This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0857
2009/857/EC: Council Decision of 13 December 2007 relating to the implementation of Article 9C(4) of the Treaty on European Union and Article 205(2) of the Treaty on the Functioning of the European Union between 1 November 2014 and 31 March 2017 on the one hand, and as from 1 April 2017 on the other
2009/857/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill- 1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Diċembru 2007
dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra
(2009/857/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Billi:
(1) |
Huwa kkunsidrat xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jippermettu transizzjoni bla xkiel mis-sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, kif definit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li ser jibqa' japplika sal-31 ta' Ottubru 2014,għas-sistema ta' votazzjoni prevista fl-Artikolu l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2014, inkluż, matul perijodu transitorju sal-31 ta' Marzu 2017, dispożizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 3(2), tal-Protokoll imsemmi hawn fuq. |
(2) |
Huwa mfakkar li l-prattika tal-Kunsill hija li jiddedika kull sforz biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-atti adottati bil-maġġoranza kwalifikata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI BEJN L-1 TA' NOVEMBRU 2014 U L-31 TA' MARZU 2017
Artikolu 1
Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:
(a) |
mill-inqas tliet kwarti tal-popolazzjoni, jew |
(b) |
mill-inqas tliet kwarti ta' l-għadd ta' Stati Membri |
meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu, matul dawn id-diskussjonijiet, jagħmel kull ma jkun fis-setgħa tiegħu sabiex isib soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti bil-liġi ta' l-Unjoni, sabiex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.
TAQSIMA 2
DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI MILL-1 TA' APRIL 2017
Artikolu 4
Mill-1 ta' April 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:
(a) |
mill-inqas 55 % tal-popolazzjoni, jew |
(b) |
mill-inqas 55 % ta' l-għadd ta' Stati Membri |
meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.
Artikolu 5
Il-Kunsill għandu, matul din id-diskussjoni, jagħmel kull ma jista' biex jilħaq soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti fil-liġi ta' l-Unjoni, biex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 6
Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.
TAQSIMA 3
DĦUL FIS-SEĦĦ
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO