This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0513
2009/513/EC: Council Decision of 22 June 2009 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Armenia on certain aspects of air services
2009/513/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
2009/513/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ġunju 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 173, 3.7.2009, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/513/oj
3.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ġunju 2009
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/513/KE)
IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (2) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fid-9 ta’ Diċembru 2008 suġġett għal konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/149/KE (3). |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) L-Opinjoni tal-10.3.2009 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).
(2) ĠU L 50, 21.2.2009, p. 22.
(3) ĠU L 50, 21.2.2009, p. 21.