This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009H0023
Commission Recommendation of 19 December 2008 on common guidelines for the national sides and the issuance of euro coins intended for circulation (notified under document number C(2008) 8625)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8625)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8625)
ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 9/52 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2008
dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8625)
(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bis-Sloven u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)
(2009/23/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti suġġetti għall-approvazzjoni tal-volum mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
(2) |
B’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-Kunsill adotta miżuri ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (1). |
(3) |
Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-ewro (2), muniti denominati f’ewro u ċenteżmi li huma konformi mad-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijet tekniċi għandhom ikunu meqjusa bħala valuta legali fl-“Istati Membri parteċipanti kollha”, kif definiti f’dak ir-Regolament. |
(4) |
Skond il-prattika komuni fost l-Istati Membri parteċipanti, il-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi muniti kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, għandhom jiġu ċċirkolati fil-valur proprju tagħhom. Dan ma jeskludix, madankollu, li proporzjon żgħir tal-valur totali tal-muniti maħruġa jinbigħ bi prezz ogħla jekk dawn ġew prodotti bi kwalità speċjali jew ippreżentati f’pakkeġġjar speċjali. |
(5) |
Il-muniti tal-ewro ma jiċċirkulawx biss fil-pajjiż tal-ħruġ imma fiż-żona kollha tal-ewro u anki lil hinn. F’dan il-kuntest, indikazzjoni ċara tal-pajjiż tal-ħruġ għandha titpoġġa fuq in-naħa nazzjonali tal-munita tal-ewro biex tippermetti l-utenti li huma interessati fil-muniti li jidentifikaw malajr l-Istat Membru ta’ ħruġ. |
(6) |
Il-muniti tal-ewro għandhom naħa Ewropea u naħa nazzjonali distintiva. In-naħat komuni Ewropej tal-muniti tal-Ewro fihom kemm l-isem tal-munita waħdanija kif ukoll id-denominazzjoni tal-munita. In-naħa nazzjonali m’għandiex tirrepeti l-isem tal-munita waħdanija u lanqas tad-denominazzjoni tal-munita. |
(7) |
Id-disinji fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro huma deċiżi minn kull Stat Membru li qed jieħu sehem, iżda dan għandu jkun totalment ċirkondat mit-12-il stilla tal-bandiera Ewropea. |
(8) |
L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw għandhom isegwu regoli komuni fil-każ ta’ bdil fin-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro. Id-disinji użati fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni m’għandhomx fil-prinċipju jinbidlu, għajr jekk il-Kap ta’ Stat stampat fuq munita jinbidel. |
(9) |
Muniti kommemorattivi huma muniti speċifiċi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fejn id-disinn regolari nazzjonali jiġi sostitwit minn disinn nazzjonali differenti biex ifakkar suġġett speċifiku. Il-munita taż-żewġ ewro hija l-aktar denominazzjoni adattata għal dan l-għan, prinċipalment minħabba d-dijametru kbir tal-munita u l-karatteristiċi tekniċi tagħha li joffru ħarsien xieraq kontra l-iffalsifikar. |
(10) |
Ħarġiet ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom biss jikkommemoraw suġġetti ta’ rilevanza ewlenija nazzjonali jew Ewropea, billi muniti bħal dawn huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni madwar iż-żona kollha tal-ewro. Suġġetti anqas importanti għandhom pjuttost jitfakkru permezz ta’ ħarġa ta’ muniti tal-ewro għall-kollezzjoni, li mhumiex maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u li jkunu jistgħu jintgħarfu faċilment mill-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni. Muniti kommemorattivi maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri kollha parteċipanti għandhom ikunu riżervati għal suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea. |
(11) |
Il-limitu ta’ ħruġ ta’ munita kommemorattiva waħda tal-ewro fis-sena maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għal kull Stat Membru li qed joħroġ il-muniti, ħadem tajjeb u għandu jibqa’ stipulat flimkien mal-possibbiltà addizzjonali ta’ ħarġa kollettiva ta’ munita kommemorattiva tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu joħorġu munita kommemorattiva tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fl-każ ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga proviżorja tal-funzjoni ta’ Kap tal-Istat. |
(12) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti limiti ta’ volumi għal muniti kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni biex ikun żgurat li muniti bħal dawn jibgħu perċentwal żgħir mill-għadd totali tal-muniti taż-żewġ ewro fiċ-ċirkolazzjoni. Fl-istess ħin, dawn il-limiti ta’ volumi għandhom jippermettu l-ħarġa ta’ volum ta’ muniti biżżejjed li jiżgura li l-muniti kommemorattivi jistgħu jiċċirkulaw b’mod effettiv. |
(13) |
Waqt li l-muniti tal-ewro jiċċirkolaw maż-żona tal-ewro, il-karatteristiċi tad-disinn nazzjonali tagħhom huma ta’ interess komuni. L-Istati Membri li joħorġu l-muniti għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar in-naħat ġodda nazzjonali ħafna qabel id-data ppjanata tal-ħruġ. Għal dan l-għan, l-Istati Membri li joħorġu l-muniti għandhom iressqu l-abbozz tagħhom tad-disinji tal-muniti tal-ewro lill-Kummissjoni, li mbagħad tivverifika l-konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
(14) |
L-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar il-linji-gwida stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni, biex jikkunsidraw il-prattiċi nazzjonali differenti u l-preferenzi tagħhom f’dan il-qasam. |
(15) |
Il-Komunità kkonkludiet Ftehimiet Monetarji mal-Prinċipalità ta’ Monako, mar-Repubblika ta’ San Marino u mal-Istat tal-Vatikan, li jippermettulhom li joħorġu ċerti kwantitajiet ta’ muniti tal-ewro. Il-linji-gwida komuni għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa minn dawk l-Istati. |
(16) |
Għandha titħejja reviżjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni qabel tmiem l-2015, biex jiġi deċiż jekk il-linji-gwida għandhomx jinbidlu. |
(17) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu post ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għal tibdil fid-disinn fuq in-naħat nazzjonali fis-sewwa tal-muniti ewro għaċ-ċirkolazzjoni (3) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2005 dwar linji-gwida komuni għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkolazzjoni (4), |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
1. It-tqegħid tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkolazzjoni
Muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu ċċirkolati b’valur nominali. Dan ma jeskludix li proporzjon żgħir ta’ muniti tal-ewro li nħarġu jinbigħu bi prezz ogħla, jekk ġustifikati minn raġunijiet bħal kwalità speċjali jew l-ippakkeġġjar.
