenza tas-sistema. |
(9) |
Id-definizzjoni ta’ gassijiet serra għandha tiġi konformi mad-definizzjoni li hemm fl-UNFCCC, u għandu jkun hemm aktar ċarezza dwar l-istabbiliment u l-aġġornament tal-potenzjali tal-gassijiet serra għat-tisħin globali. |
(10) |
L-iskema Komunitarja għandha tkun estiża għal istallazzjonijiet oħrajn li l-emissjonijiet tagħhom ikunu kapaċi jiġu monitorjati, rappurtati u verifikati bl-istess livell ta’ preċiżjoni li hija applikabbli taħt ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika li japplikaw bħalissa. |
(11) |
Fejn hemm fis-seħħ miżuri ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari it-tassazzjoni, għal istallazzjonijiet żgħar li l-emissjonijiet tagħhom ma jaqbżux limitu ta’ 25 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, għandu jkun hemm proċedura li tippermetti l-Istati Membri jeskludu istallazzjonijiet żgħar bħal dawn minn sistema għall-iskambu tal-kwoti tal-emissjonijiet għal kemm żmien dawk il-miżuri jdumu japplikaw. L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti. Dan il-limitu joffri r-rendiment massimu, f’termini relattivi, ta’ tnaqqis ta’ spejjeż amministrattivi għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 eskluża mis-sistema, għal raġunijiet ta’ simplifikar amministrattiv. Bħala konsegwenza tal-bidla tal-perjodi ta’ allokazzjoni ta’ ħames snin, u sabiex jissaħħu ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tar-reviżjoni tal-permessi għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Hu f’idejn l-Istati Membri li jipproponu miżuri li japplikaw għal istallazzjonijiet żgħar li jagħtu kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet bħal dak miksub mill-iskema Komunitarja. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu tassazzjoni, ftehim mal-industrija u regolamentazzjoni. Meta wieħed iqis il-ħtieġa li jonqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa għal emittenti iżgħar, l-Istati Membri jistgħu joħolqu proċeduri u miżuri simplifikati biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. |
(12) |
L-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). |
(13) |
Il-kwantità tal-kwoti tal-emissjonijiet madwar il-Komunità kollha, ikkalkulata min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012 għandha tonqos b’mod lineari, u b’hekk jiġi żgurat li s-sistema għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet twassal tnaqqis ta’ emissjonijiet gradwali u prevedibbli matul iż-żmien. It-tnaqqis annwali ta’ kwoti għandu jkun ugwali għal 1,74 % tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012, sabiex l-iskema Komunitarja tikkontribwixxi b’mod effettiv fl-ispejjeż għall-ksib sal-2020 tal-impenn Komunitarju għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta’ għall-inqas 20 %. |
(14) |
Dan il-kontribut huwa ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet fl-2020 konformement mal-iskema Komunitarja ta’ 21 % taħt il-livelli rappurtati tal-2005, inkluż l-effett tal-ambitu estiż mill-perjodu mill-2005 sal-2007 għall-perjodu mill-2008 sal-2012 u ċ-ċifri ta’ emissjoniiet għall-2005 għas-settur tal-iskambju tal-kwoti li ntuża għall-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-perjodu mill-2008 sal-2012, li jirriżulta fil-ħruġ ta’ massimu ta’ 1 720 miljun kwota fis-sena 2020. Ladarba l-Istati Membri jkunu ħarġu l-kwoti konformement mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jiġi kkalkulati kwantitajiet eżatti ta’ emissjonijiet, għaliex l-approvazzjoni tal-allokazzjoniet għal xi istallazzjonijiet kienet marbuta mal-ġustifikazzjoni u l-verifika tal-emissjonijiet tagħhom. Ladarba jkun seħħ il-ħruġ tal-kwoti għall-perjodu 2008 sa 2012, il-Kummissjoni sejra tippubblika l-kwantità tal-kwoti ta’ madwar il-Komunità kollha. Għandhom isiru aġġustamenti għall-kwantità ta’ madwar il-Komunità kollha fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma inklużi fi, jew esklużi minn, l-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 jew mill-2013 ‘il quddiem. |
(15) |
L-isforz addizzjonali li trid tagħmel l-ekonomija Ewropea jirrikjedi fost l-oħrajn li l-iskema Komunitarja riveduta topera bl-ogħla livell possibbli ta’ effiċjenza ekonomika u abbażi tal-kondizzjonijiet ta’ allokazzjoni kompletament armonizzati ġewwa l-Komunità. L-irkant għandu għalhekk ikun il-prinċipju ta’ bażi għal allokazzjoni, għaliex huwa l-aktar wieħed faċli u meqjus b’mod ġenerali bħala s-sistema l-aktar effiċjenti ekonomikament. Dan għandu jelimina wkoll gwadanji mhux previsti u jqiegħed lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq kif ukoll l-ekonomiji li għandhom espansjoni medja fuq l-istess livell tal-istallazzjonijiet eżistenti. |
(16) |
Sabiex tinżamm l-effiċjenza ambjentali u amministrattiva tal-iskema Komunitarja, tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll l-eżawriment bikri tar-riservi tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, ir-regoli għall-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandhom jiġu armonizzati sabiex jiżguraw li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess approċċ, partikolarment rigward it-tifsira ta’ “estensjonijiet sinifikanti” tal-istallazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet biex ikunu adottati regoli armonizzati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu inklużi. F’dawn ir-regoli, estensjoni sinifikanti għandha, fejn xieraq, tkun definita bħala estensjoni ta’ mill-inqas 10 % tal-kapaċità istallata attwali tal-istallazzjoni jew żieda sostanzjali tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni marbuta maż-żieda fil-kapaċità istallata. L-allokazzjoni mir-riżerva ta’ istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandha ssir abbażi tal-estensjoni sinifikanti tal-istallazzjoni. |
(17) |
L-Istati Membri kollha se jkollhom jagħmlu investimenti sostanzjali biex sal-2020 inaqqsu l-intensità tal-karbonju tal-ekonomiji tagħhom u f’dawk l-Istati Membri fejn il-livell tad-dħul per capita għadu notevolment taħt il-medja tal-Komunità u li l-ekonomiji tagħhom huma fil-proċess li jlaħħqu mal-Istati Membri aktar rikki se jkollhom jagħmlu sforz sinifikanti biex itejbu l-effiċjenza fl-enerġija tagħhom. L-għanijiet tal-eliminazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni intra Komunitarja u biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ effiċjenza ekonomika fit-trasformazzjoni tal-ekonomija tal-UE għal ekonomija sikura u sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju jagħmilha xi ħaġa mhux xierqa li s-setturi ekonomiċi jiġu ttrattati b’mod differenti konformement mal-iskema Komunitarja fl-Istati Membri individwali. Għalhekk jeħtieġ li jiġu żviluppata mekkaniżmi oħra li jappoġġjaw l-isforzi ta’ dawk l-Istati Membri b’livell ta’ dħul relattivament baxx per capita u bi prospetti ogħla. 88 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri abbażi tas-sehem relattiv tagħhom tal-emissjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla. 10 % tal-kwantità totali għandu jitqassam għall-benefiċċju ta’ dawn l-Istati Membri għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir fil-Komunià, biex jintuża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima. Id-distribuzzjoni ta’ 10 % għandha tqis il-livelli ta’ dħul per capita fl-2005 u l-prospetti għat-tkabbir tal-Istati Membri, u għandha tkun ogħla għall-Istati Membri b’livell ta’ dħul baxx per capita u bi prospetti ta’ tkabbir għoljin. L-Istati Membri b’livell medja ta’ dħul per capita li jkun aktar minn 20 % ogħla mill-medja tal-Komunità għandhom jikkontribwixxu għal din id-distribuzzjoni, ħlief meta l-ispejjeż diretti stmati tal-pakkett globali fl-Istima tal-Impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-Pakkett ta’ Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-għanijiet tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-enerġija li tiġġedded għall-2020 lijaqbżu 0,7 % tal-PGD. Għandhom jitqassmu 2 % oħra, tal-kwantità totali tal-emissjonijiet li għandhom jiġu rkantati, fost l-Istati Membri li l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2005 kienu mill-inqas 20 % inqas mill-emissjonijiet fil-livelli tagħhom fis-sena bażi applikabbli għalihom taħt il-Protokoll ta’ Kyoto. |
(18) |
