This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0974
2009/974/EC: Council Decision of 30 November 2009 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Government of Mongolia on certain aspects of air services
2009/974/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2009/974/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 336, 18.12.2009, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/974/oj
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/974/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) konformement mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-3 ta’ April 2009 suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
B. ASK
(1) Opinjoni tal-15 ta’ Settembru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/5 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Mongolja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn naħa waħda, u
IL-GVERN TAL-MONGOLJA,
min-naħa l-oħra
(minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”)
FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet ta’ servizzi bilaterali tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra d-dritt Komunitarju,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji li jkunu stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà liċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja b’mod konformi mal-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom isiru konformi ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Mongolja u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li meta Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Mongolja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun innomina t-trasportatur tal-ajru u l-Mongolja għandhom japplikaw b’mod indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards ta’ sigurta’ minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru,
FILWAQT LI JINNUTAW li skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jkollhom imnejn jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni,
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Mongolja, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji tal-ajru tal-Komunità u kumpanniji tal-ajru tal-Mongolja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu fi ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku,
FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Mongolja li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpanniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpanniji jew prassi miftiehma li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehema skont dan; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti u jistgħu jirrendu mingħajr effett r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-kumpanniji,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huma parti mill-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li jiffurmaw parti mill-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.
4. Dan il-Ftehim m’għandux joħloq iżjed drittijiet ta’ traffiku minn dawk stabbiliti fl-arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri rispettivi u l-Mongolja. L-għoti ta’ drittijiet ta’ traffiku ser ikompli jsir permezz ta’ arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri rispettivi u l-Mongolja.
Artikolu 2
Nomina minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ser jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina ta’ kumpannija tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mill-Mongolja, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet, jew il-permessi tal-kumpanija tal-ajru, rispettivament.
2. Hekk kif tirċievi nomina mingħand Stat Membru, il-Mongolja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:
(i) |
it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru nominat skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jkollu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea; |
(ii) |
kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru jiġi mħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajronawtika rilevanti tiġi identifikata b’mod ċar fin-nomina; kif ukoll; |
(iii) |
it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà ta’, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju b’maġġoranza, u effettivament kontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn. |
3. Il-Mongolja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru minn Stat Membru f’każ li:
(i) |
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea; |
(ii) |
ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajronawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fin-nomina; jew |
(iii) |
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà ta’, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju b’maġġoranza, jew mhux effettivament ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn; |
(iv) |
it-trasportatur tal-ajru ikun diġà awtorizzat jopera skont ftehim bilaterali bejn il-Mongolja u Stat Membru ieħor, u l-Mongolja tista’ turi li, billi teżerċita d-drittijiet ta’ traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fi Stat Membru ieħor, it-trasportatur tal-ajru jkun qed jeludi r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta’ traffiku imposti bi ftehim bilaterali bejn il-Mongolja u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew |
(v) |
it-trasportatur tal-ajru għandu Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u m’hemm ebda ftehim bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn il-Mongolja u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet ta’ traffiku lit-trasportaturi tal-ajru nnominati mill-Mongolja. |
Waqt li teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Mongolja m’għandiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità fuq il-bażi ta’ ċittadinanza.
Artikolu 3
Sigurtà
1. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).
2. Meta Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Mongolja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina it-trasportatur tal-ajru u l-Mongolja għandhom japplikaw b’mod indaqs fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards ta’ sigurta’ mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
Artikolu 4
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn fil-ftehim kollha elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi jew prattiċi miftehma li jipprevjenu jew jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika miftehema; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni ta’ jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 5
Annessi ta’ dan il-Ftehim
L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.
Artikolu 6
Reviżjoni jew emendi
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-data li fiha tkun waslet l-aħħar notifika bil-miktub tal-Partijiet, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.
Artikolu 8
Terminazzjoni
1. Kull Parti tista’, f’kull ħin, tittermina dan il-Ftehim billi tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra permezz ta’ mezzi diplomatiċi. It-terminazzjoni għandha tkun effettiva sitt (6) xhur wara d-data meta tasal din in-notifika għand il-Parti l-oħra.
2. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
3. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul f’Ulan Bator f’żewġ kopji, fit-tielet jum ta’ April tas-sena elfejn u disgħa, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Mongoljana.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Правителството на Монголия
Por el Gobierno de Mongolia
Za vládu Mongolska
For Mongoliets regering
Für die Regierung der Mongolei
Mongoolia valitsuse nimel
Για την Κυβέρνηση της Μογγολίας
For the Government of Mongolia
Pour le gouvernement de la Mongolie
Per il governo della Mongolia
Mongolijas valdības vārdā
Mongolijos Vyriausybės vardu
Mongólia kormánya részéről
Għall-Gvern tal-Mongolja
Voor de Regering van Mongolië
W imieniu Rządu Mongolii
Pelo Governo da Mongólia
Pentru Guvernul Mongoliei
Za vládu Mongolska
Za vlado Mongolije
Mongolian hallituksen puolesta
För Mongoliets regering
ANNESS I
Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
Ftehimiet ta’ servizzi tal-ajru bejn il-Mongolja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fil-jum li jkun ġie ffirmat dan il-Ftehim, ikunu ġew konklużi, iffirmati u/jew inizjalati, kif emendati:
— |
Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tal-Mongolja, iffirmat fi Vjenna fit-2 ta’ Ottubru 2007, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja – Awstrija” fl-Anness II; |
— |
Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Mongolja dwar is-Servizzi tal-Ajru ffirmat f’Beijing nhar is-19 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Danimarka” fl-Anness II; |
— |
Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Helsinki fl-10 ta’ Frar 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Finlandja” fl-Anness II; |
— |
Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Mongolja, iffirmat f’Bonn fid-29 ta’ Mejju 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Ġermanja” fl-Anness II; |
— |
Ftehim tas-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Ulaanbaatar fit-13 ta’ Settembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Mongolja – Ungerija” fl-Anness II; |
— |
Ftehim għal Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’Lussemburgu fit-18 ta’ Marzu 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Mongolja - Lussemburgu” fl-Anness II; |
— |
Ftehim għal Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’The Hague fid-9 ta’ Marzu 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Olanda” fl-Anness II; |
— |
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Mongolja dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat f’Ulan-Bator fis-26 ta’ Mejju 1989, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja – Polonja” fl-Anness II; |
— |
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tal-Mongolja iffirmat f’Ulan-Bator fl-10 ta’ Lulju 1990, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Rumanija” fl-Anness II; |
— |
Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru, bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tal-Mongolja ffirmat f’Beijing fid-19 ta’ Ġunju 1997, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Mongolja - Żvezja” fl-Anness II; |
— |
Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru, bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Mongolja ffirmat f’Londra fl-1 ta’ Marzu 2000, minn hawn il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Mongolja - Renju Unit” fl-Anness II. |
ANNESS II
Lista ta’ Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Indikazzjoni minn Stat Membru:
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:
|
(c) |
Sikurezza:
|
ANNESS III
Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika tal-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(c) |
Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru). |