2. L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ il-munita
In-naħat nazzjonali tad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkulazzjoni għandu jkollhom indikazzjoni tal-Istati Membri li jkun ħariġhom permezz tal-isem tal-Istat Membru sħiħ jew fil-qosor.
3. Assenza tal-isem tal-munita u tad-denominazzjoni
(1) |
In-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni m’għandna tirrepeti l-ebda indikazzjoni fuq id-denominazzjoni, jew partijiet minnha, la tal-munita u lanqas għandha tirrepeti l-isem tal-munita waħda jew tas-sottodiviżjoni tagħha, sakemm it-tali indikazzjoni toħroġ mill-użu ta’ alfabett differenti. |
(2) |
L-ittri fit-truf tal-munita taż-żewġ ewro jistgħu jipprovdu indikazzjoni tad-denominazzjoni, sakemm juntużaw biss iċ-ċifra “2” jew it-terminu “ewro” jew it-tnejn. |
4. Id-disinn tan-naħat nazzjonali
Id-disinn tan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkollhom 12-il stilla Ewropea li għandhom jiċċirkondaw totalment id-disinn nazzjonali, inkluża l-marka tas-sena u l-indikazzjoni tal-isem tal-Istat Membru li joħroġ il-munita. L-istilel Ewropej għandhom jiġu stampati hekk kif jidhru fuq il-bandiera Ewropea.
5. Bidliet fin-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
Bla ħsara għall-punt 6, id-disinji użati fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni f’denominazzjonijiet ta’ ewro jew ta’ ċenteżmi m’għandhomx jinbidlu, għajr f’każijiet jekk il-Kap ta’ Stat stampat fuq munita jinbidel. L-Istat Membru li joħroġ il-munita, madankollu, għandu jingħata l-permess jaġġorna d-disinn tal-muniti tal-ewro li juru l-Kap tal-Istat kull ħmistax-il sena biex titqies xi bidla li tkun saret fid-dehra tal-Kap tal-Istat. L-Istati Membri li joħroġ għandu jkun jista’ jaġġorna n-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro biex ikunu konformi bis-sħiħ ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.
Fil-każ ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga proviżorja tal-funzjoni ta’ Kap ta’ Stat m’għandux jingħata d-dritt li jinbidlu n-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni.
6. Ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(1) |
Il-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li juru disinn nazzjonali differenti minn dak tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom biss jikkommemoraw suġġetti ta’ rilevanza ewlenija nazzjonali jew Ewropea. Muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri parteċipanti kif stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 974/98 (minn issa “l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti”) għandu jikkommemoraw biss suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea u l-ħruġ tagħhom għandu jiġi approvat mill-Kunsill. |
(2) |
Il-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun konformi mar-regoli li ġejjin:
|
7. Il-proċedura tat-tagħrif u l-pubblikazzjoni ta’ bidliet fil-ġejjieni
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-abbozz tad-disinn tan-naħat nazzjonali l-ġodda, inklużi l-ittri tat-truf, u tal-volum ta’ ħruġ qabel ma jkunu approvaw formalment dawn id-disinji. Għal dan l-għan, abbozzi ġodda ta’ disinji ta’ muniti tal-ewro għandhom jitressqu mill-Istat Membri tal-ħruġ quddiem il-Kummissjoni, bħala regola, mill-inqas sitt xhur qabel id-data ppjanata tal-ħruġ. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità mal-linji-gwida ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u tinforma lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien permezz tas-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Jekk u meta l-Kummissjoni tqis li l-linji-gwida tar-Rakkomandazzjoni preżenti ma ġewx rispettati, is-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jiddeċiedi jekk japprovax id-disinn.
Is-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu japprova d-disinji tal-muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri parteċipanti kollha.
It-tagħrif rilevanti kollu dwar disinji ġodda ta’ muniti nazzjonali għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. L-Ambitu tal-prassi rakkomandata
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tapplika għan-naħat nazzjonali u għall-ittri tat-truf kemm ta’ muniti tal-ewro regolari kif ukoll ta’ dawk kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni. M’għandhiex tapplika għan-naħat nazzjonali u għall-ittri tat-truf la tal-muniti normali u lanqas tal-muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu diġà nħarġu u ġew approvati skond il-proċedura ta’ tagħrif miftiehma qabel l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.
9. It-tħassir ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti
Ir-Rakkomandazzjonijiet Nru 2003/734/KE u 2005/491/KE huma b’dan imħassra.
10. Id-destinatarji
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti kollha.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.
(2) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.
(3) ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38.
(4) ĠU L 186, 18.7.2005, p. 1.