Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0996

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10050)

    ĠU L 339, 22.12.2009, p. 49–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/04/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/996/oj

    22.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 339/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Diċembru 2009

    dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 10050)

    (Huma awtentiċi biss it-testi bl-Olandiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Portugiż, bis-Sloven u bl-Ispanjol)

    (2009/996/UE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont id-Direttiva 2000/29/KE, tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu, jew huma ppjanati li jittieħdu, bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti.

    (2)

    Fil-21 ta’ April 2009, il-Ġermanja introduċiet żewġ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja għall-kontroll tad-Diabrotica virgifera, għal Baden-Württemberg u għal Bayern rispettivament, u fid-dawl tal-miżuri meħuda fl-2008 biex jiġu kkontrollati t-tifqigħat tal-organiżmu ta’ ħsara li nstabu fl-2007 u l-2008, u dan filwaqt li t-tifqigħat tal-2007 kienu diġà ġew kofinanzjati fl-2008.

    (3)

    L-Italja introduċiet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja. L-ewwel waħda ressqitha fil-21 ta’ April 2009 u hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis fil-Lombardia fil-provinċja ta’ Brescia, fil-komun ta’ Gussago, għal miżuri meħuda fl-2008 u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2008. Il-valutazzjoni ta’ dik it-talba min-naħa tal-Kummissjoni ma wrietx li din it-tifqigħa ta’ organiżmu ta’ ħsara hija marbuta mat-tifqigħat eżistenti fil-provinċja ta’ Milan jew ta’ Varese. It-tieni talba introdotta fis-16 ta’ April 2009 hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis f’Lazio fil-komun ta’ Ruma għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2008. It-tielet talba introdotta fil-25 ta’ Novembru 2008 hija marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora glabripennis fil-Lombardia fil-komun ta’ Corbetta, għal miżuri meħuda fl-2007, l-2008 u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa li nstabet fl-2007. Ir-raba’ talba, marbuta mal-miżuri għall-kontroll tal-Anoplophora chinensis fil-Lombardia fil-provinċja ta’ Brescia, fil-komun ta’ Montichiari, ma kinitx eliġibbli minħabba li t-tifqigħa kienet innotifikata biss lill-Kummissjoni aktar minn tmien xhur wara s-sejba uffiċjali tagħha u għaldaqstant ma kinitx skont ir-rekwiżiti għal notifika immedjata imsemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE.

    (4)

    Malta introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tar-Rhynchophorus ferrugineus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2008.

    (5)

    L-Olanda introduċiet erba’ talbiet għal kontribuzzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-ewwel talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tat-Tobacco Ring Spot Virus għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2006 u li diġà kienet is-suġġett ta’ konfinanzjament fl-2008. It-tieni talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tat-Tomato Yellow Leaf Curl Virus għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2007. It-tielet talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tal-Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis għal miżuri meħuda fl-2007 u l-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007. Ir-raba’ talba tikkonċerna l-miżuri għall-kontroll tal-Clavibacter michiganensis spp. michiganensis għal miżuri meħuda fl-2008 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007.

    (6)

    Il-Portugall introduċa talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fl-24 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tal-Bursaphelenchus xylophilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħat misjuba fl-2008. Tabiħaqq, il-Portugall sab 65 tifqigħa ġdida ta’ PWN bejn April u Lulju 2008 f’żoni Portugiżi fejn sa issa ma kienx hemm każi ta’ PWN. Abbażi tar-riżultati ta’ monitoraġġ intensiv li kopra t-territorju Portugiż kollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li t-tifrix tal-PWN lil hinn miż-żona ta’ Setubal fil-Portugall, infestata oriġinarjament, hu dovut għal firxa naturali minn dik iż-żona. Barra minn hekk, iż-żoni fejn jinsabu t-tifqigħat il-ġodda ma kinux diġà suġġett ta’ kofinanzjament Komunitarju għal miżuri għall-kontroll tal-PWN. Fl-aħħar nett, il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti tad-9-10 ta’ Marzu 2009 approva pjan ta’ azzjoni mressaq mill-Portugall biex jindirizza din il-qagħda ġdida ta’ saħħa tal-pjanti u li huwa marbut mal-miżuri ta’ kontroll dettaljati fit-talba msemmija hawn fuq għal kontribuzzjoni finanzjarja.

