This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0548
2009/548/EC: Commission Decision of 30 June 2009 establishing a template for National Renewable Energy Action Plans under Directive 2009/28/EC of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2009) 5174) (Text with EEA relevance )
2009/548/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5174) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
2009/548/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5174) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )
ĠU L 182, 15.7.2009, p. 33–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
15.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ġunju 2009
li tistabbilixxi mudell għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5174)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/548/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentament tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/28/KE teżiġi li kull Stat Membru jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-miri nazzjonali tal-Istati Membri għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli użata fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, meta wieħed iqis l-effetti ta’ miżuri politiċi oħra konnessi mal-effiċjenza tal-enerġija fuq il-konsum finali tal-enerġija, u l-miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu dawk il-miri nazzjonali totali, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, trasferimenti ppjanati tal-istatistika jew proġetti konġunti, politiki nazzjonali biex jiġu żviluppati riżorsi tal-bijomassa eżistenti u jiġu mobilizzati riżorsi ġodda tal-bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 13 sa 19 tad-Direttiva 2009/28/KE. |
(2) |
Skont id-Direttiva 2009/28/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-30 ta’ Ġunju 2009, mudell għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li fih ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VI għal dik id-Direttiva, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mudell għall-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/28/KE kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni qed jiġi adottat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
ANNESS
KONTENUT
1. |
Taqsira tal-politika nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli | 35 |
2. |
Konsum Finali tal-Enerġija Mistenni 2010-2020 | 35 |
3. |
Miri u trajettorji għall-Enerġija Rinnovabbli | 39 |
3.1. |
Mira nazzjonali totali | 39 |
3.2. |
Miri u trajettorji skont is-settur | 39 |
4. |
Miżuri biex jintlaħqu l-miri | 44 |
4.1. |
Ħarsa fil-qosor lejn il-politiki u l-miżuri kollha għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli | 44 |
4.2. |
Miżuri speċifiċi biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti skont l-Artikoli 13, 14, 16 u l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE | 44 |
4.2.1. |
Proċeduri amministrattivi u ppjanar tal-ispazju (l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 44 |
4.2.2. |
Speċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 45 |
4.2.3. |
Bini (l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 45 |
4.2.4. |
Dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni (l-Artikoli 14(1), 14(2) u 14(4) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 46 |
4.2.5. |
Ċertifikazzjoni tal-installaturi (l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 46 |
4.2.6. |
Żvilupp ta’ infrastrutturi tal-elettriku (l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(3) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 47 |
4.2.7. |
Tħaddim ta’ netwerk tal-elettriku (l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 16(7) u (8) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 47 |
4.2.8. |
Integrazzjoni tal-bijogass fin-netwerk tal-gass naturali (l-Artikolu 16(7) u l-Artikolu 16(9) u (10) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 48 |
4.2.9. |
Żvilupp ta’ infrastruttura għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 16(11) tad-Direttiva 2009/28/KE) | 48 |
4.2.10. |
Bijofjuwils u bijolikwidi oħra – kriterji tas-sostenibilità u l-verifika tal-konformità (l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE) | 48 |
4.3. |
Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri | 49 |
4.4. |
Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri | 51 |
4.5. |
Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-trasport applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri | 51 |
4.6. |
Miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa | 52 |
4.6.1. |
Provvista ta’ bijomassa: kemm domestika kif ukoll kummerċjali | 52 |
4.6.2. |
Miżuri biex titkabbar id-disponibilità tal-bijomassa, b’konsiderazzjoni ta’ utenti oħra tal-bijomassa (setturi tal-agrikoltura u bbażati fuq il-foresti) | 55 |
4.7. |
Użu ppjanat ta’ trasferimenti tal-istatistika bejn Stati Membri u parteċipazzjoni ppjanata f’proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi | 56 |
4.7.1. |
Aspetti ta’ proċedura | 56 |
4.7.2. |
Produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil Stati Membri oħra | 56 |
4.7.3. |
Potenzjal stmat għal proġetti konġunti | 56 |
4.7.4. |
Talba stmata għal enerġija rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra minbarra l-produzzjoni domestika | 57 |
5. |
Valutazzjonijiet | 57 |
5.1. |
Kontribut totali mistenni ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għas-sehem tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport | 57 |
5.2. |
Kontribut totali mistenni mill-miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija u għat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport | 61 |
5.3. |
Valutazzjoni tal-impatti (Mhux obbligatorja) | 61 |
5.4. |
Tħejjija tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tiegħu | 62 |
Mudell tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAPs)
Id-Direttiva 2009/28/KE teżiġi li Stati Membri jissottomettu Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (NREAP) lill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju 2010. Dan hu l-mudell għal dawn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni. Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE, l-użu tal-mudell huwa obbligatorju. L-iskop tal-mudell hu li jiġi żgurat li l-NREAPs ikunu kompluti, ikopru r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva u jkunu jistgħu jitqabblu r-rapporti biennali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ma’ xulxin u ma’ ta’ Stati Membri futuri. Meta jimlew il-mudell, l-Istati Membri għandhom jkunu konformi mad-definizzjonijiet, ir-regoli tal-kalkolazzjoni u t-terminoloġija stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw id-definizzjonijiet, ir-regoli tal-kalkolazzjoni u t-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1) . Informazzjoni addizzjonali tista’ tiġi pprovduta jew fl-istruttura preskritta tal-Pjan ta’ Azzjoni jew bl-inklużjoni ta’ annessi. Is-siltiet fil-korsiv għandhom l-għan li jiggwidaw lill-Istati Membri fit-tħejjija tal- NREAP tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jħassru dawn is-siltiet fil-verżjoni tal- NREAP li jissottomettu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tfakkar lill-Istati Membri li kull skema nazzjonali tal-appoġġ għandha tirrispetta r-regoli tal-għajnuna mill-istat kif previsti fl-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE. In-notifika tal-NREAPs ma tieħux post in-notifika tal-għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. |
1. TAQSIRA TAL-POLITIKA NAZZJONALI GĦALL-ENERĠIJA RINNOVABBLI
Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni qasira tal-politika nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli li tiddeskrivi l-għanijiet tal-politika (bħas-sigurtà tal-provvista, benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali) u l-linji tal-azzjoni strateġiċi prinċipali.
2. KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA MISTENNI 2010-2020
F’din it-taqsima, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-estimi tagħhom tal-konsum gross finali ta’ kull tip ta’ enerġija (minn sorsi kemm rinnovabbli kif ukoll konvenzjonali), b’kollox u skont is-settur, fil-perijodu sal-2020.
Dawn l-estimi jridu jqisu wkoll l-effetti mistennija tal-miżuri għall-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija li għandhom jiġu introdotti f’dan il-perijodu. Taħt it-titolu “xenarju ta’ referenza” għandu jiġi preżentat xenarju li jqis biss il-miżuri għall-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija adottati qabel l-2009. Taħt it-titolu “xenarju ta’ effiċjenza addizjonali tal-enerġija” għandu jiġi preżentat xenarju li jqis il-miżuri kollha li għandhom jiġi adottati mill-2009. L-elaborazzjoni tal-partijiet l-oħra tal-NREAP hi bbażata fuq dan ix-xenarju ta’ effiċjenza addizzjonali tal-enerġija.
Bit-terminu “konsum għat-tisħin u t-tkessiħ” wieħed għandu jifhem is-sħana prodotta (sħana mibjugħa), kif ukoll il-konsum finali tal-kommoditajiet kollha l-oħra tal-enerġija minbarra l-elettriku f’setturi tal-użu finali bħall-industrija, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd. Il-kunċett tat-tisħin u t-tkessiħ allura jkopri ukoll il-kunċett tal-konsum finali tal-enerġija għall-ipproċessar. L-elettriku jista’ jintuża wkoll għat-tisħin u t-tkessiħ fil-konsum finali, imma dan l-elettriku hu kopert fil-mira tal-elettriku, għalhekk qed jiġi eskluż hawnhekk.
Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2009/28/KE, bil-għan li titkejjel il-konformità mal-mira tal-2020 u t-trajjetorja interim, l-ammont ta’ enerġija kkunsmat fl-avjazzjoni għandu jitqies bħala mhux aktar minn 6,18 % tal-konsum gross finali tal-enerġija tal-Istat Membru (4,12 % għal Ċipru u Malta). L-aġġustamenti xierqa (jekk dawn jeżistu) jistgħu jsiru fit-tabella. Il-kaxxa turi kif dawn għandhom jiġu kkalkolati
KAXXA – Kif għandu jiġi Kkalkolat il-‘mekkaniżmu tal-capping tal-avjazzjoni’ fid-Direttiva għall-Enerġija Rinnovabbli Nassumu li f’Pajjiż A s-sehem mill-konsum tal-enerġija tal-avjazzjoni (AEC) mit-total tal-konsum gross finali tal-enerġija (GFEC) huwa X: X = AEC/GFEC Nassumu li X> 6,18 % F’din il-każ il-limitu jimplika li għall-iskop tal-valutazzjoni tal-konformità, GFECaġġustat = GFEC – AEC + AECaġġustat fejn AECaġġustat = 0,0618 * GFEC Fi kliem ieħor GFECaġġustat = GFEC – AEC + 0,0618 * GFEC= GFEC – X*GFEC + 0,0618 * GFEC= GFEC * (1,0618 – X) L-“aġġustament” bħala % tal-GFEC reali u bħala funzjoni ta’ X ikun allura Aġġustament= (GFEC – GFECaġġustat)/GFEC = X – 0,0618 |
Fil-każ ta’ Ċipru u Malta, ċ-ċifri 4,12 % u 0,0412 għandhom jissostitwixxu ċ-ċifri 6,18 % u 0,0618 rispettivament.