Minħabba l-isforzi konsiderevoli fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għall-adattament għall-effetti inevitabbli tiegħu, huwa xieraq li talanqas 50 % tad-dħul mill-irkant tal-kwoti jintużaw għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għall-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima, għall-iffinanzjar tar-riċerka u l-iżvilupp għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattament, għall-iżvilupp ta enerġiji rinovabbli biex jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2020 jintużaw enerġiji rinovabbli ta’ 20 %, biex jintlaħaq l-impenn tal-UE li sal-2020 tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija b’20 %, għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġika ta’ gassijiet serra b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, biex issir kontribuzzjoni għall-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u għall-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni u li jiffaċilitaw l-adattament f’pajjiżi li qegħdin fi żvilupp, u biex jiġu indirizzati aspetti soċjali bħal żidiet possibbli fil-prezzijiet tal-elettriku f’entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju. Dan il-proporzjon huwa notevolment taħt id-dħul nett mistenni mill-irkant min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi, meta wieħed iqis id-dħul potenzjalment imnaqqas ġej mit-tassazzjoni tal-korporazzjonijiet. Barra minn hekk, id-dħul mill-irkant tal-kwoti għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni tal-iskema Komunitarja. Din id-Direttiva għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-użu tal-fondi mill-irkant. L-għoti ta’ informazzjoni dwar l-użu tal-fondi ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu, stabbilit taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, li jagħtu notifika dwar ċerti miżuri nazzjonali. Din id-Direttiva ma tippreġudikax ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura għall-għajnuna mill-Istat li tista’ tittieħed fil-ġejjieni konformement mal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat. |
(19) |
Bħala konsegwenza, mill-2013 ‘il quddiem r-regola għandha tkun l-irkant sħiħ għas-settur tal-enerġija u għar-raffineriji, minħabba l-kapaċità tagħhom li jgħaddu l-ispiża żejda tas-CO2, u m’għandha tingħata ebda allokazzjoni gratis għall-ġabra u l-ħażna tas-CO2 għaliex l-inċentiv għal dan joħroġ mill-fatt li ma jkunx hemm il-ħtieġa li dawn jiġu ċeduti fir-rigward tal-emissjonijiet maħżuna. Sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-ġeneraturi tal-elettriku jistgħu jirċievu kwoti gratis għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u għat-tisħin u t-tkessiħ prodotta permezz ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar fuq il-promozzjoni ta’ kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija (7) fil-każ li sħana bħal din minn istallazzjonijiet f’setturi oħra kellha tingħata allokazzjonijiet gratis. |
(20) |
L-inċentiv prinċipali għall-futur imbiegħed għall-ġbir u l-ħżin tas-CO2 u għal teknoloġiji ġodda tal-enerġija rinnovabbli hu li ma jkunx meħtieġ li jiġu ċeduti kwoti għall-emissjonijiet tas-C02 li jkunu maħżunin b’mod permanenti, jew li jkunu ġew evitati. Barra minn hekk, biex tiġi aċċellerata d-dimostrazzjoni tal-ewwel faċilitajiet kummerċjali u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jitpoġġew f’ġenb kwoti mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq biex jiġi provdut premju garantit għat-tunnellati ta’ CO2 maħżuna jew evitati fuq skala suffiċjenti għall-ewwel faċilitajiet ta’ dan it-tip fl-Unjoni, sakemm ikun hemm ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-konoxxenza. Il-finanzjament addizzjonali għandu japplika għall-proġetti ta’ skala suffiċjenti, li jkunu ta’ natura innovattiva u li jkollhom ko-finanzjament sinifikanti mill-operatur li jkopri, fil-prinċipju, aktar min-nofs l-ispiża tal-investiment relevanti u meta titqies il-vijabbiltà tal-proġett. |
(21) |
Għal setturi oħrajn koperti bl-iskema Komunitarja, għandu jkun previst sistema tranżitorja li fiha l-allokazzjoni gratis fl-2013 tkun 80 % tal-ammont li jikkorrispondi mal-persentaġġ tal-emissjonijiet globali madwar il-Komunità kollha matul il-perjodu mill-2005 sal-2007 fejn dawk l-istallazzjonijiet kienu sorsijiet ta’ emissjoni imniżżla bħala proporzjon tal-kwantità annwali ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha. Minn hemm ‘il quddiem, l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena f’ammonti ugwali sakemm fl-2020 tintlaħaq allokazzjoni gratis ta’ 30 %, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027. |
(22) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-swieq tal-karbonju u tal-elettriku, l-irkant għal kwoti għall-perjodu mill-2013 ‘il quddiem għandu jibda sal-2011 u jrid ikun ibbażat fuq prinċipji ċari u oġġettivi definiti sew minn qabel. |
(23) |
Għandha tingħata allokazzjoni gratis tranżitorja għal istallazzjonijiet permezz ta’ regoli madwar il-Komunità (“punti ta’ riferiment ex ante”) kollha sabiex tinżamm minima d-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa l-Komunità. Dawk ir-regoli għandhom iqisu t-teknika l-aktar effiċjenti fil-gassijiet serra u fl-enerġija, is-sostituti, il-proċessi ta’ produzzjoni alternattivi, l-użu tal-bijomassa, l-enerġiji rinovabbli u l-ġabra u l-ħażna tal-gassijiet serra. Kwalunkwe regola bħal din ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet u għandha tiżgura li proporzjoni dejjem jiżdied ta’ dawn il-kwoti jiġi rkantat. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti qabel il-perjodu tal-iskambju tal-kwoti sabiex is-suq ikun jista’ jiffunzjona tajjeb. Dawk ir-regoli armonizzati jistgħu wkoll iqisu l-emissjonijiet relatati mal-użu tal-gassijiet minn skart kombustibbli meta l-produzzjoni ta’ dawn il-gassijiet tal-iskart ma tkunx tista’ tiġi evitata fil-proċess industrijali; f’dan ir-rigward, ir-regoli jistgħu jipprovdu għal kwoti li jiġu allokati gratis lill-operaturi konċernati ta’ istallazzjonijiet li jaħarqu gassijiet tal-iskart jew lill-operaturi ta’ istallazzjonijiet fejn joriġinaw dawn il-gassijiet. Għandhom jevitaw ukoll id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-elettriku u fis-swieq tat-tisħin u t-tkessiħ għal istallazzjonijiet industrijali. Huma għandhom jevitaw ukoll id-distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni bejn attività industrijali li ssir f’istallazzjonijiet mħaddma minn operatur wieħed u l-produzzjoni fi istallazzjonijiet esternalizzati. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw għal istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq li jwettqu l-istess attivitajiet bħal istallazzjonijiet eżistenti li jirċievu allokazzjonijiet gratis tranżitorji. Biex tiġi evitata kull distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, ma għandha ssir l-ebda allokazzjoni gratis fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq. Il-kwoti li jifdal fir-riżerva għall-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq fl-2020 għandhom jiġu rkantati. |
(24) |
Il-Komunità se tkompli tieħu t-tmexxija tan-negozjar ta’ ftehim internazzjonali ambizzjuż li jikseb l-għan tal-limitu taż-żieda fit-temperatura globali għal 2 °C u hija mħeġġa bil-progress li sar fit-13-il Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, u t-tielet Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kyoto, li saret f’Bali, fl-Indoneżja bejn it-3-14 ta’ Diċembru 2007 f’dan ir-rigward. Fil-każ li pajjiżi żviluppati oħra u entitajiet oħrajn li huma sorsijiet kbar ta’ gassijiet serra ma jipparteċipawx f’dan il-ftehim internazzjonali, dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’pajjiżi terzi fejn l-industrija ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet kumparabbli tal-karbonju (“carbon leakage”), u fl-istess waqt jistgħu joħolqu żvantaġġi ekonomiċi għal ċerti setturi u subsetturi fil-Komunità li huma intensivi fl-enerġija u suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali f’żvantaġġ ekonomiku. Dan jista’ jiżvaluta l-integrità ambjentali u l-benefiċċju tal-azzjonijiet li jsiru mill-Komunità. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilaxx tal-karbonju, il-Komunità għandha talloka 100 % tal-kwoti gratis għal setturi jew subsetturi li jilħqu l-kriterji rilevanti. Id-definizzjoni ta’ dawn is-setturi jew subsetturi u l-miżuri meħtieġa għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-ġdid sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni fejn meħtieġ u biex jiġi evitat il-kumpens żejjed. Għal dawk is-setturi jew subsetturi speċifiċi fejn jista’ jiġi ppruvat kif dovut li r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ma jistax jiġi evitat, fejn l-elettriku jikkostitwixxi proporzjoni għoli ta’ spejjeż ta’ produzzjoni u jiġi prodott b’mod effiċjenti, l-azzjoni li tittieħed tista’ tqis il-konsum tal-elettriku fil-proċess tal-produzzjoni, mingħajr ma tinbidel il-kwantità tal-kwoti. Ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’dawn is-setturi jew subsetturi għandu jiġi evalwat, fuq livell ta’ 3 figuri (Kodiċi NACE-3) jew, fejn ikun xieraq jew meta d-data rilevanti tkun disponibbli, fuq livell ta’ 4 figuri (Kodiċi NACE-4). |
(25) |
