Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0566

    2009/566/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/721/KE fir-rigward tal-indennizzi mħallsa lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-esperti fl-oqsma tas-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5767)

    ĠU L 196, 28.7.2009, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/06/2024; Impliċitament imħassar minn 32024D1514

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/566/oj

    28.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 196/61


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Lulju 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/721/KE fir-rigward tal-indennizzi mħallsa lill-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-esperti fl-oqsma tas-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa pubblika u tal-ambjent

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5767)

    (2009/566/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 152 u 153 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (1) tistipula li membri tal-Kumitati Xjentifiċi, il-konsultenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizz għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma tematiċi, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni, u talli jservu ta’ Relaturi dwar xi mistoqsija speċifika.

    (2)

    L-Anness III tad-Direttiva 2008/721/KE jiffissal-indennizz għal kull ġurnata sħiħa ta’ parteċipazzjoni għal EUR 300, l-indennizz għall-parteċipazzjoni f’laqgħa filgħodu jew wara nofsinhar għal EUR 150, u l-indennizz għal Relatur għal EUR 300. Fejn ikun iġġustifikat bis-sħiħ u jekk il-baġit jippermetti, din is-somma tista’ tiżdied għal EUR 600 għal kwistjonijiet li jkunu partikolarment impenjattivi f’termini ta’ ammont ta’ xogħol.

    (3)

    L-Anness jistipula wkoll li l-Kummissjoni se tistma b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni. L-ewwel stima se sseħħ fl-2009.

    (4)

    Il-livell kurrenti tal-indennizzi kien stipulat fl-1997 għall-membri u l-esperti tal-predeċessuri tal-Kumitati Xjentifiċi kkonċernati u ma kienx rivalutat minn dakinhar. L-indennizz aġġornat għal kull ġurnata b’kunsiderazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur fil-perjodu 1997-2008 skont l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur tal-Eurostat se jkun ta’ EUR 381,50. Dan l-ammont għandu jkun ta’ EUR 385 għad-dritt.

    (5)

    Id-distinzjoni bejn laqgħat ta’ ġurnata jew ta’ nofstanhar għandha tkun eliminata biex il-ħin tal-ivvjaġġar u tat-trasport ikun ikkunsidrat.

    (6)

    Fid-dawl tal-esperjenza, il-volum ta’ xogħol għar-Relaturi jiddependi b’mod sostanzjali mill-kumplessità u mit-tul tal-attivitajiet li hemm bżonn biex tkun kompluta l-opinjoni, b’kunsiderazzjoni għall-kumplessità tal-kwistjoni, id-disponibilità u l-aċċessibilità tad-dejta, l-ammont ta’ letteratura li trid tkun eżaminata, il-bżonn għal kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet li jkun hemm bżonn mal-partijiet interessati u mal-pubbliku. Iż-żewġ livelli kurrenti għall-indennizz tar-Relatur ma jirriflettux il-firxa attwali tas-sitwazzjonijiet u għaldaqstant hemm bżonn li tiddaħħal modulazzjoni usa’ tal-indennizz tar-Relatur,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    L-Anness III tad-Deċiżjoni 2008/721/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21


    ANNESS

    “ANNESS III

    INDENNIZZI

    Il-Membri tal-Kumitati Xjentifiċi, konsulenti xjentifiċi mill-Grupp u l-esperti esterni għandhom ikunu intitolati għal indennizzi marbuta mal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-kumitati xjentifiċi kif ġej:

    Għall-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-Kumitati, laqgħat ta’ ħidma, gruppi ta’ ħidma u laqgħat u avvenimenti oħrajn organizzati mill-Kummissjoni:

    EUR 385 għal kull ġurnata li matulha saret il-laqgħa li għaliha kien hemm attendenza.

    Għar-responsabbiltà ta’ Relatur:

    L-indennizz huwa differenti, skont l-ammont ta’ xogħol relatat mal-kumplessità tal-kwistjoni, it-tul tal-perjodu li hemm bżonn biex tkun kompletata l-opinjoni, l-ammont u l-aċċessibilità tad-dejta u tal-letteratura xjentifika u l-informazzjoni li trid tinġabar u tkun ipproċessata u l-ammont u l-kumplessità ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-partijiet interessati u kuntatti ma’ korpi oħrajn, fid-dawl tal-kriterji indikattivi li ġejjin:

    Ammont

    Kriterji indikattivi

    EUR 385

    Kwistjoni sempliċi u ta’ rutina

    Opinjoni bbażata fuq l-eżaminar tal-fajl, b’tiftix minimu ta’ dejta u eżaminar minimu ta’ letteratura

    L-ebda konsultazzjoni pubblika

    Mhux aktar minn ħames xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

    EUR 770

    Kwistjoni kumplessa

    Opinjoni bbażata fuq ammont sinifikanti ta’ dejta u tiftix u eżaminar ta’ letteratura

    Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u/jew pubblika b’ammont ta’ xogħol limitat ta’ eżaminar tar-risposti

    Minn ħamsa sa disa’ xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

    EUR 1 155

    Kwistjoni kumplessa ħafna

    Bżonn ta’ tiftix u analiżi intensivi ħafna ta’ dejta u letteratura

    Konsultazzjonijiet intensivi u kumplessi mal-partijiet interessati, mal-pubbliku u ma’ korpi xjentifiċi oħrajn, b’eżaminar importanti tar-risposti

    Aktar minn disa’ xhur bejn l-ewwel u l-aħħar laqgħa

    F’kull każ speċifiku, abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tindika fit-talba għal opinjoni liema ammont ta’ indennizz għal Relatur japplika. L-għażla tal-ammont applikabbli jista’ jkun mibdul mill-Kummissjoni matul ix-xogħol preparatorju għall-opinjoni mitluba jekk dan ikun iġġustifikat minn tibdil mhux previst fir-rigward tal-kriterji rilevanti.

    Il-Kummissjoni se tqis b’mod regolari l-ħtieġa li jiġu adattati dawn l-indennizzi fid-dawl tal-indiċi tal-prezzijiet, l-evalwazzjoni ta’ indennizzi mħallsa lill-esperti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn u l-esperjenza għall-ammont ta’ xogħol tal-membri, membri msieħba, konsulenti xjentifiċi oħrajn u esperti esterni.”


    Top