Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0596

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUJUST LEX/1/2009 tat- 3 ta’ Lulju 2009 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    ĠU L 202, 4.8.2009, p. 82–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/596/oj

    4.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 202/82


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUJUST LEX/1/2009

    tat-3 ta’ Lulju 2009

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

    (2009/596/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari it-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/475/PESK tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-11 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX. Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2010.

    (2)

    L-Artikolu 9(2) tal-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

    (3)

    Is-Sur Stephen WHITE għandu jinħatar Kap tal-Missjoni tal-EUJUST LEX sal-31 ta’ Diċembru 2009,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Stephen WHITE huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  ĠU L 156, 19.6.2009, p. 57.


    Top