Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0982

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUJUST LEX/2/2009 tal- 15 ta’ Diċembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    ĠU L 338, 19.12.2009, p. 92–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/982/oj

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/92


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUJUST LEX/2/2009

    tal-15 ta’ Diċembru 2009

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    (2009/982/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/475/PESK tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-11 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX. Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2010.

    (2)

    L-Artikolu 9(2) tal-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK, jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

    (3)

    Ir-Rappeżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li jinħatar is-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX sat-30 ta' Ġunju 2010.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun notifikata lis-Sur Francisco DÍAZ ALCANTUD.

    Hija għandha jkollha effett mid-data tan-notifikazzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    O. SKOOG

    Il-President


    Top