Għalhekk sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tirrivedi s-sitwazzjoni, tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, u fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali, tippreżenta rapport akkumpanjat minn proposti adegwati. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tidentifika liema setturi jew subsetturi tal-industrija intensivi fl-enerġija x’aktarx li jkunu suġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sal-31 ta’ Diċembru 2009. Għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq il-valutazzjoni dwar in-nuqqas ta’ kapaċità tagħhom li jgħaddu l-ispiża tal-kwoti meħtieġa fuq il-prezz tal-prodott bla telf sinifikanti tas-sehem fis-suq lil istallazzjonijiet barra l-Komunità li ma jiħdux azzjoni paragunabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. L-industriji intensivi fl-enerġija determinati li jkunu esposti għal riskju sinifikanti tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jistgħu jirċievu ammont ogħla ta’ allokazzjoni gratis jew tista’ tiġi introdotta sistema ta’ ekwalizzazzjoni tal-karbonju effettiva bil-għan li jitqiegħdu fl-istess livell istallazzjonijiet mill-Komunità u dawk mill-pajjiżi terzi li jkollhom riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju. Tali sistema tkun tista’ tapplika għal importaturi, rekwiżiti li jkunu xejn anqas favorevoli minn dawk applikabbli għal istallazzjonijiet ġewwa l-UE, per eżempju billi tirrikjedi li kwoti jiġu ċeduti. Kull azzjoni li tittieħed jeħtieġ li tkun konformement mal-prinċipji tal-UNFCCC, b’mod partikolari l-prinċipju tar-responsabbiltajiet komuni iżda varjati u l-kapaċitajiet rispettivi, filwaqt li titqies il-qagħda partikolari tal-Pajjiżi L-Inqas Żviluppati (PLŻ). Ikun hemm il-bżonn ukoll li tkun konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Komunità, inklużi l-obbligi taħt il-ftehim tad-WTO. |
(26) |
Id-diskussjonijiet li jsiru fil-Kunsill Ewropew dwar id-determinazzjoni tas-setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju huma ta’ karattru mhux tas-soltu u bl-ebda mod ma jaffettwaw il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 202 tat-Trattat. |
(27) |
L-Istati Membri jistgħu jqisu meħtieġ li jagħtu kumpens temporanju lil ċerti istallazzjonijiet li jkunu ġie determinat li huma esposti għal riskju sinjifikanti ta’ carbon leakage relatat ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra trasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku għal dawn l-ispejjeż. Tali appoġġ għandu jingħata biss fejn ikun meħtieġ u proporzjonat u għandu jiżgura li jinżammu l-inċentivi tal-iskema Komunitarja biex tiġi ffrankata l-enerġija u biex jistimula bidla fid-domanda minn dik għall-elettriku “griż” għal dik għall-elettriku “aħdar”. |
(28) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni ġewwa l-Komunità, għandu jiġi armonizzzat l-użu tal-krediti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet barra l-Komunità li għandhom jintużaw minn operaturi fi ħdan l-iskema Komunitarja. Il-Protokoll ta’ Kyoto jistabbilixxi miri ta’ emissjonijiet kwantifikati għal pajjiżi żviluppati għall-perjodu mill-2008 sal-2012, u jipprovdi għall-ħolqien ta’ Tnaqqis Ċertifikat ta’ Emissjonijiet (CERs) minn proġetti tal-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) u Unitajiet ta’ Tnaqqis ta’ Emissjonijiet (ERUs) mill-proġetti tal-Implimentazzjoni Konġunta (JI) u għall-użu tagħhom minn pajjiżi żviluppati biex tintlaħaq parti minn dawn il-miri. Filwaqt li l-qafas ta’ Kyoto ma jippermettix li jinħolqu l-ERUs mill-2013 ‘il quddiem mingħajr ma jkunu fis-seħħ il-miri kwantifikati ġodda tal-emissjonijiet għall-pajjiżi ospitanti, il-krediti tas-CDM jistgħu potenzjalment jibqgħu jiġu ġġenerati. Ladarba jkun hemm ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għandu jiġi pprovdut l-użu addizzjonali ta’ CERs u ta’ ERUs minn dawk il-pajjiżi li jkunu rratifikaw dak il-ftehim. Fl-assenza ta’ tali ftehim, kondizzjonijiet li jippromwovu aktar użu ta’ CSRs u l-ERUs inaqqas mill-effett ta’ dan l-inċentiv u jagħmilha aktar diffiċli biex jinkisbu l-għanijiet Komunitarji dwar żieda fl-użu tal-enerġija rinovabbli. L-użu tas-CSRs u tal-ERUs għandu jkun konsistenti mal-għan tal-Komunità li sal-2020 20 % tal-enerġija jiġi ġġenerat minn sorsijiet rinovabbli, u għal promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku. Fejn hemm konsistenza mal-ksib ta’ dawn l-għanijiet, għandha tkun prevista l-possibbiltà li jiġu konklużi strumenti ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi li jistimolaw investimenti favur it-tnaqqis tal-emissjonijiet f’dawn il-pajjiżi li jirriżultaw f’tnaqqis reali, addizzjonali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra filwaqt li jistimulaw l-innovazzjoni fil-kumpaniji stabbiliti fi ħdan il-Komunità u l-iżvilupp teknoloġiku f’pajjiżi terzi. Dawn l-istrumenti ta’ ftehim jistgħu jiġu ratifikati minn aktar minn pajjiżż wieħed. Mal-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali sodisfaċenti dwar il-bidla fil-klima mill-Komunità, l-aċċess għal krediti minn proġetti f’pajjiżi terzi għandu jiżdied simultanjament maż-żieda fil-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li għandhom jintlaħqu permezz tal-iskema Komunitarja. |
(29) |
Sabiex ikun hemm prevedibbiltà, l-operaturi għandhom jingħataw iċ-ċertezza dwar il-possibbiltà wara l-2013 għall-użu tas-CERs u l-ERUs sal-bqija tal-livell li tħallew jużaw fil-perjodu mill-2008 sal-2012, minn tipi ta’ proġetti eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012. Minħabba li qabel l-2015 ma jistgħux jiġu riportati, min-naħa tal-Istati Membri, CERs u l-ERUs (“l-ibbankjar” tas-CERs u l-ERUs) miżmuma mill-operaturi bejn il-perjodi tal-impenn konformement ma’ strumenti ta’ ftehim internazzjonali, u dan biss jekk l-Istati Membri jagħżlu li jippermettu l-ibbankjar ta’ dawn is-CERs u l-ERUs fil-kuntest tad-drittijiet limitati biex jibbankjaw tali krediti, din iċ-ċertezza għandha tingħata billi l-Istati Membri jiġu rikjesti jippermettu lill-operaturi jiskambjaw tali CERs u ERUs maħruġa abbażi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet qabel l-2012 għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem. Madankollu, peress li l-Istati Membri ma għandhomx jiġu obbligati jaċċettaw is-CERs u l-ERUs li ma humiex ċerti li se jkunu jistgħu jużaw għall-impenji eżistenti internazzjonali tagħhom dan ir-rekwiżit m’għandux jiġi estiż aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015. Fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem l-operaturi għandhom jingħataw l-istess ċertezza dwar tali CERs maħruġin minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013. Huwa importanti li l-krediti ta’ proġetti użati mill-operaturi jirrappreżentaw tnaqqis reali, verifikabbli, addizzjonali u permanenti tal-emissjonijiet u li jkollhom benefiċċji ċari ta’ żvilupp sostenibbli u ebda impatt negattiv ambjentali u soċjali sinifikanti. Għandha tiġi stabbilita proċedura li tippermetti l-esklużjoni ta’ ċerta tipi ta’ proġetti. |
(30) |
Fil-każ ta’ dewmien tal-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, għandha tingħata l-possibbiltà għall-użu ta’ tali krediti minn proġetti ta’ kwalità għolja fl-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti permezz ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi. Dawn l-istrumenti ta’ ftehim, li jistgħu jkunu bilaterali jew multilateral, jistgħu jiffaċilitaw li proġetti li ġġeneraw l-ERUs sal-2012, iżda li ma jistgħux jibqgħu jagħmlu hekk taħt il-qafas ta’ Kyoto, jibqgħu jiġu rikonoxxuti fl-iskema Komunitarja. |
(31) |
Il-PLŻ huma speċjalment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima u huma responsabbli għal livell baxx ħafna biss ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-PLŻ billi d-dħul ġenerat mill-irkant jiġi użat biex jiffaċilita l-adattament tal-pajjiżi li qegħdin fi żvilupp għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Minħabba li ftit li xejn proġetti tas-CDM ġew stabbiliti f’dawn il-pajjiżi, huwa xieraq li tingħata ċertezza dwar l-approvazzjoni ta’ krediti minn proġetti li nbdew fl-PLŻ wara l-2012, ukoll jekk fl-assenza ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, fejn dawn il-proġetti b’mod ċar ikunu addizzjonali u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli. Dan id-dritt għandu jkun japplika għall-PLŻ sal-2020 sakemm sa dak iż-żmien ikunu ratifikaw jew ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jew ftehim bilaterali jew multilaterali ġewwa l-Komunità. |
(32) |
Ladarba jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, jkunu jistgħu jintużaw krediti addizzjonali li jammontaw sa nofs it-tnaqqis addizzjonali li jkun qed iseħħ fl-iskema Komunitarja, u l-krediti tas-CDM ta’ kwalità għolja minn pajjiżi terzi għandhom ikunu approvati fl-iskema Komunitarja mill-2013 meta dawk il-pajjiżi jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali. |
(33) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw attivitajiet ta’ proġetti biss fejn il-parteċipanti kollha fil-proġett ikollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ tali proġetti, sabiex jiġi skorraġġit il-“free-riding” minn kumpaniji fi Stati li ma kkonkludewx ftehim internazzjonali, ħlief fejn dawk il-kumpaniji ikunu bbażati f’pajjiżi terzi, jew f’entitajiet sub-federali jew reġjonali li jkunu marbuta mal-iskema Komunitarja. |
