Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0861

    2009/861/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 314, 1.12.2009, p. 83–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015: This act has been changed. Current consolidated version: 13/02/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/861/oj

    1.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/83


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2009

    dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/861/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2) jistipula regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġetti tal-ikel ibbażati fost oħrajn fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti dwar l-iġjene tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib.

    (3)

    Skont il-punt (c) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att ta’ Adeżjoni), il-Bulgarija ngħatat perjodu tranżitorju, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità ta ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi.

    (4)

    Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw il-ħalib nej li m’huwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib mhux konformi”) huma elenkati fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni. Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw kemm il-ħalib konformi kif ukoll dak mhux konformi, sakemm dan l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati, huma elenkati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Appendiċi.

    (5)

    L-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma mifruxa fit-territorju kollu tal-Bulgarija. Il-proporzjon ta’ ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

    (6)

    B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, jixraq li tiġi prevista deroga b’limitu ta’ żmien mir-rekwiżiti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-ħsieb li dan jippermetti lill-Bulgarija tikkonforma s-settur tal-ħalib tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti.

    (7)

    Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ikomplu jipproċessaw anki wara l-31 ta’ Diċembru 2009 ħalib konformi u mhux konformi sakemm l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

    (8)

    It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandu, madankollu, ikun ristrett għall-Bulgarija jew jintuża għal iktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-deroga stipulata f’din id-Deċiżjoni.

    (9)

    Il-perjodu tranżitorju mogħti minn din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fil-Bulgarija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. Għaldaqstant, il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li jfornu l-ħalib nej lill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru u dwar is-sistema tal-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “ħalib mhux konformi” jfisser ħalib nej li mhux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 2

    Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib konformi u dak mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi u ta’ dak mhux konformi jsir fuq linji ta’ produzjoni separati.

    Artikolu 3

    Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal-31 ta’ Diċembru 2011, ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzjoni separati.

    Artikolu 4

    Il-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandhom biss:

    (a)

    jitqiegħdu fis-suq domestiku fil-Bulgarija; jew

    (b)

    jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

    Dawn il-prodotti tal-ħalib għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa li tkun differenti mill-marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 5

    Il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fl-ikkonformar ta’ dawn li ġejjin mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

    (a)

    l-istabbilimenti ta’ produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

    (b)

    is-sistema għall-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi;

    L-ewwel rapport annwali għandu jitressaq għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

    Il-formola stipulata fl-Anness III għandha tintuża għal dawk ir-rapporti.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.


    ANNESS I

    Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u dak mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

    Nru

    Nru veterinarju

    Isem l-istabbiliment

    Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

    1

    BG 0412010

    “Bi Si Si Handel” OOD

    gr. Elena

    ul. “Treti mart” 19

    2

    BG 0512025

    “El Bi Bulgarikum” EAD

    gr. Vidin

    YUPZ

    3

    BG 0612027

    “Mlechen ray — 99” EOOD

    gr. Vratsa

    4

    BG 0612043

    ET “Zorov- 91 -Dimitar Zorov”

    gr. Vratsa

    5

    BG 1912013

    “ZHOSI” OOD

    s. Chernolik

    6

    BG 2012020

    “Yotovi” OOD

    gr. Sliven

    kv. “Rechitsa”

    7

    BG 2512020

    “Mizia-Milk” OOD

    gr. Targovishte

    Industrialna zona

    8

    BG 0812009

    “Serdika — 90” AD

    gr. Dobrich

    ul. “25 septemvri” 100

    9

    BG 2112001

    “Rodopeya — Belev” EOOD

    4700 town Smolyan,

    “Traciya” 1 str.