Tabella 1
Konsum gross finali tal-enerġija mistenni ta’ [Stat Membru] għat-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport sal-2020 b’kunsiderazzjoni tal-effetti tal-miżuri tal-effiċjenza u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija (2) 2010-2020 (ktoe)
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
|||||||
sena bażi |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Il-kalkolazzjoni li ġejja hi meħtieġa biss jekk il-konsum finali tal-enerġija għall-avjazzjoni mistenni jkun ogħla minn 6,18 % (4,12 % għal Malta u Ċipru): |
|||||||||||||
Konsum finali għall-avjazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni (7) l-Art. 5(6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Konsum TOTALI wara t-tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||||||||
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
xenarju ta’ referenza |
effiċjenza addizzjonali tal-enerġija |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Il-kalkolazzjoni li ġejja hi meħtieġa biss jekk il-konsum finali tal-enerġija għall-avjazzjoni mistenni jkun ogħla minn 6,18 % (4,12 % għal Malta u Ċipru): |
||||||||||||||
Konsum finali għall-avjazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Tnaqqis għal-limitu tal-avjazzjoni (7) l-Art. 5(6) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Konsum TOTALI wara t-tnaqqis għall-avjazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. MIRI U TRAJETTORJI GĦALL-ENERĠIJA RINNOVABBLI
3.1. Mira nazzjonali totali
Tabella 2
Il-mira nazzjonali totali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fiċ-ċifri tal-2005 u l-2020 (ċifri li għandhom jiġu traskritti mill-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2009/28/KE):
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkunsidraw il-miżuri ta’ flessibilità fl-Artikoli 6, 7, 8 u 11 tad-Direttiva 2009/28/KE bil-ħsieb li jqiegħdu xi ftit mill-konsum tagħhom tal-enerġija rinnovabbli disponibbli biex jgħodd għall-miri ta’ Stat(i) Membru/i ieħor/oħra – jew bil-ħsieb li jgħoddu l-enerġija minn sorsi rinnovabbli użata fi Stat(i) Membru/i oħra għall-miri tagħhom stess. Barra minn dan, jistgħu jużaw importazzjonijiet fiżiċi minn pajjiżi terzi ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2009/28/KE.
Kull valutazzjoni tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli ta’ pajjiżek jista’ jiġi mehmuż fl-anness.
Kull mira tal-enerġija rinnovabbli fuq livell reġjonali jew fi bliet ewlenin jew f’industriji li jikkunsmaw l-aktar enerġija li jappoġġjaw il-mira nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli jistgħu wkoll jiġu mehmuża fl-anness.
3.2. Miri u trajettorji settorjali
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2009/28/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu l-miri tagħhom għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-2020 fis-setturi li ġejjin:
— |
tisħin u tkessiħ; |
— |
elettriku; |
— |
trasport. |
It-total tat-tliet miri settorjali, tradott f’volumi mistennija (ktoe)inkluż l-użu ppjanat ta’ miżuri ta’ flessibilità, għandu jkun mill-anqas daqs l-ammont mistenni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jikkorrispondi għall-mira tal-Istat Membru għall-2020 (kif rappurtat fl-aħħar kaxxa tat-Tabella 2).
Barra minn hekk, il-mira għat-trasport, li għandha tkun kumpatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/28/KE għal sehem ta’ 10 % mill-enerġija rinnovabbli għat-trasport. Madankollu, wieħed irid jinnota li l-kalkolazzjoni tal-konformità mal-mira tal-Artikolu 3(4) tvarja mill-kalkolazzjoni tal-kontribut tat-trasport għall-mira totali nazzjonali tal-Istat Membru għall-enerġija rinnovabbli.
Għall-mira għat-trasport, u mhux għall-mira totali:
— |
Fost il-prodotti taż-żejt, il-petrol u d-diżil biss jgħoddu għad-denominatur. Dan ifisser li l-pitrolju/il-fjuwil tal-avjazzjoni u ż-żejt tal-fjuwil użat fit-tbaħħir ma jgħoddux (għalkemm id-diżil użat minn xi ferroviji u xi bastimenti li jbaħħru f’passaġġi tal-ilmijiet interni jgħodd); |
— |
Bijofjuwils minn skart, residwi, materjal taċ-ċelluloża mhux mill-ikel u materjal tal-linjoċelluloża jgħoddu doppju għan-numeratur; |
— |
L-elettriku minn sorsi rinnovabbli użat f’vetturi tat-triq jgħodd għal 2.5 dardiet għan-numeratur u d-denominatur. |
Skont l-Artikolu 3(4)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE biex jiġi kkalkulat il-kontribut tal-elettriku prodott minn sori rinnovabbli u użat f’vetturi elettriċi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw jew is-sehem medju tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità, jew is-sehem tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżhom stess, kif imkejjel sentejn qabel is-sena inkwistjoni. Għall-istima tas-sehem medju ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jużaw ix-xenarji futuri mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea jew għaliha (8).
Minbarra li jistabbilixxu miri settorjali għall-2020, l-Istati Membri għandhom ukoll jiddeskrivu t-trajettorja li jistennew lit-tkabbir tal-użu tal-enerġija rinnovabbli f’kull settur isegwi bejn l-2010 u l-2020. Il-miri settorjali rinnovabbli għall-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ tat-trajettorji settorjali huma estimi.
It-Tabella 3 titlob lill-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni imsemmija hawn fuq.
Meta jimlew it-tabella, l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw l-analiżi aktar dettaljata tal-użu mistenni tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa fit-Tabella 9. It-Tabelli tal-kalkolazzjoni 4a u 4b jipprovdu gwida għat-tħejjija tat-Tabella 3.
Id-Direttiva teżiġi lill-Istati Membri jippubblikaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-previżjoni tagħhom għall-użu tal-miżuri ta’ flessibilità sal-31 Diċembru 2009. L-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw din il-previżjoni meta jimlew il-partijiet rilevanti tat-Tabella 4a. Madankollu, fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħhom, l-Istati Membri mhumiex mitluba jużaw l-istess ċifri li jkunu taw fid-dokumenti tal-previżjoni tagħhom. B’mod partikolari, forsi jkunu jixtiequ jemendaw iċ-ċifri fid-dawl tal-informazzjoni f’dokumenti tal-previżjoni ta’ Stati Membri oħra.
Tabella 3
Mira u trajettorja nazzjonali stmati għall-2020 tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport
(It-tabelli tal-kalkolazzjoni 4a u 4b mistennija jiggwidaw it-tħejjija tat-Tabella 3.)
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
RES-H&C (9) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RES-E (10) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RES-T (11) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sehem totali RES (12) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu mill-mekkaniżmu tal-koperazzjoni (13) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Żejjed għall-mekkaniżmu tal-koperazzjoni (13) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bħala l-Parti B tal-Anness I għad-Direttiva |
|
|
2011-2012 |
2013-2014 |
2015-2016 |
2017-2018 |
|
2020 |
|
|
S2005 + 20 % (S2020-S2005) |
S2005 + 30 % (S2020-S2005) |
S2005 + 45 % (S2020-S2005) |
S2005 + 65 % (S2020-S2005) |
|
S2020 |
|
Trajettorja minima RES (14) (%) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Trajettorja minima RES (ktoe) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 4a
Tabella tal-kalkolazzjoni għall-kontribut ta’ enerġija rinnovabbli ta’ kull settur għall-konsum finali tal-enerġija
(ktoe) |
||||||||||||||
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 4b
Tabella tal-kalkolazzjoni għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport
(ktoe) |
||||||||||||||
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. MIŻURI GĦALL-KSIB TAL-MIRI
4.1. Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri kollha għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli
Tabella 5
Deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri kollha
Isem u referenza tal-miżura |
Tip ta’ miżura (*) |
Riżultat mistenni (**) |
Grupp u/jew attività fil-mira (***) |
Eżistenti jew ippjanata |
Dati tal-bidu u t-tmiem tal-miżura |
1. |
|
|
|
|
|
2. |
|
|
|
|
|
3. |
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4.2. Miżuri speċifiċi biex jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikoli 13, 14, 16 u l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE
4.2.1. Proċeduri amministrattivi u ppjanar tal-ispazju (l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE)
Meta jwieġbu l-mistoqsijiet li ġejjin, l-Istati Membri huma mitluba jispjegaw ir-regoli nazzjonali, reġjonali u lokali fis-seħħ dwar il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji applikati għall-impjanti u l-infrastrutturi ta’ netwerks tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni assoċjati għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u għall-proċess tat-trasformazzjoni tal-bijomassa ġo bijofjuwils jew prodotti oħra tal-enerġija. Fejn jenħtieġu passi oħra biex jiġi żgurat li l-proċeduri huma proporzjonati u meħtieġa, l-Istati Membri huma mitluba wkoll li jiddeskrivu r-reviżjonijiet ippjanati, ir-riżultati mistennija u l-awtorità responsabbli biex twettaq dawn ir-reviżjonijiet. Meta l-informazzjoni tkun speċifika għat-teknoloġija, jekk jogħġbok indika dan. Meta awtoritajiet reġjonali/lokali jkollhom rwol sostanzjali, jekk jogħġbok spjega dan ukoll.