(34) |
Il-fatt li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jirriferu għall-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali futur dwar il-bidla fil-klima mill-Komunità huwa bla ħsara għall-konklużjoni ta’ dak il-ftehim mill-Istati Membri wkoll. |
(35) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, għandhom jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-iskema Komunitarja relatati ma’ monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet. |
(36) |
L-Unjoni għandha taħdem sabiex tistabbilixxi sistema internazzjonali rikonoxxuta għat-tnaqqis tad-diforestazzjoni u għaż-żieda fl-afforestazzjoni u r-riafforestazzjoni, billi tappoġġja l-objettiv, fil-UNFCCC, li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-arranġamenti eżistenti, bħala parti minn struttura finanzjarja effettiva, effiċjenti, ġusta u koerenti fil-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li għandu jintlaħaq fil-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15 u COP/MOP 5).. |
(37) |
Sabiex jiġi kkjarifikat kull tip ta’ bojler, burner, turbina, heater, furnace, inċineratur, calciner, kiln, forn, dryer, magna, fuel cell, chemical looping combustion unit, flare, u postcombustion unit termiku jew katalitiku permezz tad-Direttiva 2003/87KE, għandha tiżdied definizzjoni ta’ “kombustjoni”. |
(38) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn persuni ġewwa l-Komunità mingħajr restrizzjoni, u biex jiġi żgurat li l-iskema Komunitarja tkun tista’ tiġi marbuta ma’ sistemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet f’pajjiżi terzi u li entitatjiet subfederali u reġjonali, minn Jannar 2012 ‘il quddiem, il-kwoti kollha għandhom jinżammu fil-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet Komunitarju stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Komunità u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kyoto (8). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma tar-reġistri nazzjonali għal emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet Komunitarju għandu jipprovdi l-istess kwalità ta’ servizzi bħall-uffiċċji għar-reġistrazzjonijiet nazzjonali. |
(39) |
Mill-2013 ‘il quddiem, il-ġabra, it-trasport u l-ħażna ġeoloġika b’mod ambjentalment sikur tas-CO2 għandhom jiġu koperti fl-iskema Komunitarja f’manjiera armonizzata. |
(40) |
Għandhom isiru arranġamenti li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji għall-iskambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż terz jew entità subfederali jew reġjonali. |
(41) |
Il-pajjiżi terzi ġirien tal-Unjoni għandhom ikunu mħeġġa jingħaqdu mal-iskema Komunitarja jekk dawn jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz fin-negozjati ma’, u fl-għoti ta’ assistenza finanzjarja u teknika lil, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali koperti mill-politika Ewropea tal-viċinat biex tippromwovi dan l-għan. Dan jiffaċilita t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-konoxxenza lil dawn il-pajjiżi, li hu mezz importanti biex jiġu pprovduti benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali għal kulħadd. |
(42) |
Din id-Direttiva għandha tipprevedi strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi oħra mandatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet b’mod assolut u li jkunu kompatibbli mal-iskema Komunitarja filwaqt li jitqies il-livell tal-ambizzjoni ambjentali u l-preżenza ta’ mekkaniżmu rigoruż u kumparabbli ta’ kontroll, komunikazzjoni tal-informazzjoni u verifika fir-rigward tal-emissjonijiet u sistema ta’ konformità. |
(43) |
Fid-dawl tal-esperjenza tal-iskema Komunitarja, għandu jkun possibbli ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, sakemm dawn il-proġetti jseħħu konformement mar-regoli armonizzati adottati fil-livell Komunitarju u sakemm dawn il-proġetti ma jirriżultawx fl-għadd doppju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jew jimpedixxu t-twessiegħ tal-ambitu tal-iskema Komunitarja jew l-impenn għal miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. |
(44) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat tal-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). |
(45) |
B’mod partikolari għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-armonizzazzjoni tar-regoli dwar id-definizzjoni ta’ “istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq”, għall-irkant tal-kwoti, l-allokazzjoni tranżitorja tal-kwoti mal-Komunità kollha, il-ħolqien tal-kriterji u tal-modalitajiet applikabbli għall-għażla ta’ ċerti proġetti ta’ demostrazzjoni, il-ħolqien ta’ lista ta’ setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinjifikanti ta’ rilokazzjoni ta’ emissjonijiet tal-karbonju, l-użu ta’ krediti, il-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet, l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi, l-implimentazzjoni ta’ regoli armonizzati għal proġetti u l-emendament ta’ ċerti annessi. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/87/KE, inter alia billi jissupplementawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(46) |
Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(47) |
Huwa kunsiljabbli li jkun hemm provvediment għat-traspożizzjoni bikrija ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li jħejju l-operat rivedut tal-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. |
(48) |
Sabiex jintemm b’mod korrett il-perjodu tal-iskambju tal-kwoti 2008 sa 2012, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE (10), mid-Direttiva 2008/101/KE (11) u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009 (12) għandhom ikomplu japplikaw mingħajr ma jaffettwaw il-possibbiltà tal-Kummissjoni li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-operat rivedut tal-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. |
(49) |
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat. |
(50) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(51) |
Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(52) |
Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (13), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE
Id-Direttiva 2003/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 1: “Din id-Direttiva se tipprovdi wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis kunsidrati meħtieġa xjentifikament biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima. Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.”; |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 3c(2), “Artikolu 11(2)” għandu jiġi sostitwit b'“Artikolu 13(1)”; |
(4) |
Fl-Artikolu 3 g, il-kliem “il-linji gwida adottati taħt l-Artikolu 14” għandha tiġi sostitwita b'“ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14”; |
(5) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża mill-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.”; |
(6) |
L-Artikolu 5(d) huwa sostitwit b’li ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 6 huwa emendat b’li ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.”; |
(9) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha Il-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013 mal-Komunità kollha, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa jew li jridu jinħarġu mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-fattur lineari u, fejn hu xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-2020, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni sal-2025.”; |
(10) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9a Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha 1. Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet imdaħħla fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt l-Artikolu 24(1), il-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandha tiġi aġġustata biex tirrefletti l-kwantità medja annwali tal-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawn l-istallazzjonijiet matul il-perjodu tal-inklużjoni tagħhom, aġġustat bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9. 2. Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament tal-Komunità kollha li għandha tinħareġ. Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1). Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet. 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitiajiet aġġustati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sat-30 ta’ Settembru 2010. 4. Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma esklużi mill-iskema Komunitarja konformement mal-Artikolu 27, il-kwantità tal-kwoti mal-Komunità kollha li jridu joħorġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-emissjonijiet medji annwali li jiġu vverifikati ta’ dawk l-istallazzjonijiet fil-perijodu mill-2008 sal-2010, aġġustati mill-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.” |
