Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0723

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/1/2009 tal- 25 ta' Settembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    ĠU L 257, 30.9.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/723/oj

    30.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 257/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/1/2009

    tal-25 ta' Settembru 2009

    dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)

    (2009/723/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta' Settembru 2009 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8 tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet sussegwenti dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fl-24 ta' Ġunju 2008, Jean-Paul MICHEL inħatar Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

    (3)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra mill-ġdid ta' Jean-Paul MICHEL bħala l-Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea għar-riforma fil-qasam tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta' Ottubru 2009.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  ĠU L 246, 18.9.2009, p. 33.


    Top