This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009F0829
Council Framework Decision 2009/829/JHA of 23 October 2009 on the application, between Member States of the European Union, of the principle of mutual recognition to decisions on supervision measures as an alternative to provisional detention
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat- 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat- 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja
ĠU L 294, 11.11.2009, pp. 20–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
11.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/20 |
DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2009/829/ĠAI
tat-23 ta’ Ottubru 2009
dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1)(a) u (c) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. |
|
(2) |
Skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, u b’mod partikolari l-punt 36 tagħhom, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu japplika għal ordnijiet ta’ qabel il-proċess. Fl-10 miżura tiegħu, il-programm ta’ miżuri biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali jindirizza r-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ superviżjoni. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas għandu jkollhom il-mira li jsaħħu l-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali, billi jippermettu li persuna residenti fi Stat Membru wieħed iżda soġġetta għal proċedimenti kriminali fi Stat Membru ieħor, tkun issorveljata mill-awtoritajiet fl-Istat li fih hija tkun residenti waqt li tistenna proċess. Bħala konsegwenza, id-Deċiżjoni Qafas preżenti għandha bħala objettiv tagħha s-sorveljanza tal-movimenti tal-mixli fid-dawl tal-objettiv prevalenti ta’ protezzjoni tal-pubbliku ġenerali u r-riskju għall-pubbliku mir-reġim eżistenti, li jipprevedi żewġ alternattivi biss: detenzjoni proviżorja jew moviment mhux issorveljat. Għalhekk il-miżuri ser jagħtu effett ulterjuri lid-dritt taċ-ċittadini li josservaw il-liġi biex jgħixu fis-sikurezza u s-sigurtà. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jimmiraw ukoll li jsaħħu d-dritt għal-libertà u l-preżunzjoni ta’ innoċenza fl-Unjoni Ewropea fl-intier tagħha u biex jiżguraw kooperazzjoni bejn l-Istati Membri meta persuna tiġi soġġetta għal obbligazzjonijiet jew superviżjoni sakemm ikun hemm deċiżjoni tal-Qorti. Konsegwentement, id-Deċiżjoni Qafas preżenti għandha bħala l-objettiv tagħha l-promozzjoni, fejn adatt, tal-użu ta’ miżuri mhux ta’ kustodja bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, anki meta, skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, detenzjoni proviżorja ma setgħetx tiġi imposta ab initio. |
|
(5) |
Fir-rigward tad-detenzjoni ta’ persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali, hemm riskju ta’ trattament differenti bejn dawk li huma residenti fl-Istat tal-proċess u dawk li m’humiex: persuna mhux residenti tirriskja li tintbagħat lura taħt kustodja sakemm isir il-proċess anki meta, f’ċirkustanzi simili, persuna residenti ma tiffaċċjax dan ir-riskju. F’żona Ewropea komuni ta’ ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġi żgurat li persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali li mhix residenti fl-Istat tal-proċess ma tiġix ittrattata b’mod differenti minn persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali li hija residenti. |
|
(6) |
Iċ-ċertifikat, li għandu jintbagħat flimkien mad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, għandu jispeċifika l-indirizz fejn il-persuna kkonċernata ser toqgħod fl-Istat ta’ esekuzzjoni, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tiffaċilita s-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar it-tul ta’ żmien massimu, jekk hemm, li matulu l-miżuri ta’ superviżjoni jistgħu jiġu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni. Fi Stati Membri fejn il-miżuri ta’ superviżjoni għandhom jiġu mġedda perjodikament, dan il-perijodu ta’ żmien massimu għandu jinftiehem bħala l-perijodu ta’ żmien totali wara liema ma jibqax legalment possibbli li jiġġeddu l-miżuri ta’ superviżjoni. |
|
(8) |
Kull talba mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għall-konferma tal-ħtieġa li tittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istat emittenti, li tapplika għad-deċiżjoni dwar tiġdid, reviżjoni u rtirar tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni. Tali talba għall-konferma ma għandhiex tobbliga lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti sabiex tieħu deċiżjoni ġdida biex ittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni. |
|
(9) |
L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha relatati ma’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, inkluża li tordna detenzjoni proviżorja. Tali detenzjoni proviżorja tista’ b’mod partikolari tiġi ordnata wara ksur tal-miżuri ta’ superviżjoni jew wara nuqqas ta’ konformità ma’ ċitazzjoni biex tattendi kwalunkwe smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali. |
|
(10) |
Sabiex jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa u diffikultajiet fir-rigward tat-trasferiment ta’ persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali għall-finijiet ta’ smigħ jew ta’ proċess, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-konferenzi bit-telefon u l-videokonferenzi. |
|
(11) |
Fejn xieraq, tista’ tintuża sorveljanza elettronika għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, skont il-liġi u l-proċeduri nazzjonali. |
|
(12) |
Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tippermetti li l-miżuri ta’ superviżjoni imposti fuq il-persuna kkonċernata jkunu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni, filwaqt li jkun żgurat l-kors normali tal-ġustizzja u, b’mod partikolari li jkun żgurat li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli sabiex tingħamel skont il-liġi. F’każ li l-persuna kkonċernata ma tirritornax fl-Istat emittenti b’mod volontarju, huwa jew hija tista’ tiġi kkonsenjata lill-Istat emittenti skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew”). |
|
(13) |
Waqt li din id-Deċiżjoni Qafas tkopri l-atti kriminali kollha u m’hijiex ristretta għal tipi jew livelli partikolari ta’ atti kriminali, il-miżuri ta’ superviżjoni għandhom ġeneralment ikunu applikati f’każ ta’ reati anqas serji. Għalhekk id-dispożizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, minbarra l-Artikolu 2(1) tagħha, għandhom japplikaw fis-sitwazzjoni meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni jkollha tiddeċiedi dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata. Konsegwentement, l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew għandu japplika ukoll f’dik is-sitwazzjoni. |
|
(14) |
L-ispejjeż tal-ivjaġġar tal-persuna kkonċernata bejn l-Istat ta’ esekuzzjoni u dak emittenti in konnessjoni mas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni jew għall-iskop li tattendi xi smigħ ma humiex regolati b’din id-Deċiżjoni Qafas. Il-possibiltà, partikolarment għall-Istat emittenti, li jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha jew għal parti minnhom hija regolata mil-liġi nazzjonali. |
|
(15) |
Ladarba l-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jiġifieri r-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ superviżjoni matul il-kors ta’ proċedimenti kriminali ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’ dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni Qafas ma tmurx ‘il hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan. |
|
(16) |
Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Xejn f’din id-Deċiżjoni Qafas m’għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi rifjut li tiġi rikonoxxuta deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jekk hemm indikazzjonijiet oġġettivi li hija kienet imposta biex tikkastiga persuna minħabba s-sess tiegħu jew tagħha, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, iċ-ċittadinanza, il-lingwa, il-konvinzjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha jew li din il-persuna tista’ tkun żvantaġġata għal waħda minn dawn ir-raġunijiet. |
|
(17) |
Din id-Deċiżjoni Qafas ma għandha timpedixxi lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu rigward id-dritt għal proċess xieraq, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa, il-libertà tal-espressjoni f’mezzi tal-informazzjoni oħrajn u l-libertà ta’ reliġjon. |
|
(18) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu applikati f’konformità mad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jiċċirkolaw u jirresjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
|
(19) |
Id-data personali pproċessata meta tiġi implimentata din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun protetta skont id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (3) u skont il-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi regoli li skonthom Stat Membru wieħed jirrikonoxxi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni maħruġa fi Stat Membru ieħor bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, jissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni imposti fuq persuna fiżika u jikkonsenja l-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti f’każ ta’ ksur ta’ dawn il-miżuri.
Artikolu 2
Objettivi
1. L-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huma:
|
(a) |
li jiġi żgurat il-kors dovut tal-ġustizzja, u b’mod partikolari, li l-persuna kkonċernata tkun disponibbli biex tingħamel skont il-liġi; |
|
(b) |
li jiġi promoss, fejn adatt, l-użu, matul proċedimenti kriminali, ta’ miżuri mhux ta’ kustodja għal persuni li m’humiex residenti fl-Istat Membru fejn qed iseħħu l-proċedimenti; |
|
(c) |
li tittejjeb il-protezzjoni tal-vittmi u tal-pubbliku inġenerali. |
2. Din id-Deċiżjoni Qafas ma tagħti l-ebda dritt lil persuna li tuża, matul proċedimenti kriminali, miżura mhux ta’ kustodja bħala alternattiva għall-kustodja. Din hija materja regolata mil-liġi u l-proċeduri tal-Istat fejn qed iseħħu l-proċedimenti kriminali.
Artikolu 3
Protezzjoni tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna
Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-vittimi, tal-pubbliku ġenerali u tas-sigurtà interna, skont l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:
|
(a) |
“deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni” tfisser deċiżjoni infurzabbli mogħtija matul proċedimenti kriminali minn awtorità kompetenti tal-Istat emittenti f’konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tiegħu u li timponi fuq persuna fiżika, bħala alternattiva għad-detenzjoni proviżorja, miżura waħda jew aktar ta’ superviżjoni; |
|
(b) |
“miżuri ta’ superviżjoni” tfisser l-obbligi u l-istruzzjonijiet imposti fuq persuna fiżika, f’konformità mal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat emittenti; |
|
(c) |
“Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru li fih tkun inħarġet deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(d) |
“Stat ta’ esekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li fih jiġu ssorveljati l-miżuri ta’ superviżjoni. |
Artikolu 5
Drittijiet fundamentali
Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif sanċiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Nomina ta’ awtoritajiet kompetenti
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet ġudizzjarji, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, huma kompetenti biex jaġixxu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni Qafas fis-sitwazzjoni fejn dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni.