(a) |
Lista ta’ leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u, jekk applikabbli, leġiżlazzjoni reġjonali dwar il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, l-liċenzi u l-ippjanar tal-ispazju li japplikaw għall-impjanti u l-infrastruttura ta’ netwerks assoċjati tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni: |
(b) |
Ministeru/i jew awtoritajiet responsabbli u l-kompetenzi tagħhom fil-qasam: |
(c) |
Reviżjoni prevista bil-ħsieb li jittieħdu passi xierqa kif deskritt fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE sa: [data] |
(d) |
Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti): |
(e) |
Huma skoperti ostakli mhux meħtieġa jew rekwiżiti mhux proporzjonati relatati mal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji applikati għall-impjanti u l-infrastrutturi ta’ netwerks assoċjati tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin jew tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u mal-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijofjuwils jew prodotti oħra tal-enerġija? Jekk iva, x’inhuma? |
(f) |
Liema livell ta’ amministrazzjoni (lokali, reġjonali u nazzjonali) huwa responsabbli għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u għall-ippjanar tal-ispazju?(Jekk dan jiddependi fuq it-tip ta’ stallazzjoni, jekk jogħġbok speċifika). Jekk aktar minn livell wieħed hu involut, kif tiġi ġestita l-koordinazzjoni bejn il-livelli differenti? Kif se tittejjeb il-koordinazzjoni bejn awtoritajiet responsabbli differenti fil-ġejjieni? |
(g) |
Kif jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni komprensiva dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji u dwar l-assistenza lill-applikanti? Liema informazzjoni u assistenza hi disponibbli lill-applikanti potenzjali għal stallazzjonijiet ġodda ta’ enerġija rinnovabbli fuq l-applikazzjonijiet tagħhom? |
(h) |
Kif inhi faċilitata l-koordinazzjoni orizzontali bejn korpi amministrattivi differenti, responsabbli għall-partijiet differenti tal-permess? Kemm jenħtieġu passi proċedurali biex jirċievu l-awtorizzazzjoni/il-liċenzja/il-permess finali? Jeżisti one-stop shop għall-koordinazzjoni tal-passi kollha? L-iskedi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet jiġu kkomunikati bil-quddiem? X’inhu ż-żmien medju għall-ksib ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni? |
(i) |
Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni jikkunsidraw l-ispeċifitajiet tat-teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli? Jekk iva, jekk jogħġbok għid kif. Jekk le, taħseb li tikkunsidrahom fil-ġejjieni? |
(j) |
Hemm proċeduri speċifiċi, per eżempju notifika sempliċi, għal stallazzjonijiet fuq skala żgħira u deċentralizzati (bħal pannelli tax-xemx fuq bini jew bojlers tal-bijomassa f’bini)? Jekk iva, x’inhuma l-passi proċedurali? Ir-regoli huma disponibbli pubblikament għaċ-ċittadini? Fejn jiġu ppubblikati? Hija maħsuba l-introduzzjoni fil-ġejjieni ta’ proċeduri simplifikati tan-notifika? Jekk iva, għal liema tipi ta’ stallazzjoni/sistema? (Il-metraġġ nett huwa possibbli?) |
(k) |
Fejn jiġu ppubblikati l-miżati assoċjati ma’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni/il-liċenzji/il-permessi għal stallazzjonijiet ġodda? Huma relatati mal-ispejjeż amministrattivi għall-għoti ta’ dawn il-permessi? Hemm xi pjan biex dawn il-miżati jiġu rriveduti? |
(l) |
Hemm iggwidar uffiċjali disponibbli għal korpi amministrattivi lokali u reġjonali għall-ippjanar, l-iddisinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni ta’ żoni industrijali u residenzjali biex jiġu installati apparati u sistemi li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali? Jekk dan l-iggwidar uffiċjali mhuwiex disponibbli jew suffiċjenti, kif u meta se tiġi indirizzata din il-ħtieġa? |
(m) |
Jeżisti taħriġ speċifiku għal min imexxi l-każijiet tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzji ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli? |
4.2.2. Speċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2009/28/KE)
(a) |
Biex igawdu minn skemi tal-appoġġ it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli għandhom bżonn jissodisfaw ċerti standards ta’ kwalità? Jekk, iva liema stallazzjonijiet u liema standards ta’ kwalità? Hemm standards nazzjonali, reġjonali li jmorru lil hinn mill-istandards Ewropej? |
4.2.3. Bini (l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2009/28/KE)
Jekk jogħġbok innota li meta wieħed jirreferi għaż-żieda fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini, il-provvista ta’ elettriku rinnovabbli mis-sistema tad-distribuzzjoni nazzjonali ma għandhiex tiġi kkunsidrata. L-iffukar hawn qiegħed fuq iż-żieda fil-provvista lokali ta’ tisħin u/jew elettriku lil bini individwali. Il-provvista diretta ta’ sħana jew tkessiħ permezz ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali tista’ titqies wkoll.
(a) |
Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali eżistenti (jekk teżisti) u taqsira tal-leġiżlazzjoni lokali dwar iż-żieda fis-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-kostruzzjoni: |
(b) |
Ministeru/i jew awtorità/jiet responsabbli: |
(c) |
Reviżjoni tar-regoli, jekk jeżistu, ippjanata sa: [data] |
(d) |
Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali: |
(e) |
Jeżistu livelli minimi għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fir-regolamentazzjoni u l-kodiċijiet tal-kostruzzjoni? F’liema żoni ġeografiċi u x’inhuma dawn ir-rekwiżiti? (Jekk jogħġbok agħti fil-qosor.) B’mod partikolari, liema miżuri ddaħħlu f’dawn il-kodiċijiet biex jiġi żgurat li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli użata fis-settur tal-bini? X’inhuma l-pjanijiet għall-ġejjieni relatati ma’ dawn ir-rekwiżiti/il-miżuri? |
(f) |
X’inhi ż-żieda proġettata tal-użu tal-enerġija rinnovabbli sal-2020? (Jekk possibbli agħmel differenza bejn residenzjali – “unità waħda” u “unità multipla”, kummerċjali, pubbliku u industrijali.) (Biex twieġeb din il-mistoqsija tista’ tuża tabella bħat-Tabella 6 hawn taħt. Id-dejta tista’ tingħata għal kull sena, jew għal snin magħżula. Kemm il-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu inklużi.) Tabella 6 Sehem stmat tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini
|
(g) |
Ġew kkunsidrati obbligi ta’ livelli minimi tal-enerġija rinnovabbli f’bini ġdid u li għadu kif ġie rrinnovat fil-politika nazzjonali? Jekk iva, x’inhuma dawn il-livelli? Jekk le, kif se tiġi esplorata l-konvenjenza ta’ din l-opzjoni tal-politika sal-2015? |
(h) |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-pjani biex jiġi żgurat ir-rwol eżemplari tal-bini pubbliku fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali bl-użu ta’ stallazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli jew billi jinbidel f’bini b’enerġija żero mill-2012 ‘il quddiem. (Jekk jogħġbok ikkunsidra r-rekwiżiti taħt l-EPBD). |
(i) |
Kif jiġu promossi teknoloġiji enerġetikament effikaċi tal-enerġija rinnovabbli fil-bini? (Dawn il-miżuri jistgħu jikkonċernaw bojlers tal-bijomassa, pompi tas-sħana u apparat solari termiku li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eko-tikketta jew standards oħra żviluppati fuq livell nazzjonali jew tal-Komunità [cf. test tal-Artikolu 13(6)]). |
4.2.4. Dispożizzjonijiet tal-informazzjoni (l-Artikoli 14(1), 14(2) u 14(4) tad-Direttiva 2009/28/KE)
Għandhom jiġu deskritti kampanji u programmi tal-informazzjoni u biex iqajmu għarfien, kif ukoll reviżjonijiet ippjanati, u r-riżultati mistennija. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll liema awtorità responsabbli se timmonitorja u tistudja l-effetti tal-programmi. Meta l-awtoritajiet reġjonali/lokali għandhom rwol sostanzjali, jekk jogħġbok indika u agħtih fil-qosor ukoll.
(a) |
Referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u/jew reġjonali (jekk teżisti) dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/28/KE: |
(b) |
Korp(i) responsabbli għat-tixrid tal-informazzjoni fuq livelli nazzjonali/reġjonali/lokali: |
(c) |
Taqsira tal-miżuri eżistenti u ppjanati fil-livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti): |
(d) |
Jekk jogħġbok indika kif titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni dwar miżuri tal-appoġġ għall-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u fit-trasport lill-atturi rilevanti kollha (konsumaturi, bennejja, installaturi, periti, fornituri ta’ apparat u vetturi rilevanti). Min hu responsabbli għall-adegwatezza u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni? Jeżistu riżorsi speċifiċi tal-informazzjoni għall-gruppi differenti fil-mira, bħall-konsumaturi finali, il-bennejja, il-maniġers tal-proprjetà, l-aġenti tal-proprjetà, l-installaturi, il-periti, il-bdiewa, il-fornituri ta’ apparat li juża sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-amministrazzjoni pubblika? Jeżistu kampanji tal-informazzjoni jew ċentri tal-informazzjoni permanenti fil-preżent, jew huma ppjanati għall-ġejjieni? |
(e) |
Min hu responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċċji u l-ispejjeż netti u l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparat u s-sistemi li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli għat-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku? (Il-Fornitur tal-apparat jew is-sistema, korp pubbliku jew ħaddieħor?) |
(f) |
Kif tingħata gwida lil dawk li jippjanaw u l-periti biex tgħinhom jikkunsidraw sew it-taħlita ottimali ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, teknoloġiji b’effiċjenza għolja u tisħin u tkessiħ distrettwali meta jippjanaw, jiddisinjaw, jibnu u jirrinovaw żoni industrijali jew residenzjali? Min hu responsabbli għal dak? |
(g) |
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-programmi eżistenti u ppjanati tal-informazzjoni, biex iqajmu l-għarfien u ta’ taħriġ għaċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet tal-iżvilupp u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. X’inhu r-rwol tal-atturi reġjonali u lokali fl-iddisinjar u l-ġestjoni ta’ dawn il-programmi? |
4.2.5. Ċertifikazzjoni tal-installaturi (l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE)
(a) |
Referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali u/jew reġjonali (jekk teżisti) dwar iċ-ċertifikazzjoni jew l-iskemi ekwivalenti tal-kwalifikazzjoni għall-installaturi skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2009/28/KE: |
(b) |
Korp(i) responsabbli għat-twaqqif u l-awtorizzazzjoni ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni/il-kwalifikazzjoni sal-2012 għall-installaturi tal-bojlers u l-istufi tal-bijomassa fuq skala żgħira, sistemi solari fotovoltajċi u solari termiċi, sistemi ġeotermiċi baxxi u pompi tas-sħana: |
(c) |
Dawn l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni/il-kwalifikazzjonijiet diġà qegħdin jitħaddmu? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi. |
(d) |
L-informazzjoni dwar dawn l-iskemi hija disponibbli pubblikament? Il-listi tal-installaturi ċertifikati jew kwalifikati huma ppubblikati? Jekk iva, fejn? Skemi oħra jiġu aċċettati bħala ekwivalenti għall-iskema nazzjonali/reġjonali? |
(e) |
Taqsira ta’ miżuri eżistenti u ppjanati fuq livelli reġjonali/lokali (fejn rilevanti). |
4.2.6. Żvilupp tal-infrastruttura tal-elettriku (l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 16(3) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE)
Minbarra s-sitwazzjoni preżenti u azzjonijiet leġiżlattivi futuri diġà eżistenti, reviżjonijiet ippjanati,il-korpi responsabbli minnu u r-riżultati mistennija għandhom jiġu deskritti.
