EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0781

2009/781/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

ĠU L 278, 23.10.2009, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/781/oj

23.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

(2009/781/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/379/KE (2) tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2) u 143d tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4), l-Artikolu 190a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5), u l-Artikoli 9(1), 10(3), 134 u 135 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (6) jsiru disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).

(2)

L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jippermetti li l-Istati Membri jittrasferixxu għall-FAEŻR ammont mis-sena finanzjarja 2011, ikkalkulat skont l-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 minflok ma jirrikorru għall-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament.

(3)

L-ammonti disponibbli għat-trasferiment ġew ikkalkulati u ffissati fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward ta’ appoġġ speċifiku (7).

(4)

Il-Ġermanja u l-Iżvezja ddeċidew li jużaw l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012 (8) ġiet revokata u sostitwita b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/780/KE (9) sabiex tqies id-deċiżjoni li ħa l-Portugall li ma japplikax modulazzjoni fakultattiva għas-sena kalendarja 2009.

(6)

Id-Deċiżjoni 2009/379/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/379/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(7)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 17.

(8)  ĠU L 271, 11.10.2008, p. 44.

(9)  Ara paġna 59 ta’ din il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS

(EUR miljuni)

Sena tal-baġit

Ammonti li saru disponibbli għall-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007

L-Artikolu 190a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

2007

984

22

 

 

 

 

 

 

44 753

2008

1 241

22

 

 

 

 

362

 

44 592

2009

1 305,7

22

 

 

 

 

424

40,66

44 886,64

2010

 

 

1 867,1

22

 

 

397

82,11

44 777,79

2011

 

 

2 095,3

22

484

51,6

403,9

122,61

44 437,59

2012

 

 

2 355,3

22

484

51,6

372,3

122,61

44 685,19

2013

 

 

2 640,9

22

484

51,6

334,9

122,61

44 917,99 ”


Top