2. Bħala eċċezzjoni għall-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtoritajiet mhux ġudizzjarji bħala l-awtoritajiet kompetenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Deċiżjoni Qafas, dment li tali awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura simili taħt il-liġi u l-proċeduri nazzjonali tagħhom.
3. Id-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 18(1)(c) għandhom jittieħdu minn awtorità ġudizzjarja kompetenti.
4. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
Artikolu 7
Rikors għall-awtorità ċentrali
1. Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu tipprevedi hekk, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti.
2. Stat Membru jista’, jekk huwa meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trażmissjoni u r-riċeviment amministrattivi ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni, flimkien maċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatati miegħu. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji tal-informazzjoni, l-inkjesti u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità ċentrali jew awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informazzjoni relatata mal-awtorità ċentrali jew awtoritajiet ċentrali nnominata jew innominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.
Artikolu 8
Tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni
1. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-miżuri ta’ superviżjoni li ġejjin:
|
(a) |
obbligu għall-persuna biex tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe bidla ta’ residenza, b’mod partikolari għall-fini tar-riċeviment taċ-ċitazzjoni sabiex tattendi smigħ jew proċess matul proċedimenti kriminali; |
|
(b) |
obbligu li ma tidħolx f’ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fl-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni; |
|
(c) |
obbligu biex tibqa’ f’post speċifiku, fejn applikabbli matul ħinijiet speċifiċi; |
|
(d) |
obbligu li fih limitazzjonijiet dwar tluq mit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni; |
|
(e) |
obbligu biex tirrapporta f’ħinijiet speċifiċi lil awtorità speċifika; |
|
(f) |
obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ persuni speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa. |
2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, liema miżuri ta’ superviżjoni, barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, huwa lest li jissorvelja. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu b’mod partikolari:
|
(a) |
obbligu li ma jkunx hemm involviment f’attivitajiet speċifiċi fir-rigward ta’ reat(i) allegatament imwettqa, li jista’ jinkludi involviment fi professjoni specifika jew qasam ta’ impjieg; |
|
(b) |
obbligu li ma tinsaqx vettura; |
|
(c) |
obbligu li tiġi ddepożitata ċertu somma ta’ flus jew li tingħata tip ieħor ta’ garanzija, li tista’ tingħata jew permezz ta’ numru speċifiku ta’ pagamenti bin-nifs jew inkella f’darba; |
|
(d) |
obbligu biex isirilha trattament terapewtiku jew trattament għal xi vizzju; |
|
(e) |
obbligu li jiġi evitat kuntatt ma’ oġġetti speċifiċi fir-rigward tar-reat(i) allegatament imwettqa. |
3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt dan l-Artikolu disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
Artikolu 9
Kriterji relatati mal-Istat Membru li lilu tista’ tintbagħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni
1. Deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tista’ tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, f’każijiet fejn il-persuna li ġiet infurmata dwar il-miżuri kkonċernati, tagħti l-kunsens tagħha biex tirritorna f’dak l-Istat.
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’, fuq talba tal-persuna, tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru minbarra l-Istat Membru li fih il-persuna qed tirrisjedi legalment u ordinarjament, bil-kondizzjoni li din l-aħħar awtorità tkun tat il-kunsens tagħha biex din tintbagħat.
3. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw taħt liema kondizzjonijiet l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħtu l-kunsens li tintbagħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni f’każijiet skont il-paragrafu 2.
4. Kull Stat Membru għandu jagħmel dikjarazzjoni lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar id-determinazzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 3. L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw tali dikjarazzjoni fi kwalunkwe waqt. Is-Segretarjat Ġenerali għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
Artikolu 10
Proċedura biex id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat flimkien maċ-ċertifikat
1. Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) jew (2), l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tibgħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lil Stat Membru ieħor, hija għandha tiżgura li hija tkun akkumpanjata b’ċertifikat, li l-forma standard tiegħu hija stabbilita fl-Anness I.
2. Id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħhom. L-oriġinal tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk dan hekk jitlob. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmijin.
3. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu ċertifikat bħala preċiż, mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti.
4. Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu, minbarra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(1), jinkludi biss tali miżuri kif notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni skont l-Artikolu 8(2).
5. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tispeċifika:
|
(a) |
fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien li għalih tapplika d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u jekk it-tiġdid ta’ din id-deċiżjoni hux possibbli; u |
|
(b) |
fuq bażi indikattiva, it-tul ta’ żmien proviżorju li għalih x’aktarx ser tkun meħtieġa s-sorveljanza tal-miżuri, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li huma magħrufa meta d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tintbagħat. |
6. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta’ esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe waqt partikolari.
7. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, din tal-aħħar għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-ħolqien ta’ Network Ġudizzjarju Ewropew (4), sabiex tinkiseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni.
