Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0779

    2009/779/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-annotazzjoni għad-Danimarka fil-lista tal-laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobja f’ċerti karnivori domestiċi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7951) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 278, 23.10.2009, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0436

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/779/oj

    23.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 278/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Ottubru 2009

    li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-annotazzjoni għad-Danimarka fil-lista tal-laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobja f’ċerti karnivori domestiċi

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7951)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/779/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar il-laboratorju tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments de Nancy (il-laboratorju tal-AFSSA, Nancy), Franza, bħala l-istituzzjoni speċifika responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tiġi segwita l-effikaċja tal-vaċċini tal-idrofobija.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-Laboratorju tal-AFSSA, Nizza, għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-lista ta’ dawk il-laboratorji Komunitarji li għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni biex iwettqu dawn it-testijiet seroloġiċi. Għaldaqstant, il-Laboratorju tal-AFSSA, Nancy, iwettaq il-proċedura stabbilita tal-verifika tal-profiċjenza biex jevalwa l-laboratorji qabel toħroġ l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu t-testijiet seroloġiċi.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE tal-4 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji jiċċekkjaw l-effikaċja tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobja f’ċerti annimali domestiċi karnivori (2), telenka l-laboratorji awtorizzati fl-Istati Membri fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet ta’ profiċjenza kkomunikati mil-Laboratorju tal-AFSSA, Nancy. L-Istitut Daniż għar-Riċerka Veterinarja u dwar l-Ikel huwa bħalissa fil-lista tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjioni.

    (4)

    Wara t-tibdil fl-amministrazzjoni ta’ dan il-laboratorju li ma għandu ebda effett fuq ir-rendiment u fuq l-apprezzament u l-awtorizzazzjoni ta’ dan il-laboratorju, id-Danimarka ressqet talba biex timmodifika l-isem u l-informazzjoni għall-kuntatt ta’ dan il-laboratorju.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2004/233/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE, l-annotazzjoni għad-Danimarka tinbidel b’dan li ġej:

    (DK) Id-Danimarka

    Technical University of Denmark

    National Veterinary Institute

    Lindholm

    DK-4771 Kalvehave

    Telefown: +45 35 88 60 00

    Faks: +45 35 88 79 01

    Imejl: vet@vet.dtu.dk”

    Artikolu 2

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

    Ghall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

    (2)  ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30.


    Top