(11) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 L-irkant tal-kwoti 1. Mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 10a u 10c. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tippubblika ammont stmat tal-kwoti li jridu jiġu rkantati. 2. Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:
Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007. Fejn meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu adattati b’mod proporzonali biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni mill-ġdid tkun 10 % u 2 % rispettivament. 3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:
L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u tal-azzjonijiet meħuda konformement ma’ dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom ippreżentati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE. 4. Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dan il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkant u l-volumi mistennija ta’ kwoti li jridu jsiru disponibbli. L-irkanti għandhom jitfasslu biex jiżguraw li:
Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni. 5. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq tal-karbonju Ewropej. Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju inkluż l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni relevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.” |
(12) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10a Regoli tranżitorji madwar il-Komunità kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta, miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu applikabbli mal-Komunità kollha li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 12 inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart. Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat. Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati. Mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim. 2. Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur fil-Komunità fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati. Ir-Regolamenti taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante. 3. Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c allokazzjoni bi ħlas biss tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku, għal istallazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2. 4. Għandha tingħata allokazzjoni gratis għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F’kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9. 5. L-ammont massimu ta’ kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta’ allokazzjonijiet għal istallazzjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 3 u li ma jkunux istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq ma għandux jaqbeż is-somma ta’:
Għandu japplika fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi jekk meħtieġ. 6. L-Istati Membri jistgħu wkoll jadottaw miżuri finanzjarji favur is-setturi jew is-subsetturi determinati li jkunu esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra li jidhru fil-prezzijiet tal-elettriku, sabiex ikun hemm kumpens għal dawk l-ispejjeż u kull fejn dawn il-miżuri finanzjarji jkunu konformi mar-regoli tal-għajnuna statali applikabbli u li jiġu adottati f’dan il-qasam. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq punti ta’ riferiment ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unit tal-produzzjoni. Dawn il-punti ta’ riferiment ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unit tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku. 7. Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati taħt l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhomjiġu riżervati għal istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, bħala l-massimu li jista’ jiġi allokat lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq konformement mar-regoli adottati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-kwoti f’din ir-riżerva Komunitarja li la jkunu allokati lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq u lanqas ma jkunu ntużaw taħt il-paragrafu 8, 9 jew 10 ta’ dan l-Artikolu tul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhom jinbigħu b’irkant mill-Istati Membri, filwaqt li jitqies kemm l-istallazzjonijiet fl-Istati Membri jkunu bbenefikaw minn din ir-riżerva, taħt l-Artikolu 10(2) u, għall-arranġamenti dettaljati u ż-żmien, l-Artikolu 10(4), u d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ implimentazzjoni. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9. Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli armonizzati għall-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ ‘istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq’, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-‘estensjonijiet sinifikanti’. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). 8. Sa 300 miljun kwota fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandhom ikunu disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2015 biex jgħinu fl-istimulazzjoni tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ massimu ta’ 12-il proġett ta’ dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan li jiġbru u jaħżnu s-CO2 b’mod ġeoloġiku u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (CCS) kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija li tiġġedded fit-territorju tal-Unjoni. Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw il-proġetti ta’ dimostrazzjoni li jipprovdu għall-iżvilupp f’postijiet bilanċjati tajjeb ġeografikament, ta’ firxa wiesgħa ta’ CCS u ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded innovattivi li għadhom mhumiex vijabbli kummerċjalment. L-għoti tagħhom għandu jiddependi fuq il-fatt li l-emissjonijiet tas-CO2 ikunu ġew evitati b’mod li jista’ jiġi verifikat. Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti li jinkludu rekwiżiti għall-kondiviżjoni tal-konoxxenza. Dawk il-kriterji u miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jiġu allokati kwoti għall-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jingħata permezz tal-Istati Membri u għandu jikkumplimenta l-kofinanzjament sostanzjali mill-operatur tal-istallazzjoni. Huma jistgħu jiġu kkofinanzjati wkoll mill-Istati Membri kif ukoll minn strumenti oħra. L-ebda proġett m’għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu taħt dan is-subparagrafu li jeċċedi 15 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dan l-appoġġ għandu jitqies taħt il-paragrafu 7. 9. Il-Litwanja, li, taħt l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, anness mal-att ta’ Adeżjoni tal-2003, impenjat ruħha li tagħlaq l-unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2009, tista’, jekk l-emissjonijiet totali vverifikati tal-Litwanja mill-2013 sal-2015 fl-iskema Komunitarja jaqbżu s-somma tal-kwoti gratis mogħtija lil istallazzjonijiet fil-Litwanja għal emissjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku f’dak il-perjodu u tliet partijiet minn tmienja tal-allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mil-Litwanja għall-perjodu 2013 sa 2020, titlob kwoti mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għall-irkantar konformement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4). L-ammont massimu ta’ dawn il-kwoti għandu jkun ekwivalenti għall-emissjonijiet żejda f’dak il-perjodu sal-punt li dan l-ammont żejjed huwa dovut għal żieda fl-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku, wara li titnaqqas kwalunkwe kwantità li biha l-kwoti f’dak l-Istat Membru fil-perjodu mill-2008 sal-2013 qabżu l-emissjonijiet verifikati fl-iskema Komunitarja fil-Litwanja matul dak il-perjodu. Kwalunkwe kwoti bħal dawn għandhom jitqiesu taħt il-paragrafu 7. 10. Kwalunkwe Stat Membru li n-network tal-elettriku tiegħu huwa interkonness mal-Litwanja u li fl-2007 importa aktar minn 15 % tal-konsum domestiku tal-elettriku tiegħu mil-Litwanja għall-konsum tagħha stess, u fejn l-emissjonijiet żdiedu minħabba l-investiment fil-produzzjoni ġdida tal-elettriku, jista’ japplika l-paragrafu 9 mutatis mutandis bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu. 11. Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027. 12. Suġġett għall-Artikolu 10b, fl-2013 u f’kull sena sussegwentement sal-2020, istallazzjonijiet f’setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom jiġu allokati, konformement mal-paragrafu 1, kwoti gratis sa 100 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. 