(a) |
Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar ir-rekwiżiti relatati mas-sistemi tad-distribuzzjoni tal-enerġija (l-Artikolu 16): |
(b) |
Kif inhu żgurat li sistemi tad-distribuzzjoni u t-trażmissjoni jiġu żviluppati bil-ħsieb li jiġi integrat l-ammont immirat ta’ elettriku rinnovabbli filwaqt li jinżamm it-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku? Dan ir-rekwiżit kif inhu inkluż fl-ippjanar perjodiku tan-netwerk mill-operaturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni? |
(c) |
X’se jkun ir-rwol tan-netwerks intelliġenti, l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-faċiltajiet tal-ħażna? Kif se jiġi żgurat l-iżvilupp tagħhom? |
(d) |
Hu ppjanat rinfurzar tal-kapaċità tal-interkonnessjoni ma’ pajjiżi ġirien? Jekk iva, liema interkonnetturi, f’liema kapaċità u minn meta? |
(e) |
Kif se tiġi indirizzata l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-infrastruttura tas-sistemi tad-distribuzzjoni? X’inhu l-istat kurrenti u ż-żmien medju għall-ksib tal-approvazzjoni? Kif jista’ jitjieb? (Jekk jogħġbok irreferi għall-istatus u l-leġiżlazzjoni attwali,il-problemi skoperti u pjanijiet għat-titjib tal-proċedura b’qafas ta’ żmien għall-implimentazzjoni u r-riżultati mistennija.) |
(f) |
Kif tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-approvazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema tad-distribuzzjoni u l-proċeduri amministrattivi oħra tal-ippjanar? |
(g) |
Jingħataw drittijiet ta’ prijorità fil-konnessjoni jew kapaċitajiet tal-konnessjoni riservati għal stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(h) |
Hemm xi stallazzjonijiet rinnovabbli lesti biex jingħaqdu mas-sistema tad-distribuzzjoni imma mhumiex konnessi minħabba limitazzjonijiet fil-kapaċità tas-sistema tad-distribuzzjoni? Jekk iva, x’passi qed jittieħdu biex dan jiġi riżolt u sa meta hu mistenni li jissolva? |
(i) |
Ir-regoli dwar il-qsim u l-ġarr tal-ispejjeż tal-addattazzjonijiet tekniċi fin-netwerk ġew stabbiliti u ppubblikati mill-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni? Jekk iva, fejn? Kif jiġi żgurat li dawn ir-regoli huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji? Hemm regoli speċjali għal produtturi li jinsabu f’reġjuni periferali u reġjuni b’densità baxxa tal-popolazzjoni? (Regoli għall-ġarr tal-ispejjeż jiddefinixxu liema parti tal-ispejjeż tkun koperta mill-ġeneratur li jixtieq ikun konness u liema parti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni. Ir-regoli għall-qsim tal-ispejjeż jiddefinixxu kif l-ispiża meħtieġa għandha tiġi distribwita bejn il-produtturi konnessi sussegwentement, li kollha jgawdu mill-istess rinfurzar jew linji ġodda.) |
(j) |
Jekk jogħġbok iddeskrivi kif l-ispejjeż tal-konnessjoni u tal-addattazzjoni teknika huma attribwiti lill-produtturi u/jew l-operaturi tas-sistema tat- trażmissjoni u/jew id-distribuzzjoni. Kif jistgħu jirkupraw dawn l-ispejjeż tal-investiment l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni? Hemm ippjanata xi modifika ta’ dawn ir-regoli għall-ġarr tal-ispejjeż fil-ġejjieni? X’tibdiliet tbassar u x’riżultati huma mistennija? (Hemm bosta opzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-ispejjeż għall-konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni. L-Istati Membri probabbli jagħżlu waħda minn dawn jew taħlita tagħhom. Skont kif jiġu ċċarġjati l-ispejjeż “fondi” tal-konnessjoni, l-iżviluppatur tal-istallazzjoni li tiġġenera l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jġorr diversi spejjeż relatati mal-infrastruttura tas-sistema tad-distribuzzjoni (konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni, rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni, u l-estenzjoni). Approċċ ieħor hu l-iċċarġjar tal-ispejjeż “baxxi” tal-konnessjoni, li jfisser li l-iżviluppatur iġorr biss l-ispiża tal-konnessjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni, imma mhux l-ispejjeż tar-rinfurzar u l-estenzjoni (din tkun inkluża fit-tariffi tas-sistema tad-distribuzzjoni u titħallas mill-klijenti). Varjant addizzjonali hu meta l-ispejjeż kollha tal-konnessjoni jiġu soċjalizzati u koperti mit-tariffi tas-sistema tad-distribuzzjoni.) |
(k) |
Hemm regoli għall-qsim tal-ispejjeż bejn il-produtturi konnessi inizjalment u dawk sussegwenti? Jekk le, kif jiġu kkunsidrati l-benefiċċji għall-produtturi konnessi sussegwentement? |
(l) |
Kif jiġi żgurat li operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni jipprovdu lill-produtturi ġodda, li jixtiequ jkunu konnessi, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ispejjeż, skeda preċiża għall-ipproċessar tar-rikjesti tagħhom u skeda indikattiva għall-konnessjoni tagħhom mas-sistema tad-distribuzzjoni? |
4.2.7. Tħaddim ta’ netwerk tal-elettriku (l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 16(7) u (8) tad-Direttiva 2009/28/KE)
(a) |
Kif jiġu ggarantiti t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli minn operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni? Jiġu żgurati l-prijorità jew l-aċċess garantit? |
(b) |
Kif jiġi żgurat li operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni, waqt id-distribuzzjoni jagħtu prijorità lil dawk l-istallazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(c) |
Kif jittieħdu miżuri operattivi relatati mas-sistemi tad-distribuzzjoni u mas-suq sabiex tiġi minimizzata l-iskarsezza ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? X’tipi ta’ miżuri huma ppjanati u meta hi mistennija l-implimentazzjoni? (Disinni tas-suq u tas-sistemi tad-distribuzzjoni li jippermettu l-integrazzjoni ta’ riżorsi varjabbli jistgħu jkopru miżuri bħan-negozjar aktar viċin il-ħin reali (il-previżjoni u l-iskedar mill-ġdid tal-ġeneraturi jibda jsir fl-istess jum u mhux jum qabel), l-aggregazzjoni ta’ żoni tas-suq, l-assigurazzjoni tal-kapaċità u l-kummerċ suffiċjenti tal-interkonnessjoni transkonfinali„ kooperazzjoni mtejba bejn l-operaturi ta’ sistemi li jmissu ma’ xulxin, l-użu ta’ għodod tal-komunikazzjoni u tal-kontroll imetjba, ġestjoni min-naħa tad-domanda kif ukoll partiċipazzjoni attiva min-naħa tad-domanda fis-swieq (permezz ta’ sistemi tal-komunikazzjoni miż-żewġ naħat – metraġġ intelliġenti), aktar produzzjoni distribwita u ħażna domestika (eż. karrozzi elettriċi) bil-ġestjoni attiva ta’ netwerks tad-distribuzzjoni (sistemi tad-distribuzzjoni intelliġenti).) |
(d) |
L-awtorità regolatorja tal-enerġija hija infurmata dwar dawn il-miżuri? Għandha l-kompetenza li timmonitorja u tinforza l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri? |
(e) |
L-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma integrati fis-suq tal-elettriku? Tista’ ġentilment tispjega kif? X’inhuma l-obbligi tagħhom rigward il-parteċipazzjoni fis-suq tal-elettriku? |
(f) |
X’inhuma r-regoli għall-iċċarġjar tat-tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni lill-ġeneraturi tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
4.2.8. Integrazzjoni tal-bijogass fin-netwerk tal-gass naturali (l-Artikolu 16(7) u l-Artikolu 16(9) u (10) tad-Direttiva 2009/28/KE)
(a) |
Kif jiġi żgurat li l-iċċarġjar ta’ tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ma jiddiskriminax kontra l-gass minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(b) |
Saret xi valutazzjoni tal-ħtieġa li tiġi estiża l-infrastruttura tan-netwerk tal-gass biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli? X’inhu r-riżultat? Jekk le, ser issir valutazzjoni simili? |
(c) |
Jiġu ppubblikati regoli tekniċi dwar il-konnessjoni man-netwerk u t-tariffi tal-konnessjoni għall-bijogass? Fejn jiġu ppubblikati dawn ir-regoli? |
4.2.9. Żvilupp tal-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali (l-Artikolu 16(11) tad-Direttiva 2009/28/KE)
(a) |
Jekk jogħġbok agħti valutazzjoni tal-ħtieġa għal infrastrutturi ġodda tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’kontribut għall-mira tal-2020. Fuq bażi ta’ din il-valutazzjoni, hemm pjanijiet għall-promozzjoni ta’ infrastrutturi simili fil-ġejjieni? X’inhuma l-kontributi mistennija ta’ faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermiċi fis-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali? |
4.2.10. Bijofjuwils u bijolikwidi oħra – kriterji tas-sostenibilità u l-verifika tal-konformità (l-Artikoli 17 sa 21 tad-Direttiva 2009/28/KE)
Il-parti li ġejja tal-pjan nazzjonali ta’ azzjoni għandha tispjega l-istrateġija fil-ġejjieni tal-Istati Membri rigward is-sodisfar tal-kriterji tas-sostenibilità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi u l-verifika tal-konformità mal-iskema.
