Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D1005

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - Il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

ĠU L 347, 24.12.2009, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/1005/oj

24.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/26


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - Il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

(2009/1005/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta emendati mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tal-konċiljazzjoni tal-baġit tat-18 ta’ Novembru 2009, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-modalitajiet biex jingħata finanzjament addizzjonali, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, għal proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband, kif ukoll għal investimenti għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-“isfidi ġodda” definiti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-riforma ta’ nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (“Il-Kontroll tas-Saħħa”) (2). Il-finanzjament jeħtieġ reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 f’konformità mal-punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex jiġi mgħolli l-limitu massimu għas-sena 2010 għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fis-sottointestatura 1a b’ammont ta’ EUR 1 779 miljun fi prezzijiet attwali.

(2)

Iż-żieda tal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a għas-sena 2010 se jkun hemm kumpens sħiħ għaliha billi jonqsu l-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 1b, 2, 3a u 5 għas-sena 2009, kif ukoll il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 2 u 5 għall-2010.

(3)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall- approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali.

(4)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għaldaqstant jiġi emendat (3),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

H. LINDBLAD


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  COM(2008) 800, COM(2008) 859, COM(2009) 171, u ĠU L 132, 29.5.2009, p. 8.

(3)  Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.


ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

(EUR million - constant 2004 prices)

APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

50 865

53 262

55 879

56 435

55 400

56 866

58 256

386 963

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 018

12 580

11 306

12 122

12 914

78 939

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 461

43 667

43 861

43 855

44 094

44 744

45 342

308 024

2.

Preservazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

51 023

53 238

52 528

51 901

51 284

366 621

li minnhom: infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 375

1 503

1 645

1 797

1 988

10 765

3a

Libertà. Sigurtà u Ġustizzja

600

690

785

910

1 050

1 200

1 390

6 625

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni  (1)

6 633

6 818

6 816

6 999

7 255

7 400

7 610

49 531

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI

117 277

122 683

122 022

125 184

124 167

125 643

127 167

864 143

bħala perċentwal tal-GNI

1,08  %

1,09  %

1,06  %

1,06  %

1,03  %

1,02  %

1,01  %

1,048  %

TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET

115 142

119 805

109 091

119 245

116 884

120 575

119 784

820 526

bħala perċentwal tal-GNI

1,06  %

1,06  %

0,95  %

1,01  %

0,97  %

0,98  %

0,95  %

1,00  %

Marġni disponibbli

0,18  %

0,18  %

0,29  %

0,23  %

0,27  %

0,26  %

0,29  %

0,24  %

Limitu Massimu tar-Riżorsi Proprjibħala perċentwal tal-GNI

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %

1,24  %


(1)  In-nefqa fuq il-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata net tal-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.


Top