8. Meta awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tirċievi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien ma’ ċertifikat m’għandha l-ebda kompetenza biex tirrikonoxxi dik id-deċiżjoni, din l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat id-deċiżjoni flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 11
Kompetenza dwar is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni
1. Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni ma tkunx irrikonoxxiet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni mibgħuta lilha u ma tkunx infurmat lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti b’ tali rikonoxximent, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tibqa’ kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni imposti.
2. Jekk il-kompetenza għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni ġiet trasferita lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni, tali kompetenza għandha tmur lura għand l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti
|
(a) |
fejn il-persuna kkonċernata tkun stabbiliet ir-residenza legali u ordinarja tagħha fi Stat li mhux l-Istat ta’ esekuzzjoni; |
|
(b) |
hekk kif l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun innotifikat l-irtirar taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10(1), skont l-Artikolu 13(3), lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni; |
|
(c) |
fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat il-miżuri ta’ superviżjoni u l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(4)(b), tkun irrifjutat li tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni modifikati għaliex dawn ma jaqgħux taħt it-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 8(1) u/jew taħt dawk notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni kkonċernat skont l-Artikolu 8(2); |
|
(d) |
meta l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) ikun skada; |
|
(e) |
fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tkun iddeċidiet li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni u tkun infurmat lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar dan, b’applikazzjoni tal-Artikolu 23. |
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex tiġi evitata kemm jista’ jkun, kwalunkwe skontinwità fis-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni.
Artikolu 12
Deċiżjoni fl-Istat ta’ esekuzzjoni
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha, mill-iktar fis possibli u fi kwalunkwe każ fi żmien 20 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u ċ-ċertifikat, tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni mibgħuta skont l-Artikolu 9 u b’segwitu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u mingħajr dewmien għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal rifjut imsemmijin fl-Artikolu 15.
2. Jekk ġie introdott rimedju legali kontra d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-limitu ta’ żmien għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni għandu jiġi estiż b’20 jum ta’ xogħol oħra.
3. Jekk, f’każijiet eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tikkonforma mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li tagħżel hi, waqt li tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u tindika kemm bi ħsiebha tieħu żmien biex tagħti deċiżjoni finali.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tipposponi d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni fejn iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 huwa inkomplet jew manifestament ma jikkorrispondix mad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, sa tali limitu ta’ żmien raġonevoli stabbilita biex iċ-ċertifikat ikun kompletat jew ikkoreġut.
Artikolu 13
Adattament tal-miżuri ta’ superviżjoni
1. Jekk in-natura tal-miżuri ta’ superviżjoni hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità kompetenti f’dak l-Istat tista’ tadattahom b’konformità mat-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni li japplikaw, skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, għal reati ekwivalenti. Il-miżura ta’ superviżjoni adattata għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun ma’ dik imposta fl-Istat emittenti.
2. Il-miżura ta’ superviżjoni adattata m’għandhiex tkun aktar severa mill-miżura ta’ superviżjoni li kienet imposta oriġinarjament.
3. Wara l-wasla tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(2)(b) jew (f), l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira ċ-ċertifikat dment li s-sorveljanza fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx għadu beda. Fi kwalunkwe każ, tali deċiżjoni għandha tittieħed u tiġi kkomunikata mill-aktar fis possibbli u f’mhux aktar tard minn għaxart ijiem min-notifika rilevanti.
Artikolu 14
Kriminalità doppja
1. Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b’sentenza ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda ta’ libertà għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u skont kif inhuma definiti bil-liġi tal-Istat emittenti, għandhom, skont it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-att, iwasslu għal rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni:
|
— |
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, |
|
— |
terroriżmu, |
|
— |
traffikar tal-bnedmin, |
|
— |
sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal, |
|
— |
traffikar illeċitu fid-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, |
|
— |
traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjoni u splussivi, |
|
— |
korruzzjoni, |
|
— |
frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fis-sens tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
|
— |
laundering ta’ rikavati mill-kriminalità, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ flus, inkluż l-ewro, |
|
— |
atti kriminali konnessi mal-informatika, |
|
— |
atti kriminali ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-perikolu li jinqerdu, |
|
— |
faċilitazzjoni tad-dħul u tar-residenza mhux awtorizzati, |
|
— |
omiċidju, offiża gravi fuq persuna, |
|
— |
kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti umani, |
|
— |
ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi, |
|
— |
razziżmu u ksenofobja, |
|
— |
serq organizzat jew bl-użu ta’ armi, |
|
— |
it-traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri tal-arti, |
|
— |
frodi, |
|
— |
racketeering u estorsjoni, |
|
— |
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom, |
|
— |
falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, |
|
— |
traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u growth promoters oħra, |
|
— |
traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi, |
|
— |
traffikar ta’ vetturi misruqa, |
|
— |
stupru, |
|
— |
inċendju volontarju, |
|
— |
atti kriminali li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
|
— |
ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru/bastimenti, |
|
— |
sabutaġġ. |
2. Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta’ reati mal-lista fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat lilu skont l-Artikolu 27 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.