(a) |
Kif se jiġu implimentati fuq livell nazzjonali l-kriterji tas-sostenibilità għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi? (Hemm ippjanata leġiżlazzjoni għall-implimentazzjoni? X’se tkun l-istruttura istituzzjonali?) |
(b) |
Kif se jiġi żgurat li bijofjuwils u bijolikwidi li jingħaddu għall-mira nazzjonali tar-rinnovabbli, għall-obbligi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli u/jew huma eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju jkunu konformi mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE? (Ser ikun hemm istituzzjoni/korp nazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ/il-verifika tal-konformità mal-kriterji?) |
(c) |
Jekk awtorità/korp nazzjonali se jimmonitorja s-sodisfar tal-kriterji, dan/din l-awtorità/korp diġà teżisti/jeżisti? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. Jekk le, meta hu maħsub li tiġi/jiġi stabbilit(a)? |
(d) |
Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ liġi nazzjonali dwar it-taqsim ta’ art f’żoni u r-reġistru nazzjonali tal-art għall-verifika tal-konformità mal-Artikolu 17(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/28/KE. Kif jistgħu l-operaturi ekonomiċi jaċċedu għal din l-informazzjoni? (Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ regoli u d-distinzjoni bejn stati differenti tal-art, bħal żona tal-bijodiversità, żona protetta eċċ; u dwar l-awtorità nazzjonali kompetenti li għandha timmonitorja dan ir-reġistru tal-art u tibdiliet fl-istat tal-art.) |
(e) |
Sa fejn huma konċernati żoni protetti, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni taħt liema sistema ta’ protezzjoni nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali huma klassifikati. |
(f) |
X’inhi l-proċedura għall-bdil tal-istatus tal-art? Min jimmonitorja u jirrapporta fil-livell nazzjonali dwar tibdiliet fl-istatus tal-art? Kemm jiġi aġġornat spiss ir-reġistru tat-taqsim tal-art f’żoni (kull xahar, kull sena, darbtejn fis-sena, eċċ)? |
(g) |
Kif tiġi żgurata u verifikata l-konformità fil-livell nazzjonali ma’prattiki tajba agroambjentali u rekwiżiti oħra tal-kundizzjonalità (meħtieġa skont l-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 2009/28/KE)? |
(h) |
Għandek il-ħsieb li tgħin fl-iżvilupp ta’ skema/i taċ-“ċertifikazzjoni” volontarja għas-sostenibilità tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi kif deskritti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2009/28/KE? Jekk iva, kif? |
4.3. Skemi ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri
L-iskemi ta’ appoġġ jistgħu jkunu regolatorji, jipprovdu għall-miri u/jew obbligi. Jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-investiment jew waqt it-tħaddim ta’ impjant. Hemm ukoll miżuri li ma jorbtux bħal kampanji tal-informazzjoni, l-edukazzjoni, jew biex iqajmu l-għarfien. Peress li l-miżuri li ma jorbtux huma deskritti aktar ‘il fuq, din il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq miżuri regolatorji u finanzjarji.
Jekk jogħġbok iddeskrivi l-iskemi eżistenti b’referenza legali, dettalji tal-iskema, id-it-tul ta’ żmien (billi tindika d-dati tal-bidu u t-tmiem), l-impatt fil-passat u spjega jekk hix ppjanata kwalunkwe riforma jew skema fil-ġejjieni u sa meta. X’inhuma r-riżultati mistennija?
Regolamentazzjoni
Ir-regolamentazzjoni tista’ tistabbilixxi mira/i u obbligi. Fil-każ li hemm dan it-tip ta’ obbligu jekk jogħġbok spjegah fid-dettal:
(a) |
X’inhi l-bażi legali għal dan l-obbligu/din il-mira? |
(b) |
Hemm xi miri teknoloġikament speċifiċi? |
(c) |
X’inhuma l-obbligi/il-miri konkreti kull sena (għal kull teknoloġija)? |
(d) |
Min għandu jissodisfa l-obbligu? |
(e) |
X’inhi l-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ sodisfar? |
(f) |
Hemm xi mekkaniżmu biex jissorvelja s-sodisfar? |
(g) |
Hemm xi mekkaniżmu biex jemenda l-obbligi/il-miri? |
Appoġġ finanzjarju
L-appoġġ finanzjarju jista’ jiġi klassifikat f’diversi modi. Eżempji huma, appoġġ finanzjarju għall-investiment, għotjiet kapitali, self b’interessi baxxi, eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis, rimborż ta’ taxxi, skemi ta’ sejħiet għall-offerti, obbligi ta’ enerġija rinnovabbli b’ċertifikati ħodor jew mingħajrhom (ċertifikati ħodor li jistgħu jiġu negozjati), tariffi feed-in, primjums feed-in, skemi volontarji
Għal kwalunkwe skema li tuża, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni dettaljata li twieġeb dawn il-mistoqsijiet?
(a) |
X’inhu l-isem u deskrizzjoni qasira tal-iskema? |
(b) |
Din hi skema volontarja jew obbligatorja? |
(c) |
Min imexxi l-iskema? (Korp tal-implimentazzjoni, awtorità tal-monitoraġġ) |
(d) |
X’inhuma l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata d-disponibilità tal-baġit/il-fondi meħtieġa biex tintlaħaq il-mira nazzjonali? |
(e) |
Kif tiġi indirizzata s-sigurtà u l-kredibilità fit-tul mill-iskema? |
(f) |
L-iskema tiġi riveduta perjodikament? X’tip ta’ mekkaniżmu tal-feedback jew tal-aġġustament jeżisti? Kif ġiet ottimizzata s’issal-iskema? |
(g) |
L-appoġġ ivarja skont it-teknoloġija? |
(h) |
X’inhuma l-impatti mistennija f’termini ta’ produzzjoni ta’ enerġija? |
(i) |
L-appoġġ jiddependi fuq jekk jintlaħqux il-kriterji tal-effiċjenza tal-enerġija? |
(j) |
Din hi miżura eżistenti? Tista’ jekk jogħġbok tindika l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregolaha? |
(k) |
Din hija skema ppjanata? Meta għandha tibda taħdem? |
(l) |
X’dati tal-bidu u tat-tmiem (tul ta’ żmien) huma stabbiliti għall-iskema kollha? |
(m) |
Jeżistu daqsijiet massimi jew minimi tas-sistema li huma eliġibbli? |
(n) |
Huwa possibbli li l-istess proġett jiġi appoġġjat minn aktar minn miżura tal-appoġġ waħda? Liema miżuri jistgħu jiġġemmgħu? |
(o) |
Jeżistu skemi reġjonali/lokali? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji bl-użu tal-istess kriterji. |
Mistoqsijiet speċifiċi dwar appoġġ finanzjarju għall-investiment:
(a) |
X’jingħata mill-iskema? (sussidji, għotjiet kapitali, self b’interessi baxxi, eżenzjoni jew tnaqqis fit-taxxa, rimborż ta’ taxxa) |
(b) |
Min jista’ jgawdi minn din l-iskema? Hija speċifikata għal ċerta/i teknoloġija/i? |
(c) |
L-applikazzjonijiet jaslu u jingħataw kontinwament jew hemm sejħiet perjodiċi? Jekk perjodika, tista’ jekk jogħġbok tiddeskrivi l-frekwenza u l-kundizzjonijiet? |
Mistoqsijiet speċifiċi dwar ċertifikati li jistgħu jiġu negozjati:
(a) |
Hemm sehem obbligatorju tal-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli fil-provvista totali? |
(b) |
Min għandu l-obbligu? |
(c) |
Hemm bands speċifiċi skont it-teknoloġija? |
(d) |
Liema teknoloġiji huma koperti mill-iskema? |
(e) |
Huwa permess negozju internazzjonali fiċ-ċertifikati? X’inhuma l-kundizzjonijiet? |
(f) |
Hemm prezz minimu? |
(g) |
Hemm penali għan-nuqqas ta’ sodisfar? |
(h) |
X’inhu l-prezz medju għaċ-ċertifikati? Dan jiġi ppubblikat? Fejn? |
(i) |
X’inhi l-iskema tan-negozju għaċ-ċertifikati? |
(j) |
Impjant kemm jista’ idum jipparteċipa fl-iskema? |
Mistoqsijiet speċifiċi dwar tariffi fissi feed-in:
(a) |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-ksib tat-tariffa fissa? |
(b) |