    (7)

    Għaldaqstant jidher li hu l-każ li l-Portugall jingħata l-assistenza permezz ta’ kofinanzjament mill-Unjoni biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex jillimita t-tixrid tal-PWN fiż-żona ddemarkata fil-preżent fit-territorju tal-pajjiż kif ukoll biex jissalvagwardja t-territorju ta’ Stati Membri oħra mill-PWN u biex jipproteġi l-interessi kummerċjali tal-Komunità fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

    (8)

    Is-Slovenja introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fit-30 ta’ Diċembru 2008 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tad-Dryocosmus kuriphilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2007 li diġà kienet suġġett ta’ finanzjament fl-2008.

    (9)

    Spanja introduċiet talba għal kontribuzzjoni finanzjarja fid-29 ta’ April 2009 b’rabta mal-miżuri għall-kontroll tal-Bursaphelenchus xylophilus għal miżuri meħuda fl-2008 u l-2009 għall-kontroll ta’ tifqigħa misjuba fl-2008.

    (10)

    Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja lkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu jew jikkontrollaw organiżmi ta’ ħsarai għall-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew.

    (11)

    Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, partikolarment il-paragrafu 1 u 4 tiegħu, u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll ta’ saħħet il-pjanti u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

    (12)

    It-tagħrif tekniku mogħti mill-Ġermanja, Spanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovenja ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b’mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għaldaqstant, huwa f’loku li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità biex tkopri n-nefqa fuq dawn il-programmi.

    (13)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, skont l-Artikolu 23(5), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għat-tielet sena, jiġifieri l-2009, tal-programm imressaq mill-Italja għall-kontroll tal-Anoplophora glabripennis għandha titnaqqas. Barra minn hekk, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi li tressqu, rispettivament, mill-Olanda għall-kontroll tat-TRSV fl-2008 (it-tielet sena tal-programm eżistenti), u s-Slovenja għall-kontroll tad-Dryocosmus kuriphilus fl-2009 (it-tielet sena tal-programm eżistenti) għandha titnaqqas minħabba li l-programmi nnotifikati minn dawn l-Istati Membri diġà kienu s-suġġett ta’ finanzjament Komunitarju skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/147/KE (3) għall-ewwel sentejn tal-programmi eżistenti.

    (14)

    Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 23(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2009/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun ta’ 25 % għall-miżuri fid-dossiers kofinanzjarji mressqa rispettivament minn Spanja għas-sostituzzjoni fl-2009 ta’ siġar koniferi li nqerdu, b’siġar ta’ speċi li mhumiex suxxettibbli għall-Bursaphelenchus xylophilus, u mill-Italja f’żewġ dossiers ta’ Lombardia għas-sostituzzjoni fl-2008 ta’ siġar deċidwi li nqerdu, b’siġar ta’ speċi li mhumiex suxxettibbli għall-Anoplophora chinensis jew għall-Anoplophora glabripennis.

    (15)

    Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-introduzzjoni tal-organiżmu ta’ ħsara rilevanti ġietx ikkawżata minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejbiet tal-verifika tagħha.

    (16)

    Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika (4) agrikola komuni, il-miżuri għas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

    (17)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2009 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Italja, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikati fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet bl-għan li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati mill-programmi ta’ eradikazzjoni elenkati fl-Anness hija b’dan approvata.

    Artikolu 2

    1.   Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 14 049 023.

    2.   Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm għandha tkun kif indikata fl-Anness.

    Artikolu 3

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tkun ingħatat evidenza tal-miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002;

    (b)

    tkun tressqet talba għall-ħlas mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

    Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tas-Slovenja.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

    (3)  ĠU L 49, 20.2.2009, p. 43.

