EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009H0114

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 10 ta' Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

ĠU L 40, 11.2.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2009/114/oj

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/37


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

(2009/114/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern (3) dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, minn issa issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2007.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.


Top