Hemm limitu fuq il-volum totali ta’ elettriku prodott kull sena jew tal-kapaċità installata li hija intitolata għat-tariffa? |
(c) |
Din hija skema speċifika skont it-teknoloġija? X’inhuma l-livelli tat-tariffi għal kull waħda? |
(d) |
Jeżistu kriterji oħra għad-divrenzjar tat-tariffi? |
(e) |
Għal kemm żmien tiġi ggarantita t-tariffa fissa? |
(f) |
Hemm maħsub xi aġġustament tat-tariffa fl-iskema? |
Mistoqsijiet speċifiċi dwar primjums feed-in:
(a) |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-ksib tal-primjum? |
(b) |
Hemm limitu fuq il-volum totali ta’ elettriku prodott kull sena jew tal-kapaċità installata li hija intitolata għall-primjum? |
(c) |
Din hija alternattiva għat-tariffa fissa? |
(d) |
Din hija skema speċifika skont it-teknoloġija? X’inhuma l-livelli tal-primjum għal kull waħda? |
(e) |
Hemm minimu u/jew massimu għall-primjum? Jekk jogħġbok speċifika. |
(f) |
Għal kemm żmien jiġi ggarantit il-prezz tal-primjum? |
(g) |
Hemm maħsub xi aġġustament tat-tariffa fl-iskema? |
Mistoqsijiet speċifiċi dwar is-sejħiet għall-offerti:
(a) |
X’inhi l-frekwenza u d-daqs tas-sejħiet għall-offerti? |
(b) |
Liema teknoloġiji huma speċifikati? |
(c) |
Dan hu integrat mal-iżvilupp tas-sistema tad-distribuzzjoni? |
4.4. Skemi tal-appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri
Jekk jogħġbok segwi l-istruttura tal-punt 4.3 u applika l-mistoqsijiet għall-miżuri tal-appoġġ ipprovduti għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ. Jekk jogħġbok indirizza l-punti addizzjonali li ġejjin:
(a) |
Kif inhuma addattati l-iskemi tal-appoġġ għall-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ CHP minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(b) |
Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali bl-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(c) |
Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ fuq skala żgħira minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli? |
(d) |
Liema skemi tal-appoġġ huma stabbiliti biex jinkoraġġixxu l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli f’applikazzjonijiet industrijali? |
4.5. Skemi tal-appoġġ għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-trasport applikati mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri
Jekk jogħġbok segwi l-istruttura tal-punt 4.3 u applika l-mistoqsijiet lill-miżuri tal-appoġġ ipprovduti għall-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Jekk jogħġbok agħmel distinzjonijiet skont il-modi tat-trasport (bħat-trasport tat-triq, it-trasport fl-art mhux bit-triq). Jekk jogħġbok indirizza l-punti addizzjonali li ġejjin:
(a) |
X’inhuma l-obbligi/il-miri konkreti kull sena (skont il-fjuwil jew it-teknoloġija)? |
(b) |
Jeżisti divrenzjar tal-appoġġ skont it-tipi tal-fjuwil jew tat-teknoloġiji? Hemm xi appoġġ speċifiku għall-bijofjuwils li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 21(2) tad-Direttiva? |
4.6. Miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa
Il-bijomassa għandha rwol importanti bħala enerġija primarja fit-tliet setturi kollha: it-tisħin u t-tkessiħ, l-elettriku u t-trasport. L-istrateġija nazzjonali għall-bijomassa hi kruċjali biex jiġu ppjanati r-rwol u l-interazzjoni tal-użi bejn l-użi finali tal-enerġija u l-interazzjoni ma’ setturi oħra mhux tal-enerġija. Allura l-Istati Membri huma meħtieġa jivvalutaw il-potenzjal domestiku tagħhom u l-mobilizzazzjoni mkabbra ta’ riżosri tal-bijomassa domestiċi u importati. L-impatt fuq u l-interazzjoni ma’ setturi oħra mhux tal-enerġija (bħall-industrija tal-ikel u tal-għalf, l-industrija tal-polpa u tal-karta, l-industrija tal-kostruzzjoni, l-industrija tal-għamara eċċ) għandhom jiġu analizzati.
4.6.1. Provvista tal-bijomassa: kemm domestika kif ukoll kummerċjali
Taħt dan il-punt l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-provvista tal-bijomassa disponibbli domestikament u l-ħtieġa għall-importazzjoni.
Irid ikun hemm distinzjoni bejn il-bijomassa (A) mill-forestrija – provvista (1) diretta u (2) indiretta; (B) mill-agrikoltura u s-sajd – (1) ipprovduta direttament u (2) prodotti sekondarji/uċuħ tar-raba pproċessati; u (c) mill-iskart – (1) frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali, (2) frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu industrijali u (3) ħama tad-dranaġġ. Tenħtieġ dejta għas-sottokategoriji msemmija qabel, filwaqt li informazzjoni aktar dettaljata hi opzjonali. Madankollu ċ-ċifri totali għandhom jirriflettu l-kategorizzazzjoni li ġejja u jagħtu informazzjoni fl-unitajiet tat-Tabella 7. Ir-rwol tal-importazzjonijiet (UE u mhux UE) u l-esportazzjonijiet (jekk possibbli, UE u mhux UE) għandu jiġi rifless.
Jekk jogħġbok innota li l-laqx, il-briquettes u l-pritkuni tal-injam jistgħu jinkisbu jew bi provvista diretta jew bi provvista indiretta mill-forestrija. Jekk tiġi inkluża fit-tabella informazzjoni dwar il-pritkuni, din għandha tispeċifika jekk il-materja prima ġietx minn provvista diretta jew indiretta.
Fil-każ tal-bijogass u l-bijofjuwils, l-ammont tal-materja prima mhux ipproċessata għandu jiġi dettaljat fit-Tabella 7, mhux l-ammont tal-materja prima pproċessata. Huwa mifhum li għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet hu aktar diffiċli li jiġi aċċertat l-ammont tal-materja prima tal-bijomassa għall-bijofjuwils, u għandhom mnejn ikunu meħtieġa estimi. Alternattivament, jekk l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet tingħata fuq il-bażi tal-importazzjonijiet tal-bijofjuwils, dan għandu jiġi speċifikat fit-tabella.
Tabella 7
Provvista ta’ bijomassa fl-2006
Settur tal-oriġini |
|
Ammont ta’ riżors domestiku (18) |
Importat |
Esportat |
Ammont nett |
Produzzjoni tal-enerġija primarja (ktoe) |
||||||||||||||||||
EU |
Mhux UE |
UE/mhux UE |
||||||||||||||||||||||
|
Li minnha: |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji dwar l-ammont ta’ materja prima li taqa’ taħt din il-kategorija:
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
Li minnha: |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
Opzjonali – jekk l-informazzjoni hi disponibbli tista’ tagħti aktar dettalji:
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
Li minnha: |
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok spjega l-fattur tal-konverżjoni/il-metodoloġija tal-kalkolazzjoni użata hawn fuq għall-konverżjoni tal-ammont ta’ riżorsi disponibbli f’enerġija primarja.
Jekk jogħġbok speċifika fuq liema bażi ġiet kkalkolata l-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart solidu muniċipali u skart industrijali.
Jekk jogħġbok uża t-Tabella 7a biex tagħti l-istima tal-kontribut tal-użu tal-enerġija mill-bijomassa fl-2015 u l-2020. (Skont il-kategorizzazzjoni użata fit-Tabella 7.)
Tabella 7a
Stima tal-provvista domestika tal-bijomassa fl-2015 u l-2020
Settur tal-oriġini |
2015 |
2020 |
|||||||
Ammont stmat ta’ riżors domestiku |
Produzzjoni ta’ enerġija primarja (ktoe) |
Ammont stmat ta’ riżors domestiku |
Produzzjoni ta’ enerġija primarja (ktoe) |
||||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
X’inhu r-rwol stmat tal-bijomassa importata sal-2020? Jekk jogħġbok speċifika l-kwantitajiet mistennija (ktoe) u indika l-pajjiżi possibbli tal-importazzjoni.