13. Sal-31 ta’ Diċembru 2009 u sussegwentement kull ħames snin, wara diskussjoni fil-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddetermina fil-lista s-setturi jew is-subsetturi msemmija fil-paragrafu 12 fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 14 sa 17. Kull sena l-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, iżżid settur jew subsettur fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk jista’ jintwera, b’rapport analitiku, li dan is-settur jew subsettur jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 14 sa 17, wara bidla li jkollha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew subsettur. Sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri, is-setturi jew is-subsetturi kkonċernati u partijiet interessati relevanti oħra. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). 14. Sabiex jiġu ddeterminati s-setturi jew subsetturi msemmija fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni għandha tevalwa, fuq livell Komunitarju, safejn huwa possibbli għas-settur jew subsettur ikkonċernat, fuq il-livell relevanti ta’ diżaggregazzjoni, li jgħaddi l-ispiża diretta tal-kwoti mitluba u l-ispejjeż indiretti minħabba prezzijiet ogħla tal-elettriku li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva preżenti fil-prezzijiet tal-prodott mingħajr telf sinifikanti għas-sehem fis-suq tal-istallazzjonijiet anqas effiċjenti fil-karbonju barra l-Komunità. Dawn l-evalwazzjonijiet se jkunu bbażati fuq medja tal-prezz tal-karbonju abbażi tal-istima, mill-Kummissjoni, tal-impatt li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima l-enerġija rinovabbli għall-2020 u, jekk tkun disponibbli, fuq data dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għall-iktar tliet snin reċenti għal kull settur jew subsettur. 15. Settur jew subsettur għandu jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:
16. Minkejja l-paragrafu 15, settur jew subsettur jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:
17. Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 tista’ tiġi supplimentata wara li titlesta evalwazzjoni kwalitattiva, filwaqt li jitqiesu, fejn id-data relevanti tkun disponibbli, il-kriterji li ġejjin:
18. Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 għandha tiġi determinata wara li, fejn id-data rilevanti tkun disponibbli, jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:
19. L-ebda allokazzjoni gratis m’għandha tingħata lil istallazzjoni li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, ħlief jekk l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li din l-istallazzjoni ser terġa’ tibda l-produzzjoni fi żmien speċifikat u raġonevoli. L-istallazzjonijiet li l-permess tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u istallazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni u l-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli, għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet. 20. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b’mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ. Artikolu 10b Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f’każ ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju potenzjali 1. Sat-30 ta’ Ġunju 2010, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ setturi jew subsetturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:
Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista’ jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta’ infurzar. 2. Il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2011, għandha tevalwa jekk id-deċiżjonijiet magħmula dwar il-proporzjon ta’ allokazzjonijiet riċevuti gratis mis-setturi jew subsetturi taħt l-ewwel paragrafu, inkluż l-effett tal-istabbiliment ta’ parametri ta’ referenza ex-ante taħt l-Artikolu 10a(2), jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kwantità ta’ allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri konformement mal-Artikolu 10a(2), meta mqabbel ma’ xenarju b’irkant sħiħ għas-setturi kollha fl-2020. Jekk dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi tqis l-effetti distribuzzjonali possibbli ta’ dawn il-proposti. Artikolu 10c Għażla ta’ allokazzjoni gratis tranżitorja għall-modernizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku 1. Bħala deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri jistgħu jagħtu allokazzjoni gratis tranżitorja lill-istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku fi stat ta’ operazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew lil istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku li għalihom il-proċess ta’ investiment kien inbeda fiżikament sal-istess data, sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu lill-Kummissjoni pjan nazzjonali li jipprovdi għal investimenti fil-modifikazzjoni u fit-titjib tal-infrastruttura u teknoloġiji nodfa. Il-pjan nazzjonali għandu jipprovdi wkoll għad-diversifikazzjoni tat-taħlita ta’ enerġija tagħhom u sorsi ta’ forniment għal ammont ekwivalenti, sakemm ikun possibbli, għall-valur kummerċjali tal-allokazzjoni gratis fir-rigward tal-investimenti maħsuba, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġu limitati kemm jista’ jkun iż-żidiet fil-prezzijiet relatati direttament. L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq lill-Kummissjoni, kull sena, rapport dwar l-investimenti magħmula fl-aġġornar tal-infrastruttura u t-teknoloġiji nodfa. L-investiment magħmul minn 25 ta’ Ġunju 2009 jista’ jingħadd għal dan l-għan. 2. Il-kwoti gratis tranżitorji għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-allokazzjonijiet li l-Istati Membri rispettivi li kieku kienu se jirkantaw taħt l-Artikolu 10(2). Fl-2013, l-allokazzjoni tranżitorja totali ta’ kwoti gratis m’għandhiex taqbeż is-70 % tal-ammont medju globali tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 minn ġeneraturi tal-elettriku ta’ dan it-tip għall-ammont li jikkorrispondi mal-konsum nazzjonali gross finali tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom jonqsu gradwalment wara dan, sabiex ma jkunx hemm kwoti gratis fl-2020. Għal dawk l-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, l-emissjonijiet rilevanti għandhom jiġu kkalkulati billi jintużaw l-emissjonijiet tagħhom verifikati tal-iskema Komunitarja konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddetermina li l-kwoti allokati konformement ma’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw biss mill-operatur tal-istallazzjoni kkonċernata biex jiġu ċeduti l-kwoti taħt l-Artikolu 12(3) rigward l-emissjonijiet tal-istess istallazzjoni matul is-sena li għaliha ġew allokati l-kwoti. 3. Il-kwoti għall-operaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-kwota abbażi tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 jew fuq punt ta’ riferiment ex ante tal-effiċjenza bbażat fuq il-medja peżata tal-livell tal-emissjonijiet tal-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-elettriku effiċjenti fir-rigward tal-gassijiet b’effett ta’ serra koperta mill-iskema Komunitarja għall-istallazzjonijiet bl-użu ta’ karburanti differenti. Il-piż attribwit jista’ jirrifletti s-sehem tal-karburanti differenti fil-produzzjoni tal-elettriku fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tagħti gwida sabiex jiġi żgurat li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u kemm jista’ jkun timminimizza l-impatti negattivi fuq l-inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. 4. Kull Stat Membru li japplika dan l-Artikolu għadu jirrikjedi li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi tan-network li qed jieħdu benefiċċju jirrappurtaw kull 12-il xahar dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti tagħhom imsemmija fil-pjan nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar dan lill-Kummissjoni u jagħmlu dawn ir-rapporti pubbliċi. 5. Kull Stat Membru li għandu l-ħsieb jalloka kwoti fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu għandu, sat-30 ta’ Settembru 2011, iressaq lill-Kummissjoni applikazzjoni bil-metodu ta’ allokazzjoni propost u l-kwoti individwali. Applikazzjoni għandu jkollha:
6. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni fuq il-bażi tal-elementi stipulati fil-paragrafu 5 u tista’ tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 6 xhur wara li tirċievi l-informazzjoni relevanti. 7. Sentejn qabel it-tmiem tal-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jagħtu kwoti gratis tranżitorji lil istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku li joperaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-produzzjoni tal-elettriku, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali. Jekk il-Kummissjoni tkun tqis li, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, ikun hemm bżonn ta’ estensjoni possibbli ta’ dak il-perjodu, hija tista’ tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti f’każ ta’ estensjoni ta’ dak il-perjodu.” |
(13) |