3. Għal reati oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jagħmel ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni soġġett għall-kondizzjoni li d-deċiżjoni tirrigwarda atti li jikkostitwixxu wkoll reat skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostituttivi jew minn kif inhu deskritt.
4. L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali, mal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, permezz ta’ dikjarazzjoni notifikata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiddikjaraw li huma ma humiex ser japplikaw il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ xi reati jew tar-reati kollha msemmijin f’dak il-paragrafu. Tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe mument. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta’ dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Raġunijiet għal rifjut
1. L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jekk:
|
(a) |
iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10 huwa inkomplet jew manifestament ma jikkorrispondix għad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u mhux ikkompletat jew ikkorreġut f’perijodu raġonevoli stabbilit mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni; |
|
(b) |
ma jintlaħqux il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1), 9(2) jew 10(4); |
|
(c) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni jkun jikser l-prinċipju ne bis in idem; |
|
(d) |
id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni hija relatata, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) u, fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(4), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 14(1), għal att li ma jkunx jikkostitwixxi reat taħt il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni; fi kwistjonijiet ta’ taxxa, dwana u valuta, madankollu, l-esekuzzjoni tad-deċiżjoni ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni ma tippreskrivix taxxi tal-istess tip jew ma fiha ebda dispożizzjoni dwar taxxi, dazji jew valuta tal-istess tip bħal-liġi tal-Istat emittenti; |
|
(e) |
il-prosekuzzjoni kriminali hija preskritta skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni u tirrigwarda att li jaqa’ fil-kompetenza tal-Istat ta’ esekuzzjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu; |
|
(f) |
hemm immunità skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, li tagħmel is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni impossibbli; |
|
(g) |
skont il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna, minħabba l-età tagħha, ma tistax tinżamm kriminalment responsabbli għall-att li fuqu hi bbażata d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(h) |
f’każ ta’ ksur tal-miżuri ta’ superviżjoni, ikollha tirrifjuta li tikkonsenja l-persuna kkonċernata skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew”). |
2. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkomunika, b’mezzi xierqa, mal-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti u, kif meħtieġ, titlob lil din tal-aħħar biex tipprovdi mingħajr dewmien l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa.
3. Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni hija tal-opinjoni li r-rikonoxximent ta’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni tista tkun miċħuda fuq il-bażi tal-paragrafu 1 punt h), iżda madanakollu hija lesta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni li hemm fiha, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’dan waqt li tagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda possibbli. F’tali każ, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira ċ-ċertifikat skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 13(3). Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti ma tirtirax iċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tirrikonoxxi d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni li hemm fiha, bl-intendiment li l-persuna kkonċernata tista’ ma tkunx ikkonsenjata fuq il-bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew.
Artikolu 16
Liġi li tirregola s-superviżjoni
Is-sorveljanza ta’ miżuri ta’ superviżjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni.
Artikolu 17
Kontinwazzjoni tas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni
Meta l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 20(2)(b) jkun ser jiskadi u jkun għad hemm il-ħtieġa għall-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tista’ titlob lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni sabiex testendi s-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari u l-konsegwenzi previsti għall-persuna jekk l-Artikolu 11(2)(d) ikun japplika. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tindika l-perijodu ta’ żmien li għalih aktarx tkun meħtieġa tali estensjoni.
L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tiddeċiedi dwar din it-talba skont il-liġi nazzjonali tagħha, waqt li tindika fejn adatt it-tul massimu tal-estensjoni. F’dawn il-każijiet, jista’ japplika l-Artikolu 18(3).
Artikolu 18
Kompetenza għat-teħid tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti u l-liġi li tirregola
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha relatati ma’ deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni. Tali deċiżjonijiet sussegwenti jinkludu notevolment:
|
(a) |
it-tiġdid, ir-reviżjoni u l-irtirar tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(b) |
il-modifika tal-miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(c) |
il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista’ tiġi nfurzata li jkollha l-istess effett. |
2. Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafu 1.
3. Fejn huwa meħtieġ mil-liġi nazzjonali tagħha, awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tuża l-proċedura ta’ rikonoxximent stabbilta fid-Deċiżjoni Qafas sabiex tagħti effett lid-deċiżjonijiet msemmijin fil-paragarfu 1 a) u b) fis-sistema legali nazzjonali tagħha. Tali rikonoxximent ma għandux iwassal għal eżami ġdid tar-raġunijiet għal rifjut.
4. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat il-miżuri ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1(b), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’:
|
(a) |
tadatta dawn il-miżuri modifikati b’applikazzjoni tal-Artikolu 13, fil-każ li n-natura tal-miżuri ta’ superviżjoni modifikati hija inkompatibbli mal-liġi tal-Istat ta’ eskuzzjoni; jew |
|
(b) |
tirrifjuta li tissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni modifikati jekk dawn il-miżuri ma jaqgħux taħt it-tipi ta’ miżuri ta’ superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 8(1) u/jew taħt dawk notifikati mill-Istat ta’ esekuzzjoni kkonċernat skont l-Artikolu 8(2). |
5. Il-ġurisdizzjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti skont il-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti li jistgħu jinbdew fl-Istat ta’ eżekuzzjoni kontra l-persuna kkonċernata fir-rigward tar-reati kriminali mwettqin minnha barra minn dawk li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni.