Minbarra l-informazzjoni ipprovduta hawn fuq, tista’ jekk jogħġbok tiddeskrivi s-sitwazzjoni attwali ta’ art agrikola użata għall-produzzjoni ddedikata għall-enerġija kif ġej:
Tabella 8
Użu attwali ta’ art agrikola għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ ddedikati għall-enerġija fl-2006
(ettari) |
|||
Użu ta’ art agrikola għall-produzzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ ddedikati għall-enerġija |
Superfiċje |
||
|
|
||
|
|
4.6.2. Miżuri biex tiżdied id-disponibilità tal-bijomassa, meta wieħed jikkunsidra utenti oħra tal-bijomassa (setturi tal-agrikoltura u bbażati fuq il-forestrija)
Mobilizzazzjoni ta’ sorsi ġodda tal-bijomassa:
(a) |
Jekk jogħġbok speċifika kemm hemm art degradata. |
(b) |
Jekk jogħġbok speċifika kemm hemm art tinħarat mhux użata. |
(c) |
Hemm ippjanati xi miżuri biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ art tinħarat mhux użata, art degradata, eċċ għal skopijiet ta’ enerġija? |
(d) |
Hemm ippjanat l-użu ta’ ċerta materja prima diġà disponibbli (bħad-demel tal-annimali) għall-enerġija? |
(e) |
Hemm xi politika speċifika li tippromwovi l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass? X’tip ta’ użi jiġu promossi (l-integrazzjoni mas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tisħin lokali, distrettwali, il-bijogass, il-gass naturali)? |
(f) |
X’miżuri hemm ippjanati għat-titjib fit-tekniki tal-ġestjoni tal-foresti sabiex tiġi massizzata l-estrazzjoni tal-bijomassa mill-foresta b’mod sostenibbli? (20): Kif tista’ tittejjeb il-ġestjoni tal-foresti sabiex jitkattar it-tkabbir fil-ġejjieni? X’miżuri hemm ippjanati li jistgħu jiġu prattikati minn issa biex tiġi massimizzata l-estrazzjoni tal-bijomassa eżistenti? |
Impatt fuq setturi oħra:
(a) |
Kif se jiġi mmonitorjat l-impatt tal-użu tal-enerġija tal-bijomassa fuq setturi oħra bbażati fuq l-agrikoltura u l-forestrija? X’inhuma dawn l-impatti? (Jekk jista’ jkun, jekk jogħġbok agħti wkoll informazzjoni dwar effetti kwantitattivi.) Il-monitoraġġ ta’ dawn l-impatti huwa ppjanat fil-ġejjieni? |
(b) |
X’tip ta’ żvilupp hu mistenni f’setturi oħra bbażati fuq l-agrikoltura u l-forestrija li jista’ jkollu impatt fuq l-użu tal-enerġija? (Eż. jistgħu l-effiċjenza/il-produttività mtejba jkabbru jew inaqqsu l-ammont ta’ prodotti sekondarji disponibbli għall-użu bħala enerġija?) |
4.7. Użu ppjanat ta’ trasferimenti tal-statistika bejn Stati Membri u l-parteċipazzjoni ppjanata f’proġetti konġunti ma’ Stati Membri oħra u pajjiżi terzi
Taħt dan is-sottokapitolu l-użu mistenni ta’ mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi deskritt. Din l-informazzjoni għandha ssegwi dik ipprovduta fid-dokument tal-previżjoni msemmi fl-Artikolu 4.3 tad-Direttiva 2009/28/KE.
4.7.1. Aspetti proċedurali
(a) |
Iddeskrivi l-proċeduri nazzjonali (pass pass) stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti, għat-tħejjija ta’ trasferiment tal-statistika jew proġett konġunt (inklużi korpi responsabbli u punti tal-kuntatt). |
(b) |
Iddeskrivi l-mezzi li bihom entitajiet privati jistgħu jipproponu u jieħdu sehem f’proġetti konġunti jew ma’ Stati Membri jew pajjiżi terzi. |
(c) |
Agħti l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ meta għandhom jintużaw trasferimenti tal-statistika jew proġetti konġunti. |
(d) |
X’se jkun il-mekkaniżmu għall-involviment ta’ Stati Membri oħra interessati f’xi proġett konġunt? |
(e) |
Tixtieq tipparteċipa f’proġetti konġunti fi Stati Membri oħra? Kemm qed tippjana li tappoġġja kapaċità installata/elettriku jew tisħin prodotti kull sena? Kif tippjana li tipprovdi skemi tal-appoġġ għal proġetti simili? |
4.7.2. Produzzjoni żejda stmata ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil Stati Membri oħra
Jekk jogħġbok uża t-Tabella 9 u imla l-informazzjoni meħtieġa.
4.7.3. Potenzjal stmat għall-proġetti konġunti
(a) |
F’liema setturi tista’ toffri l-iżvilupp tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq it-territorju tiegħek għall-iskop ta’ proġetti konġunti? |
(b) |
Ġiet speċifikata t-teknoloġija li għandha tiġi żviluppata? Kemm jiġu prodotti kull sena kapaċità installata/elettriku jew tisħin? |
(c) |
Kif se jiġu identifikati siti għal proġetti konġunti? (Pereżempju, jistgħu awtoritajiet jew promoturi lokali u reġjonali jirrikmandaw siti? Jew jista’ jipparteċipa kwalunkwe proġett ikun xi jkun il-lok tiegħu?) |
(d) |
Inti konxju tal-potenzjal għal proġetti konġunti fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi? (F’liema settur? Kemm kapaċità? X’inhu l-appoġġ ippjanat? Għal liema teknoloġiji?) |
(e) |
Għandek xi preferenza biex tappoġġja ċerti teknoloġiji? Jekk iva, liema? |
4.7.4. Domanda stmata għall-enerġija rinnovabbli li għandha tiġi sodisfatta b’mezzi oħra minbarra produzzjoni domestika
Jekk jogħġbok uża t-Tabella 9 u imla l-informazzjoni meħtieġa.
Tabella 9
Produzzjoni stmata żejda u/jew nieqsa ta’ enerġija rinnovabbli meta mqabbla mat-trajettorja indikattiva li tista’ tiġi trasferita lil/minn Stati Membri oħra fi [Stat Membru]
(ktoe) |
|||||||||||
|
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Żejjed stmat fid-dokument tal-previżjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Żejjed stmat f’ NREAP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieqes stmat fid-dokument tal-previżjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieqes stmat f’ NREAP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5. VALUTAZZJONIJIET
5.1. Kontribut totali mistenni ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport
Il-kontribut ta’ kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli lit-trajettorja u l-miri tal-2020 fis-setturi tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport għandu jiġi stmat bl-għoti ta’ xenarju possibbli fil-ġejjieni bla ma neċessarjament jiġu stabbiliti xi miri jew obbligi tat-teknoloġija.
Għas-settur tal-elettriku, kemm il-kapaċità installata (akkumulata) mistennija (f’MW) kif ukoll il-produzzjoni annwali (GWh) għandhom jiġu indikati skont it-teknoloġija. Għall-idro, għandha ssir distinzjoni bejn impjanti ta’ kapaċità installata ta’ anqas minn 1 MW, ta’ bejn 1 u 10 MW, u ta’ ‘l fuq minn 10 MW. Għall-enerġija solari, għandhom jingħataw dettalji separatament għall-kontributi mill-enerġija solari fotovoltajka u solari konċentrata. Dejta dwar l-enerġija mir-riħ għandha tiġi indikata għall-onshore u l-offshore separatament. Għall-bijomassa, għandha ssir distinzjoni bejn bijomassa solida, tal-gass u likwida għall-elettriku.
Meta jiġi vvalutat is-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, għandhom jingħataw estimi kemm tal-kapaċità installata kif ukoll tal-produzzjoni għat-teknoloġiji ġeotermiċi, solari, ta’ pompi tas-sħana u tal-bijomassa, b’tqassim tal-kategorija tal-aħħar f’bijomassa solida, tal-gass u likwida. Għandu jiġi stmat il-kontribut minn impjanti tat-tisħin distrettwali li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Il-kontribut minn teknoloġiji differenti għall-mira tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport għandu jiġi indikat għal bijofjuwils ordinarji (kemm bijoetanol u bijodiżil), bijofjuwils minn skart u residwi, bijofjuwils minn materjal taċ-ċelluloża mhux tal-ikel u minn materjal linjoċellulożiku, bijogass, elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u idroġenu li joriġina mill-enerġija rinnovabbli.
F’każ li għandek estimi dwar l-iżvilupp tal-użu ta’ ċerti teknoloġiji skont ir-reġjuni, tista’ jekk jogħġbok tindika dan wara t-tabella?
Tabella 10a
Stima tal-kontribut totali (kapaċità installata, ġenerazzjoni grossa tal-elettriku) mistennija minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku 2010-2014
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
||||||
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
|
Idro: |
||||||||||||
< 1MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1MW–10 MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
> 10MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnhom ippumpjar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ġeotermiku |
||||||||||||
Solari: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
fotovoltajku |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
enerġija solari konċentrata |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Marea, mewġ, oċean |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riħ: |
||||||||||||
onshore |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
offshore |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bijomassa: |
||||||||||||
solida |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijogass |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijolikwidi (21) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnu f’CHP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 10b
Stima tal-kontribut totali (kapaċità installata, ġenerazzjoni gross totali tal-elettriku) mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku 2015-2020
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
||||||
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
MW |
GWh |
|
Idro: |
||||||||||||
< 1MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1 MW-10 MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
> 10MW |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnhom ippumpjar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Ġeotermiku |
||||||||||||
Solari: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Fotovoltajku |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Enerġija solari konċentrata |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Marea, mewġ, oċean |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riħ: |
||||||||||||
Onshore |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Offshore |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bijomassa |
||||||||||||
solida |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijogass |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijolikwidi (22) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnu f’CHP |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 11
Stima tal-kontribut totali (konsum finali tal-enerġija (23) ) mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ 2010-2020
(ktoe) |
||||||||||||
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Ġeotermika (minbarra sħana ġeotermika b’temperatura baxxa f’applikazzjonijiet tal-pompi tas-sħana) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Solari |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bijomassa: |
||||||||||||
solida |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijogass |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
bijolikwidi (24) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Enerġija rinnovabbli minn pompi tas-sħana: li minnha ajrutermiċi li minnha ġeotermiċi li minnha idrotermiċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu DH (25) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu bijomassa fid-djar (26) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 12
Stima tal-kontribut totali mistenni minn kull teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli fi [Stat Membru] biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport 2010-2020 (27)
(ktoe) |
||||||||||||
|
2005 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
Bijoetanol/bijo-ETBE |
||||||||||||
Li minnu Bijofjuwils (28) l-Artikolu 21.2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu impurtati (29) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bijodiżil |
||||||||||||
Li minnu Bijofjuwils (28) l-Artikolu 21.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu impurtati (30) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Idroġenu minn sorsi rinnovabbli |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Elettriku rinnovabbli |
||||||||||||
Li minnu trasport tat-triq |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Li minnu trasport mhux tat-triq |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħrajn (bħall-bijogass, żjut veġitali, eċċ) – jekk jogħġbok speċifika |
||||||||||||
Li minnhom Bijofjwuils (28) l-Artikolu 21.2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5.2. Kontribut totali mistenni minn miżuri għall-effiċjenza tal-enerġija u għat-tnaqqis fl-użu tal-enerġija biex jintlaħqu l-miri jorbtu tal-2020 u t-trajettorja interim indikattiva għall-ishma tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport.