L-Artikoli 11 u 11a huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 11 Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni 1. Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni lista ta’ istallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorju tagħha u kull allokazzjoni gratis għal kull istallazzjoni fit-territorju tagħha kkalkolata konformement mar-regoli kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) u fl-Artikolu 10c. 2. Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwantità tal-kwoti li għandhom jiġu distribwiti għal dik is-sena, ikkalkolata taħt l-Artikoli 10, 10a u 10c. 3. L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu kwoti gratis taħt il-paragrafu 2 lil istallazzjonijiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni milli jinkitbu fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 11a L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema Komunitarja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima 1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) u (4), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu. 2. Sakemm il-livelli ta’ użu tas-CERs u ERUs permessi lill-operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 li ma nkunux ntużaw jew li tingħata awtorizzazzjoni li jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-operaturi jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex dawn joħorġulhom kwoti li jkunu validi mill-2013 ‘il quddiem bi skambju għal CERs u ERUs maħruġa fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sal-2012 minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012. Sal-31 ta’ Marzu 2015, għandu jsir skambju bħal dan mat-talba għalih mill-awtorità kompetenti. 3. Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs u l-ERUs minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013 maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem. L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal CERs u ERUs għal kull tip ta’ proġett li kien eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012. 4. Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti minn proġetti ġodda li jkunu nbdew mill-2013 ‘il quddiem fil-PLŻ. L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-CERs fir-rigward tat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu ratifikaw ftehim rilevanti mal-Komunità jew sal-2020, abbażi ta’ liema data tiġi l-ewwel. 5. Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw fl-iskema Komunitarja konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement mal-iskema Komunitarja. 6. Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti fl-iskema Komunitarja minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. 7. Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati fl-iskema Komunitarja sa mill-1 ta’ Jannar 2013. 8. L-operaturi kollha eżistenti għandhom jitħallew jużaw il-krediti matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess lilhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, jew ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tiġi stabbilita taħt il-11 % tal-kwoti tagħhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, ikun liema jkun l-ogħla ammont. L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti lil hinn mill-11 % previsti fl-ewwel subparagrafu, sa ammont li jirriżulta fil-kwoti gratis magħquda fil-perijodu mill-2008 sal-2012 u d-drittijiet għal krediti ġenerali ta’ proġetti globali jkunu ekwivalenti għal ċerta perċentwali tal-emissjonijiet verifikati tagħhom fil-perjodu mill-2005 sal-2007. L-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, inklużi istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq fil-perjodu mill-2008 sal-2012 li la rċevew kwoti gratis u lanqas ma rċevew dritt għall-użu ta’ CERs u ERUs mill-2008 sal-2012, u setturi ġodda għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati matul il-perjodu mll-2013 sal-2020. L-operaturi tal-ajruplani għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati tagħhom matul il-perjodu mill-2013 sal-2020. Għandhom jiġu adottati miżuri biex jiġu speċifikati l-perċentwali eżatti li għandhom japplikaw taħt l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. Mill-inqas terz tal-ammont addizzjonali li għandhom jitqassmu fost l-operaturi eżistenti lil hinn mill-ewwel perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jitqassam lill-operaturi li kellhom l-iktar livell baxx ta’ użu magħqud medju ta’ kwoti gratis u ta’ krediti ta’ proġetti, mill-2008 sal-2012. Dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-użu ġenerali tal-krediti permess ma jkunx ta’ iktar minn 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi eżistenti taħt l-iskema Komunitarja fil-perjodu mill-2008 sal-2020 u 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi l-ġodda u tal-avjazzjoni fil-perjodu mid-data tal-inklużjoni tagħhom fl-iskema Komunitarja sal-2020. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). 9. Mill-1 ta’ Jannar 2013, jistgħu jiġu applikati miżuri biex jiġi ristrett l-użu ta’ krediti speċifiċi minn tipi ta’ proġetti. Dawk il-miżuri għandhom ukoll jistabbilixxu d-data li minnha l-użu tal-krediti taħt il-paragrafi 1 sa 4 għandu jkun konformi ma’ dawn il-miżuri. Din id-data għandha tkun, l-iktar kmieni, sitt xhur wara l-adozzjoni tal-miżuri jew, l-iktar tard tliet snin mill-adozzjoni tagħhom. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Meta Stat Membru jitlob li jsir hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tressaqx lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkollhom jiġu adottati.”; |
(14) |
Fl-Artikolu 11b(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin mal-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 25.” |
(15) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Validità tal-kwoti 1. Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom ikunu validi għal emissjonijiet matul perjodi ta’ tmien snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013. 2. Erba’ xhur wara l-bidu ta’ kull perjodu msemmi fil-paragrafu 1, kwoti li ma jkunux aktar validi u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati taħt l-Artikolu 12 għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom joħorġu kwoti lill-persuni għall-perijodu kurrenti sabiex jissostitwixxu l-kwoti miżmuma minnhom li huma kanċellati taħt l-ewwel subparagrafu.” |
(17) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 14 Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data dwar it-tunellati-kilometri għall-għan ta’ applikazzjoni taħt l-Artikoli 3e jew 3f, li għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u għandu jispeċifika l-potenzjal għat-tisħin globali ta’ kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). 2. Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta bl-iskema Komunitarja assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement mar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1. 4. Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.” |
(18) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni. L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.” |
(20) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “4. Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.” |
(21) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 22 Emendi fl-Annessi L-Annessi ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, jistgħu jiġu emendati fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet. Dawk il miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).” |
(24) |
Jiżdied paragrafu li ġej fl-Artikolu 23: “4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha” |
(25) |
L-Artikolu 24 huwa emendat b’li ġej: “Artikolu 24 Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet 1. Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, taħt din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema Komunitarja u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni
2. Meta tiġi approvata l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ fl-istess waqt tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali u tawtorizza Stati Membri oħrajn biex jinkludu attivitajiet u gassijiet addizzjonali. 3. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jista’ jiġi adottat Regolament dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).” |
(26) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 24a Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet 1. Addizzjonalment għall-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-iskema Komunitarja. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss tal-iskema Komunitarja għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar il-Komunità kollha. 2. Jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-ikkreditar ta’ proġetti fil-livell Komunitarju msemmi fil-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). 3. Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess. Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.” |
(27) |
