EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0570

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/570/PESK tas- 27 ta’ Lulju 2009 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2008/901/PESK dwar il-missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja

ĠU L 197, 29.7.2009, p. 108–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/570/oj

29.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/108


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/570/PESK

tas-27 ta’ Lulju 2009

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2008/901/PESK dwar il-missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni Ewropea hija lesta li timpenja lilha nnifisha biex tappoġġa l-isforzi kollha bil-ħsieb ta’ soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-konflitti fil-Ġeorġja, u li hija lesta tappoġġa miżuri ta’ bini ta’ fiduċja.

(2)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill appoġġa l-idea ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja, u fit-2 ta’ Diċembru 2008 huwa adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/901/PESK (1) dwar missjoni ta’ inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-konflitt fil-Ġeorġja, għall-perijodu mit-2 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Lulju 2009.

(3)

Fit-3 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni ta’ inkjesta tiġi estiża għal xahrejn oħra,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/901/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-missjoni ta’ inkjesta għandu jkun ta’ EUR 1 600 000 għall-perijodu mit-2 ta’ Diċembru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009.”

(2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Dan għandu japplika sat-30 ta’ Settembru 2009”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 66.


Top