It-tweġiba għal dan ir-rekwiżit għandha tiġi inkluża fit-Tabella 1 taħt il-Kapitolu 1.
5.3. Valutazzjoni tal-impatti (Opzjonali)
Tabella 13
Spejjeż u benefiċċji stmati tal-miżuri ta’ appoġġ tal-politika tal-enerġija rinnovabbli:
Miżura |
Użu mistenni tal-enerġija rinnovabbli (ktoe) |
Spiża mistennija (f’ EUR) – indika l-perijodu ta’ żmien |
Tnaqqis GHG mistenni għal kull gass (t/sena) |
Ħolqien mistenni ta’ impjiegi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5.4. Tħejjija tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Enerġija rinnovabbli u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tiegħu
(a) |
Kif kienu involuti awtoritajiet reġjonali u/jew lokali u/jew bliet fit-tħejjija ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni? Kienu involuti partijiet interessati oħra? |
(b) |
Jeżistu pjanijiet biex jiġu żviluppati strateġiji reġjonali/lokali għall-enerġija rinnovabbli? Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tispjega? Fil-każ li kompetenzi rilevanti jiġu delegati lil-livelli reġjonali/lokali, liema mekkaniżmu se jiżgura l-konformità mal-mira nazzjonali? |
(c) |
Jekk jogħġbok spjega l-konsultazzjoni pubblika li twettqet għat-tħejjija ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni. |
(d) |
Jekk jogħġbok indika l-punt tal-kuntatt tiegħek/l-awtorità jew il-korp nazzjonali responsabbli għat-tkomplija tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli? |
(e) |
Għandek sistema tal-monitoraġġ, inklużi indikaturi għal miżuri u strumenti individwali, għat-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli? Jekk iva, tista’ jekk jogħġbok tagħti aktar dettalji dwar dan? |
(1) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
(2) Dawn l-estimi dwar l-effiċjenza tal-enerġija u t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu konsistenti ma’ estimi oħra simili li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-aktar fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni skont id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Bini. Jekk jintużaw unitajiet differenti f’dawk il-Pjanijiet ta’ Azzjoni l-fatturi tal-konverżjoni applikati għandhom jiġu indikati.
(3) Dan hu l-konsum finali tal-enerġija tal-kommoditajiet kollha tal-enerġija minbarra l-elettriku għal skopijiet minbarra t-trasport, flimkien mal-konsum ta’ sħana għall-użu proprju fl-impjanti tal-elettriku u t-tisħin u s-sħana li tintilef fin-netwerks (punti “2. użu proprju mill-impjant” u ‘11. Telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2099/2008 p. 23-24).
(4) Il-konsum gross tal-elettriku huwa l-produzzjoni nazzjonali grossa tal-elettriku, inkluża l-produzzjoni proprja, flimkien mal-importazzjoni u li minnhom titnaqqas l-esportazzjoni.
(5) Il-konsum mit-trasport kif definit fl-Art. 3(4)a) tad-Direttiva 2009/28/KE. L-elettriku rinnovabbli fit-trasport tat-triq għal din iċ-ċifra għandu jiġi multiplikat b’fattur ta’ 2,5, kif indikat fl-Artikolu 3(4)c) tad-Direttiva 2009/28/KE.
(6) Kif definit fl-Artikolu (2)f) tad-Direttiva 2009/28/KE. Dan jinkludi l-konsum finali tal-enerġija flimkien mat-telf fin-netwerk u l-użu ta’ tisħin u elettriku minn impjanti tal-elettriku u tat-tisħin stess (NB: dan ma jinkludix il-konsum ta’ elettriku għall-idroħażna ppumpjata jew għat-trasformazzjoni f’bojlers jew pompi tas-sħana elettriċi f’impjanti tat-tisħin distrettwali).
(7) Skont l-Artikolu 5(6) il-konsum għall-avjazzjoni għandu jiġi kkunsidrat biss bħala 6,18 % (medja tal-Komunità), għal Ċipru u Malta sa 4,12 % tal-konsum gross finali tal-enerġija.
(8) Pereżempju x-xenarju dokumentat fl-Appendiċi 4, p. 287, f’“Appendixes to Model-based Analysis of the 2008 EU Policy Package on Climate Change u Renewables”: http://ec.europa.eu/environment/climat/pdf/climat_action/analysis_appendix.pdf. F’dan ix-xenarju is-sehem medju tal-UE27 tal-produzzjoni grossa tal-elettriku minn forom tal-enerġija rinnovabbli hu ta’ 19,4 %, 24,6 % u 32,4 % għas-snin 2010, 2015 u 2020, rispettivament.
(9) Sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ: konsum gross finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ (kif definit fl-Artikoli 5(1)b) u 5(4) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviż bil-konsum gross finali tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ. Ir-ringiela (A) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (1) tat-Tabella 1.
(10) Sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-elettriku: konsum gross finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għall-elettriku (kif definit fl-Artikoli 5(1)a) u 5(3) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviż bil-konsum gross finali totali ta’ elettriku. Ir-ringiela (B) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (2) tat-Tabella 1.
(11) Sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport: enerġija finali minn sorsi rinnovabbli użata fit-trasport (cf. l-Artikolu 5(1)c) u 5(5) tad-Direttiva 2009/28/KE) diviża bil-konsum fit-trasport ta’ 1) petrol; 2) diżil; 3) bijofjuwils użati fit-trasport bit-triq u l-ferrovija u 4) elettriku fit-trasport bl-art (kif rifless fir-ringiela 3 tat-Tabella 1). Ir-ringiela (J) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (3) tat-Tabella 1.
(12) Sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija. Irringiela (G) tat-Tabella 4a diviża bir-ringiela (4) tat-Tabella 1.
(13) F’punti peċentwali ta’ sehem totali RES.
(14) Kif definit fl-Anness I.B għad-Direttiva 2009/28/KE.
(15) Skont l-Art. 5(1)tad-Direttiva 2009/28/KE il-gass, l-elettriku u l-idroġenu minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu kkunsidrati darba biss. L-ebda għadd doppju mhu permess.
(16) Li fihom kull RES użat fit-trasport inkluż l-elettriku, l-idroġenu u l-gass minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u esklużi l-bijofjuwils li mhumiex konformi mal-kriterji tas-sostenibilità (cf. l-Artikolu 5(1) l-aħħar subparagrafu). Speċifika hawnhekk il-valuri attwali mingħajr ma tuża l-fatturi tal-multiplikazzjoni.
(17) Speċifika hawnhekk il-valuri attwali mingħajr ma tuża l-fatturi tal-multiplikazzjoni.
(*) Indika jekk il-miżura hix (b’mod predominanti) regolatorja, finanzjarja jew ma torbotx (i.e. kampanja tal-informazzjoni).
(**) Ir-riżultat mistenni huwa tibdil fl-aġir, il-kapaċità installata (MW; t/sena), l-enerġija ġġenerata (ktoe)?
(***) Min huma l-persuni fil-mira: investituri, utenti finali, amministrazzjoni pubblika, dawk li-jippjanaw, periti, installaturi, eċċ? jew x’inhi l-attività/is-settur fil-mira: produzzjoni ta’ bijofjuwils, użu tad-demel tal-annimali għall-enerġija, eċċ)?
(18) Ammont tar-riżorsi f’m3 (jekk possibbli, inkella f’unitajiet alternattivi xierqa) għall-kategorija A u s-sottokategoriji tagħha u f’tunnellati għall-kategoriji B u C u s-sottokategoriji tagħhom.
(19) Il-bijomassa mill-forestrija għandha tinkludi wkoll il-bijomassa mill-industriji bbażati fil-foresti. Taħt il-kategorija tal-bijomassa mill-forestrija, fjuwils solidi ipproċessati, bħal-laqx, il-pritkuni u l-briquettes għandhom jiġu inklużi fil-kategoriji sekondarji tal-oriġini korrispondenti.
(20) Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinstabu fir-rapport maħruġ mill-Grupp ta’ Ħidma II ad hoc tal-Kumitat Permanenti tal-Forestrija f’Lulju 2008 dwar il-Mobilizzazzjoni u l-użu effiċjenti tal-injam u residwi tal-injam għall-ġenerazzjoni tal-enerġija [isem mhux uffiċjali]. Ir-rapport jista’ jitniżżel minn: http://ec.europa.eu/agriculture/fore/publi/sfc_wgii_final_report_072008_en.pdf
(21) Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/28/KE l-aħħar subparagrafu.
(22) Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/28/KE l-aħħar subparagrafu.
(23) Użu dirett u sħana distrettwali kif definiti fl-Artikolu 5.4 tad-Direttiva 2009/28/KE.
(24) Ikkunsidra biss dawk li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità, cf. l-Artikolu 5(1) l-aħħar subparagrafu tad-Direttiva 2009/28/KE.
(25) Tisħin u/jew tkessiħ distrettwali mill-konsum totali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli. (RES- DH)
(26) Mill-konsum totali tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli.
(27) Għall-bijofjuwils ikkunsidra biss dawn konformi mal-kriterji tas-sostenibilità (cf. l-Artikolu 5(1) tal-aħħar subparagrafu).
(28) Bijofjuwils li huma inklużi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2009/28/KE.
(29) Mill-ammont totali ta’ bijoetanol/bijo-ETBE
(30) Mill-ammont totali ta’ bijodiżil