Fl-Artikolu 25 jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “1a. Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali. 1b. Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti fl-iskema Komunitarja jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.” |
(28) |
L-Artikoli 27, 28 u 29 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 27 Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti 1. Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti. 2. Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata. Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla fl-iskema Komunitarja, l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a. 3. Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal fl-iskema Komunitarja taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni. Kull istallazzjoni bħal din għandha tibqa’ fl-iskema Komunitarja għall-bqija tal-perjodu ta’ kummerċ. 4. Għall-istallazzjonijiet li ma kinux iddaħħlu fl-iskema Komunitarja waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti simplifikati għall-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet fit-tliet snin li jiġu qabel in-notifika taħt il-paragrafu 1 punt (a). Artikolu 28 Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima 1. Fi żmien tliet xhur wara li l-Komunità tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:
2. Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat mill-Komunità u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim. Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri. 3. Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima. 4. Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi fl-iskema Komunitarja għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ. 5. Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima. Artikolu 29 Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.” |
(29) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 29a Miżuri f’każ li jkun hemm oxxillazzjonijiet kbar fil-prezzijiet 1. Jekk, għal aktar minn sitt xhur konsekuttivi, il-prezz tal-kwoti jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwoti fuq is-suq Komunitarju tal-karbonju matul is-sentejn ta’ qabel, il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE. 2. Jekk l-evoluzzjoni tal-prezz msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkorrispondix għar-regoli fundamentali tas-suq, tista’ tiġi adottati waħda mill-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqies il-grad tal-evoluzzjoni tal-prezz:
Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 23(4). 3. Kwalunkwe miżura għandha tqis kif xieraq ir-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill taħt l-Artikolu 29, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mogħtija mill-Istati Membri. 4. L-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4).” |
(30) |
L-Anness I huwa sostitwit bl-Anness I ta’ din id-Direttiva. |
(31) |
L-Annessi IIa u IIb għandhom jiżdiedu, hekk kif stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. |
(32) |
L-Anness III jitħassar. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Madankollu, għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(10) tad-Direttiva 2003/87/KE kif imdaħħal bl-Artikolu 1(6) ta’ din id-Direttiva u mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata bl-Artikolu 1(13) ta’ din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009.
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, dawk il-miżuri għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dan.
Artikolu 3
Dispożizzjoni tranżitorja
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendati bid-Direttiva 2004/101/KE, bid-Direttiva 2008/101/KE u bir-Regolament (KE) Nru 219/2009, għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strażburgu, it-23 ta' April 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
P. NEČAS
(2) ĠU C 325, 19.12.2008, p. 19.
(3) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009.
(4) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(6) ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 13.
(7) ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(10) Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fir-rigward tal-mekkaniżmi tal-proġett tal-Protokoll ta’ Kjoto (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).
(11) Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3).
(12) Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li jadatta numru ta’ atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109).
(13) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE huwa sostitwit b’li ġej:
“ANNESS I
KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA
1. L-istallazzjonijiet jew il-partijiet tal-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testjar ta’ prodotti u proċessi ġodda u istallazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa mhumiex koperti b’din id-Direttiva.
2. Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.
3. Meta l-input termiku nominali totali ta’ istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-iskema Komunitarja, l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta’ bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni ‘chemical looping’, torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b’input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. ‘Junits li jużaw biss il-bijomassa’ jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.
4. Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni fl-iskema Komunitarja.
5. Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.
6. Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.
Attività |
Il-gassijiet serra |
||||||||||||||||||||||||
Kombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW (minbarra istallazzjonijiet għat-trattament ta’ skart perikoluż jew muniċipali) |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Irfinar ta’ żejt minerali |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-kokk |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-‘pelletisation’ |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż il-għoti tal-forma bla waqfien, b’kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati metriċi fis-siegħa. |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu. |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni ta’ aluminju primarju. |
Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. |
Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW. |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Tnixxif jew kalċinazzjoni tal-ġipsum jew għall-produzzjoni tal-folji tal-ġibs u prodotti oħra tal-ġibs, fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità totali ta’ termika kkalkolata ta’ 20 MW |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Produzzjoni tal-iswed tal-karbonju (carbon black) li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta’ sustanzi organiċi bħalma huma żjut, qatran, kraker (cracker) u residwi tad-distillazzjoni fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku |
Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku |
Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic) |
Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-ammonja |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u gass sintetiku bl-iffurmar mill-ġdid jew l-ossidazzjoni parzjali b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż l-25 tunnellata kuljum. |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3) |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Trasport ta’ gassijiet serra permezz ta’ linji ta’ pajpijiet għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE |
Dijossidu tal-karbonju |
||||||||||||||||||||||||
L-avjazzjoni Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat. Din l-attività m’għandhiex tinkludi:
|
Dijossidu tal-karbonju |
ANNESS II
Dawn l-Annessi li ġejjin jiżdiedu bħala l-Anness IIa u l-Anness IIb tad-Direttiva 2003/87/KE:
ANNESS IIa
Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima
|
Sehem tal-Istat Membru |
Il-Belġju |
10 % |
Il-Bulgarija |
53 % |
Ir-Repubblika Ċeka |
31 % |
L-Estonja |
42 % |
Il-Greċja |
17 % |
Spanja |
13 % |
L-Italja |
2 % |
Ċipru |
20 % |
Il-Latvja |
56 % |
Il-Litwanja |
46 % |
Il-Lussemburgu |
10 % |
L-Ungerija |
28 % |
Malta |
23 % |
Il-Polonja |
39 % |
Il-Portugall |
16 % |
Ir-Rumanija |
53 % |
Is-Slovenja |
20 % |
Is-Slovakkja |
41 % |
L-Iżvezja |
10 % |
ANNESS IIb
TQASSIM TAL-KWOTI GĦALL-IRKANT MILL-ISTATI MEMBRI TAĦT L-ARTIKOLU 10(2)(c) LI JIRRIFLETTU SFORZI BIKRIJA TA’ XI STATI MEMBRI SABIEX JINKISEB L-OBJETTIV TA’ 20 % TA’ TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA
Stat Membru |
Tqassim ta’ 2 % meta mqabbel mal-bażi ta’ Kyoto f’perċentwali |
Il-Bulgarija |
15 % |
Ir-Repubblika Ċeka |
4 % |
L-Estonja |
6 % |
L-Ungerija |
5 % |
Il-Latvja |
4 % |
Il-Litwanja |
7 % |
Il-Polonja |
27 % |
Ir-Rumanija |
29 % |
Is-Slovakkja |
3 % |