EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0910

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

ĠU L 322, 9.12.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/910/oj

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà

(2009/910/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,

B’kont meħud tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li jiddetermina l-emolumenti tal-President u ta’ membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, Membri u Reġistrar tal-Qorti ta’ Prim’Istanza u tal-President, Membri u Reġistrar tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, (1)

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Lisbona jistitwixxi l-uffiċju tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li, skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jmexxi l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni, jippresjedi fuq il-Kunsill Affarijiet Barranin u jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni,

(2)

Il-kondizzjonijiet ta’ impjieg tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandhom jiġu stabbiliti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967 li japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni, inkluż dawk applikabbli għall-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw b’analoġija għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, 5/67/Euratom tal-25 ta’ Lulju 1967, is-salarju bażiku fix-xahar tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar ta’ Sigurtà għandu jkun ugwali għall-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ 130 % għas-salarju bażiku ta’ uffiċjal tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà mill-President tal-Kunsill.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 187, 8.8.1967, p. 1.


Top