EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0006

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/6/KE tal- 4 ta' Frar 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skont il-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 36, 5.2.2009, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/6/oj

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/6/KE

tal-4 ta' Frar 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skont il-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tad-diethylene glycol (DEG) fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Meta jitqies li dan il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li d-DEG ma għandux jintuża bħala ingredjent fi prodotti kosmetiċi, iżda li konċentrazzjoni massima ta’ mhux aktar minn 0,1 % tad-DEG minn impuritajiet fil-prodotti kożmetiċi finali tista’ titqies bħala sikura, din is-sustanza għandha tkun ipprojbita għal użu fi prodotti kosmetiċi u l-limitu ta' traċċi tagħha għandu jkun determinat bħala 0,1 %.

(2)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tal-phytonadione fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li l-użu tal-phytonadione fi prodotti kosmetiċi mhuwiex sikur minħabba li dan jista’ jikkawża allerġija tal-ġilda, u individwi affettwati minn din jistgħu ma jibbenefikawx minn aġent terapewtiku importanti. Għaldaqstant is-sustanza għandha tiġi pprojbita.

(3)

Id-Direttiva 76/768/KEE tipprojbixxi l-użu fi prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa sustanzi CMR), tal-kategorija 1, 2 u 3, skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2). Madankollu, l-użu ta’ sustanzi kklassifikati fil-kategorija 3 skont id-Direttiva 67/548/KEE jista’ jiġi awtorizzat skont il-valutazzjoni u l-approvazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti ta’ Konsum (SCCP – Scientific Committee on Consumer Products).

(4)

L-SCCP tqis li t-toluene, sustanza kklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 3 skont l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, hija sikura mill-perspettiva tossikoloġika ġenerali meta tkun preżenti sa 25% fi prodotti tad-dwiefer; iżda t-teħid tan-nifs ’il ġewwa tagħha mit-tfal għandu jiġi evitat.

(5)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tad-diethylene glycol monobutyl ether (DEGBE) u tal-ethylene glycol monobutyl ether (EGBE) fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Dan il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li l-użu tad-DEGBE bħala solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar f’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 9.0 % ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Barra minn hekk, dan il-kumitat iqis li l-użu tal-EGBE bħala solvent f’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 4.0 % fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li huma ossidativi, u ta’ mhux aktar minn 2.0 % fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li ma humiex ossidativi, ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Madankollu, l-SCCP ma qiesx l-użu ta’ dawn is-sustanzi bħala sikur meta l-prodott hu ppreżentat bħala aerosol/sprej; dan l-użu potenzjali għaldaqstant għandu jkun ipprojbit.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-5 ta' Awwissu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-5 ta' Novembru 2009.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sustanza toluene kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness taħt in-numru ta’ referenza 185 mill-5 ta' Frar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p.1.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, jiżdiedu n-numri ta’ referenza li ġejjin:

Nru ta’ Ref.

Isem kimiku

Nru ta’ CAS

Nru KE

“1370

Diethylene glycol (DEG), għal-livell ta’ traċċi, ara l-Anness III

2,2′-oxydiethanol

Nru CAS 111-46-6

KE Nru 203-872-2

1371

Phytonadione [INCI], phytomenadione [INN]

CAS No 84-80-0//81818-54-4;

KE Nru 201-564-2”

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness III, jiżdiedu n-numri ta′ referenza minn 185 sa 188:

In-numru ta’ referenza

Is-sustanza

Restrizzjonijiet

Il-kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

 

 

Kamp ta’ applikazzjoni u/jew użu

Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku finali

Limitazzjonijiet u ħtiġijiet oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

“185

Toluene

Nru CAS 108-88-3

Nru KE 203-625-9

Prodotti tad-dwiefer

25  %

 

Żomm ’il bogħod mit-tfal

Għandu jintuża biss mill-adulti

186

Diethylene glycol (DEG)

Nru CAS 111-46-6

Nru KE 203-872-2

2,2′-oxydiethanol

traċċi fl-ingredjenti

0,1  %

 

 

187

Butoxydiglycol

Nru CAS 112-34-5

Nru KE 203-961-6

diethylene glycol monobutyl ether (DEGBE)

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

9,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)

 

188

Butoxyethanol

Nru CAS 111-76-2

Nru KE 203-905-0

ethylene glycol monobutyl ether (EGBE)

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidativi

4,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)

 

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

2,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)”

 


Top