    10

    BG 1212001

    “S i S — 7” EOOD

    gr. Montana

    “Vrachansko shose” 1

    11

    BG 2812003

    “Balgarski yogurt” OOD

    s. Veselinovo,

    obl. Yambolska


    ANNESS II

    Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

    Nru

    Nru veterinarju

    Isem l-istabbiliment

    Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

    1

    BG 1312002

    „Milk Grup“ EOOD

    s. Yunacite

    2

    0112014

    ET „Veles — Kostadin Velev“

    gr. Razlog

    ul. „Golak“ 14

    3

    2312041

    „Danim — D. Stoyanov“

    EOOD

    gr. Elin Pelin

    m-st Mansarovo

    4

    2712010

    „Kamadzhiev — milk“ EOOD

    s. Kriva reka

    obsht. N. Kozlevo

    5

    BG 1212029

    SD „Voynov i sie“

    gr. Montana ul. „N.Yo. Vaptsarov“ 8

    6

    0712001

    „Ben Invest“ OOD

    s. Kostenkovtsi obsht. Gabrovo

    7

    1512012

    ET „Ahmed Tatarla“

    s. Dragash voyvoda,

    obsht. Nikopol

    8

    2212027

    „Ekobalkan“ OOD

    gr. Sofia

    bul „Evropa“ 138

    9

    2312030

    ET „Favorit — D. Grigorov“

    s. Aldomirovtsi

    10

    2312031

    ET „Belite kamani“

    s. Dragotintsi

    11

    BG 1512033

    ET „Voynov — Ventsislav Hristakiev“

    s. Milkovitsa

    obsht. Gulyantsi

    12

    BG 1612020

    ET „Bor — Chvor“

    s. Dalbok izvor

    obsht. Parvomay

    13

    BG 1512029

    „Lavena“ OOD

    s. Dolni Dabnik

    obl. Pleven

    14

    BG 1612028

    ET „Slavka Todorova“

    s. Trud

    obsht. Maritsa

    15

    BG 1612051

    ET „Radev — Radko Radev“

    s. Kurtovo Konare

    obl. Plovdiv

    16

    BG 1612066

    „Lakti ko“ OOD

    s. Bogdanitza

    17

    BG 2112029

    ET „Karamfil Kasakliev“

    gr. Dospat

    18

    BG 0912004

    „Rodopchanka“ OOD

    s. Byal izvor

    obsht. Ardino

    19

    0112003

    ET „Vekir“

    s. Godlevo

    20

    0112013

    ET „Ivan Kondev“

    gr. Razlog

    Stopanski dvor

    21

    0212028

    „Vester“ OOD

    s. Sigmen

    22

    0212037

    „Megakomers“ OOD

    s. Lyulyakovo

    obsht. Ruen

    23

    0512003

    SD „LAF — Velizarov i sie“

    s. Dabravka

    obsht. Belogradchik

    24

    0612035

    OOD „Nivego“

    s. Chiren

    25

    0612041

    ET „Ekoprodukt — Megiya — Bogorodka Dobrilova“

    gr. Vratsa

    ul. „Ilinden“ 3

    26

    0612042

    ET „Mlechen puls — 95 — Tsvetelina Tomova“

    gr. Krivodol

    ul. „Vasil Levski“

    27

    1012008

    „Kentavar“ OOD

    s. Konyavo

    obsht. Kyustendil

    28

    1212022

    „Milkkomm“

    EOOD

    gr. Lom ul. „Al. Stamboliyski“ 149

    29

    1212031

    „ADL“ OOD

    s. Vladimirovo obsht. Boychinovtsi

    30

    1512006

    „Mandra“ OOD

    s. Obnova

    obsht. Levski

    31

    1512008

    ET „Petar Tonovski-Viola“

    gr. Koynare

    ul. „Hr. Botev“ 14

    32

    1512010

    ET „Militsa Lazarova — 90“

    gr. Slavyanovo,

    ul. „Asen Zlatarev“ 2

    33

    1612024

    SD „Kostovi — EMK“

    gr. Saedinenie

    ul. „L. Karavelov“ 5

    34

    1612043

    ET „Dimitar Bikov“

    s. Karnare

    obsht. „Sopot“

    35

    1712046

    ET „Stem — Tezdzhan Ali“

    gr. Razgrad

    ul. „Knyaz Boris“ 23

    36

    2012012

    ET „Olimp- P. Gurtsov“

    gr. Sliven

    m — t „Matsulka“

    37

    2112003

    „Milk — inzhenering“ OOD

    gr. Smolyan

    ul. „Chervena skala“ 21

    38

    2112027

    „Keri“ OOD

    s. Borino,

    obsht. Borino

    39

    2312023

    „Mogila“ OOD

    gr. Godech, ul. „Ruse“ 4

    40

    2512018

    „Biomak“ EOOD

    gr. Omurtag

    ul. „Rodopi“2

    41

    2712013

    „Ekselans“ OOD

    s. Osmar,

    obsht. V. Preslav

    42

    2812018

    ET „Bulmilk — Nikolay Nikolov“

    s. General Inzovo,

    obl. Yambolska

    43

    2812010

    ET „Mladost — 2 — Yanko Yanev“

    gr. Yambol,

    ul. „Yambolen“ 13

    44

    BG 1012020

    ET „Petar Mitov-Universal“

    s. Gorna Grashtitsa

    obsht. Kyustendil

    45

    BG 1112016

    Mandra „IPZHZ“

    gr. Trojan

    ul. „V.Levski“ 281

    46

    BG 1712042

    ET „Madar“

    s. Terter

    47

    BG 2612042

    „Bulmilk“ OOD

    s. Konush

    obl. Haskovska

    48

    BG 0912011

    ET „Alada — Mohamed Banashak“

    s. Byal izvor

    obsht. Ardino

    49

    1112026

    „ABLAMILK“ EOOD

    gr. Lukovit,

    ul. „Yordan Yovkov“ 13

    50

    1312005

    „Ravnogor“ OOD

    s. Ravnogor

    51

    1712010

    „Bulagrotreyd — chastna kompaniya“ EOOD

    s. Yuper

    Industrialen kvartal

    52

    1712013

    ET „Deniz“

    s. Ezerche

    53

    2012011

    ET „Ivan Gardev 52“

    gr. Kermen

    ul. „Hadzhi Dimitar“ 2

    54

    2012024

    ET „Denyo Kalchev 53“

    gr. Sliven

    ul. „Samuilovsko shose“ 17

    55

    2112015

    OOD „Rozhen Milk“

    s. Davidkovo, obsht. Banite

    56

    2112026

    ET „Vladimir Karamitev“

    s. Varbina

    obsht. Madan

    57

    2312007

    ET „Agropromilk“

    gr. Ihtiman, ul. „P.Slaveikov“ 19

    58

    2412041

    „Mlechen svyat 2003“

    OOD

    s. Bratya Daskalovi

    obsht. Bratya Daskalovi

    59

    2612038

    „Bul Milk“ EOOD

    gr. Haskovo

    Sev. industr. zona

    60

    2612049

    ET „Todorovi — 53“

    gr. Topolovgrad

    ul. „Bulgaria“ 65


    ANNESS III

    Formola għar-rapporti kif imsemmi fl-Artikolu 5

    Reġjun

    Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 31.12.2009

    Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 31.12.2009

    % tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 31.12.2009

    Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.11.2010

    Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.11.2010

    % tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.11.2010

    Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.9.2011

    Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.9.2011

    % tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.9.2011

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Sommarju BU

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Reġjun

    Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 31.12.2009

    Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

    % tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

    Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.11.2010

    Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

    % tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

    Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.9.2011

    Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

    % tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Sommarju BG

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    Top