Artikolu 19
Obbligi tal-awtoritajiet involuti
1. Fi kwalunkwe waqt matul is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tistieden lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk is-sorveljanza tal-miżuri għadhomx meħtieġa fiċ-ċirkostanza tal-każ partikolari in kwistjoni. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha, mingħajr dewmien, twieġeb għal stedina bħal din, u fejn meħtieġ permezz tat-teħid ta’ deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1).
2. Qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(5), l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tispeċifika, ex officio jew fuq talba tal-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, għal liema perijodu addizzjonali, jekk hemm, hija tistenna li s-sorveljanza tal-miżuri għadha meħtieġa.
3. L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti bi kwalunkwe ksur ta’ miżura ta’ superviżjoni, u bi kwalunkwe sejba oħra li tista’ tirriżulta fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1). In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.
4. Bil-ħsieb li l-persuna kkonċernata tkun mismugħa, il-proċedura u l-kondizzjonijiet li jinsabu fl-istrumenti tad-dritt internazzjonali u l-liġi tal-Unjoni Ewropea li tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw il-konferenzi bit-telefon u bil-vidjo għas-smigħ ta’ persuni jistgħu jintużaw mutatis mutandis, b’mod partikolari fejn il-leġislazzjoni tal-Istat emittenti tipprevedi li għandu jkun hemm smigħ ġudizzjarju qabel tittieħed deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(1).
5. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) u bil-fatt li ġie introdott rimedju legali kontra deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni.
6. Jekk iċ-ċertifikat rigward id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni ġiet irtirata, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri ordnati hekk kif hi tkun ġiet debitament infurmata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.
Artikolu 20
Informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni
1. L-awtorità fl-Istat ta’ esekuzzjoni li tkun irċeviet deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ liema m’għandha l-ebda kompetenza li tirrikonoxxi, flimkien ma’ ċertifikat, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar lil liema awtorità huwa bagħat din id-deċiżjoni, flimkien maċ-ċertifikat, skont l-Artikolu 10(8).
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:
|
(a) |
dwar kwalunkwe bidla fir-residenza tal-persuna kkonċernata; |
|
(b) |
dwar il-perijodu ta’ żmien massimu li matulu l-miżuri ta’ superviżjoni jistgħu jiġu ssorveljati fl-Istat ta’ esekuzzjoni, f’każ li l-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni tipprevedi tali massimu; |
|
(c) |
dwar il-fatt li fil-prattika huwa impossibbli li ssir sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għar-raġuni li, wara t-trażmissjoni tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u taċ-ċertifikat lill-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna ma tistax tinstab fit-territorju tal-Istat ta’ esekuzzjoni, f’liema każ ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu tal-Istat ta’ esekuzzjoni biex jissorvelja l-miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(d) |
dwar il-fatt li ddaħħal rimedju legali kontra deċiżjoni li tirrikonoxxi deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(e) |
dwar id-deċiżjoni finali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u t-teħid tal-miżuri kollha meħtieġa għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(f) |
dwar kwalunkwe deċiżjoni li jiġu adattati l-miżuri ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 13; |
|
(g) |
dwar kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta d-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni u li tassumi responsabbiltà għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 15, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni. |
Artikolu 21
Konsenja tal-persuna
1. Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ħarġet mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tista’ tiġi nfurzata li għandhom l-istess effett, il-persuna għandha tiġi kkonsenjata skont id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew.
2. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew ma jistax jiġi invokat mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni biex tiċħad il-konsenja tal-persuna.
3. Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, meta jittrasponi din id-Deċiżjoni Qafas jew fi stadju aktar tard, li huwa ser japplika wkoll l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew fit-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konsenja tal-persuna kkonċernata lill-Istat emittenti.
4. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta taħt il-paragrafu preċedenti disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.
Artikolu 22
Konsultazzjonijiet
1. Sakemm mhux prattikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin:
|
(a) |
waqt il-preparazzjoni, jew, għallinqas, qabel ma tintbgħat deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10; |
|
(b) |
biex tkun iffaċilitata s-sorveljanza bla xkiel u effiċjenti tal-miżuri ta’ superviżjoni; |
|
(c) |
fejn persuna tkun wettqet ksur serju tal-miżuri ta’ superviżjoni imposti. |
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont debitu ta’ kwalunkwe indikazzjoni kkomunikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ esekuzzjoni dwar ir-riskju li l-persuna kkonċernata tista’ toħloq għall-vittmi u għall-pubbliku inġenerali.