    (4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    ANNESS

    PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI

    Tifsira:

    a= Is-sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

    Taqsima I

    Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli

    (Eur)

    L-Istat Membru

    L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

    Il-pjanti milquta

    Sena

    a

    Nefqa eleġibbli

    Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità Għal kull programm

    Il-Ġermanja, Baden-Württemberg

    Diabrotica virgifera

    Zea mays

    2008

    1 jew 2

    313 218

    156 609

    Il-Ġermanja, Bayern

    Diabrotica virgifera

    Zea mays

    2008

    2

    699 049

    349 524

    Spanja

    Bursaphelenchus xylophilus

    Siġar koniferi

    2008 and 2009

    1 u 2

    2 229 994

    1 114 997

    L-Italja, Lombardia

    (Iż-żona ta’ Gussago)

    Anoplophora chinensis

    Bosta speċi ta’ siġar

    2008 u parti mill-2009 (sat-30 ta’ April)

    1 u 2

    271 883

    135 941

    L-Italja, Lombardia

    (Iż-żona ta’ Corbetta)

    Anoplophora glabripennis

    Bosta speċi ta’ siġar

    2007 u 2008

    1 u 2

    179 143

    89 571

    L-Italja, Lazio

    (Iż-żona ta’ Ruma)

    Anoplophora chinensis

    Bosta speċi ta’ siġar

    2008 u 2009

    1 u 2

    1 098 000

    549 000

    Malta

    Rhynchophorus ferrugineus

    Palmaceae

    2008 u 2009

    1 u 2

    709 227

    354 613

    L-Olanda

    TRSV

    Hemerocallis spp, Iris ssp.

    2007

    2

    68 720

    34 360

    L-Olanda

    TYLCV

    Lycopersicon lycopersicum

    2007 u 2008

    1 u 2

    44 528

    22 264

    L-Olanda

    Clavibacter michiganensis ssp. michiganensis

    Lycopersicon lycopersicum

    2007 u 2008

    1

    348 525

    174 262

    L-Olanda

    Anoplophora chinensis

    Bosta speċi ta’ siġar

    2008

    1

    750 797

    375 398

    Il-Portugall

    Bursaphelenchus xylophilus

    Coniferous trees

    2008 u 2009

    1 u 2

    20 552 127

    10 276 063

    Is-Slovenja

    Dryocosmus kuriphilus

    Castanea sp.

    2008

    2

    86 625

    43 312


    Taqsima II

    Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressività

    (Eur)

    L-Istat Membru

    L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

    Il-pjanti milquta

    Sena

    a

    Nefqa eleġibbli

    Rata

    (%)

    Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

    L-Italja, Lombardia

    (Iż-żona ta’ Corbetta)

    Anoplophora glabripennis

    Bosta speċi ta’ siġar

    Parti mill-2009 (sat-30 ta’ April)

    3

    35 000

    45

    15 750

    L-Olanda

    TRSV

    Hemerocallis spp, Iris spp.

    2008

    3

    40 480

    45

    18 216

    Is-Slovenja

    Dryocosmus kuriphilus

    Castanea sp.

    2009

    3

    78 832

    45

    35 474


    Taqsima III

    Programmi li r-rati tagħhom ta’ kontribuzzjoni mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 23.5, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 2000/29/KE

    (Eur )

    L-Istat Membru

    L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

    Il-pjanti milquta

    Tip ta’ miżura

    Sena

    a

    Nefqa eleġibbli

    Rata

    (%)

    Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

    Spanja

    Bursaphelenchus xylophilus

    Siġar koniferi

    Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

    2009

    2

    1 156 579

    25

    289 144

    L-Italja, Lombardia

    (Iż-żona ta’ Gussago)

    Anoplophora chinensis

    Bosta speċi ta’ siġar

    Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

    2008

    1

    30 800

    25

    7 700

    L-Italja, Lombardia

    (Iż-żona ta’ Corbetta)

    Anoplophora glabripennis

    Bosta speċi ta’ siġar

    Sostituzzjoni tas-siġar meqruda

    2008

    2

    27 300

    25

    6 825


    It-total tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (Eur)

    14 049 023


    Top