3. B’applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni utli kollha, inklużi:
|
(a) |
informazzjoni li tippermetti l-verifika tal-identità u l-post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata; |
|
(b) |
informazzjoni rilevanti estratta minn rekords kriminali skont l-istrumenti leġislattivi applikabbli. |
Artikolu 23
Notifiki mhux imwiġbin
1. Fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tkun bagħtet diversi notifiki msemmijin fl-Artikolu 19(3) fir-rigward tal-istess persuna lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, mingħajr ma din l-awtorità tal-aħħar tkun ħadet deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tistieden lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti sabiex tieħu din id-deċiżjoni, u tagħtiha limitu ta’ żmien raġonevoli biex tagħmel dan.
2. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emitteti ma taġixxix fil-limitu ta’ żmien mogħtija indikat mill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni, l-awtorità tal-aħħar tista’ tiddeċiedi li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni. F’tali każ, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti dwar id-deċiżjoni tagħha, u l-kompetenza għas-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni għandha tmur lura għand l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(2).
3. Fejn il-liġi tal-Istat ta’ esekuzzjoni teħtieġ konferma perjodika tal-ħtieġa li tittawwal is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti sabiex tipprovdi tali konferma, waqt li tagħtiha limitu ta’ żmien raġonevoli sabiex tirrispondi għal tali talba. F’każ li l-awtorita kompetenti fl-Istat emittenti ma tweġibx fil-limitu ta’ żmien ikkonċernat, l-awtorita kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tibgħat talba ġdida lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, waqt li tagħtiha limitu’ ta’ żmien raġonevoli sabiex twieġeb għal tali talba u tindika li hija tista’ tiddeċiedi li twaqqaf is-sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni jekk ma tirċievi l-ebda risposta f’dak il-limitu ta’ żmien. Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma tirċevix risposta għal tali talba ġdida fil-limitu ta’ żmien stabbilit, hija tista’ taġixxi skont il-paragrafu 2.
Artikolu 24
Lingwi
Iċ-ċertifikati għandhom jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta’ esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, jew meta din id-Deċiżjoni Qafas tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 25
Spejjeż
L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ esekuzzjoni, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklussivament fit-territorju tal-Istat emittenti.
Artikolu 26
Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħrajn
1. Sakemm tali ftehim jew arranġamenti jippermettu li l-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni, l-Istati Membri jistgħu:
|
(a) |
jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Qafas tidħol fis-seħħ; |
|
(b) |
jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Qafas tkun daħlet fis-seħħ. |
2. Il-ftehim u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda każ ma għandhom jaffettwaw ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri li mhumiex partijiet għalihom.
3. L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta’ Marzu 2010, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kunsill bil-ftehim u l-arranġamenti eżistenti msemmijin fil-paragrafu 1(a) li huma jixtiequ jkomplu japplikaw.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat kwalunkwe tali arranġament jew ftehim.
Artikolu 27
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sal-1 ta’ Diċembru 2012.
2. Sal-istess data, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Qafas.
Artikolu 28
Rapport
1. Sal-1 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27(2).
2. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kunsill għandu jivvaluta:
|
(a) |
sa liema punt l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas; u |
|
(b) |
l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas. |
3. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) Opinjoni (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(3) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
ANNESS I
ĊERTIFIKAT
imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI ta’ 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (1)
|
(a) Stat Emittenti: Stat ta’ Esekuzzjoni: (b) Awtorità li ħarġet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni: Isem uffiċjali: Jekk jogħġbok indika jekk għandhiex tinkiseb xi informazzjoni addizzjonali dwar id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni minn:
Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità emittenti/awtorità ċentrali/awtorità kompetenti oħra Indirizz: Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i Kunjom: Isem/Ismijiet: Kariga (titolu/grad): Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Posta Elettronika (jekk hemm): Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni: (c) Jekk jogħġbok indika liema awtorità għandha tiġi kkuntattjata jekk ikollha tinkiseb xi informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ sorveljanza tal-miżuri ta’ superviżjoni:
Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità, jekk din l-informazzjoni għadha ma ngħatatx taħt il-punt (b) Indirizz: Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i Kunjom: Isem/Ismijiet: Kariga (titolu/grad): Nru tat-tel.. (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Nru tal-fax (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) Posta Elettronika (jekk hemm): Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni: (d) Informazzjoni dwar il-persuna fiżika li fir-rigward tagħha nħarġet id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni: Kunjom: Isem/Ismijiet: Kunjom ta’ xebba, fejn applikabbli: Psewdonimi, fejn applikabbli: Sess: Nazzjonalità: Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli): Data tat-twelid: Post tat-twelid: Indirizzi/residenzi:
Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa): Jekk disponibbli, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:
(e) Informazzjoni dwar l-Istat Membru li qed jintbagħtulu d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni flimkien maċ-ċertifikat Id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni, flimkien maċ-ċertifikat qed jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni indikat fil-punt (a) għar-raġuni li ġejja:
(f) Indikazzjonijiet rigward id-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni: Id-deċiżjoni ngħatat fi (data: JJ-XX-SSSS): Id-deċiżjoni saret infurzabbli fi (data: JJ-XX-SSSS): Jekk, fiż-żmien tat-trażmissjoni ta’ dan iċ-ċertifikat, ġie introdott rimedju legali kontra d-deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ superviżjoni, jekk jogħġbok immarka din il-kaxxa … Numru ta’ referenza tal-fajl tad-deċiżjoni (jekk disponibbli): Il-persuna kkonċernata kienet f’detenzjoni proviżorja matul il-perijodu li ġej (fejn applikabbli):
(g) Indikazzjonijiet rigward it-tul ta’ żmien u n-natura tal-miżura/i ta’ superviżjoni
(h) Ċirkostanzi oħra rilevanti għall-każ, inklużi raġunijiet speċifiċi għall-imposizzjoni tal-miżura(i) ta’ superviżjoni (informazzjoni fakultattiva): It-test tad-deċiżjoni huwa mehmuż maċ-ċertifikat. Firma tal-awtorità li qed toħroġ iċ-ċertifikat u/jew tar-rappreżentant tagħha biex tikkonferma li l-kontenut taċ-ċertifikat huwa preċiż: Isem: Kariga (titolu/grad): Data: Referenza tal-fajl (jekk hemm): (Fejn adatt) Timbru uffiċjali: |
(1) Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiteb, jew jiġi tradott, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, jew fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li hija aċċettata minn dak l-Istat.
ANNESS II
FORMOLA
imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI ta’ 23 ta’ Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja
RAPPORT TA’ KSUR TA’ MIŻURA TA’ SUPERVIŻJONI U/JEW TA’ KWALUNKWE SEJBA OĦRA LI TISTA’ TIRRIŻULTA FIT-TEĦID TA’ KWALUNKWE DEĊIŻJONI SUSSEGWENTI
|
(a) Dettalji tal-identità tal-persuna soġġetta għal superviżjoni:
(b) Dettalji tad-deċiżjoni dwar miżura(i) ta’ superviżjoni;
(c) Dettalji tal-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tal-miżura(i) ta’ superviżjoni:
(d) Ksur ta’ miżura(i) ta’ superviżjoni u/jew sejbiet oħra li setgħu jirriżultaw fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti: Il-persuna msemmija f’(a) qed tikser il-miżura(i) ta’ superviżjoni li ġejja/ġejjin:
Deskrizzjoni tal-ksur (post, data u ċirkostanzi speċifiċi):
Deskrizzjoni tas-sejbiet: (e) Dettalji tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk għandha tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur:
|
DIKJARAZZJONI MILL-ĠERMANJA
“ Il-Ġermanja tiddikjara li skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, mhix ser tapplika l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Qafas fir-rigward tar-reati kollha msemmijin hemmhekk. ”
Din id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
DIKJARAZZJONI MILL-POLONJA
“ Skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-UE dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Polonja tiddikkjara li mhijiex ser tapplika l-paragrafu (1) tal-Artikolu msemmi hawn fuq fir-rigward tar-reati kollha msemmija f'dak il-paragrafu.”
Id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
DIKJARAZZJONI MILL-UNGERIJA
“ Skont l-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-UE dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Ungerija tiddikjara li mhijiex ser tapplika l-paragrafu (1) tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Qafas imsemmija hawn fuq fir-rigward tar-reati msemmijin f'dak il-paragrafu.”
Din id-dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Filwaqt li rreferiet għar-“raġunijiet kostituzzjonali” imsemmija fl-Artikolu 14(4), l-Ungerija pprovdiet l-ispjegazzjoni li ġejja:
“Wara r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona, l-Ungerija emendat il-Kostituzzjoni tagħha sabiex tikkonforma mal-obbligi msemmija fih, inkluż il-ħtieġa li ma tiġix applikata l-kondizzjoni tal-kriminalità doppja f'materji kriminali. Din id-dispożizzjoni kostituzzjonali ser tidħol fis-seħħ fl-istess waqt bħat-Trattat ta' Lisbona. Madankollu, sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat, il-kriminalità doppja tibqa' kwistjoni kostituzzjonali importanti u - bħala prinċipju kostituzzjonali minqux mill-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni - ma għandhiex tkun injorata. Għalhekk, l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Qafas ma għandu jiġi applikat għall-ebda reat elenkat (jew kif ifformulat mill-artikolu rilevanti: ma għandux jiġi applikat ‘fir-rigward tar-reati kollha’).”
DIKJARAZZJONI MIL-LITWANJA
“ Konformement mal-Artikolu 14(4) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja, ir-Repubblika tal-Litwanja tiddikjara li għal raġunijiet kostituzzjonali, mhijiex ser tapplika l-Artikolu 14(1) fir-rigward ta' kwalunkwe reat imsemmi fih. ”
Din id-Dikjarazzjoni ser tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.