Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0507

    2009/507/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Ġunju 2009 li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 172, 2.7.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/507/oj

    2.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 172/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-30 ta’ Ġunju 2009

    li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (2009/507/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 128 tiegħu,

    Billi:

    F’ittra datata 25 ta’ Ġunju 2009, Ms Dalia GRYBAUSKAITĖ irriżenjat mill-kariga tagħha bħala membru tal-Kummissjoni. Għandha tiġi sostitwita għall-bqija tal-mandat tagħha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Algirdas Gediminas ŠEMETA huwa b’dan maħtur membru tal-Kummissjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta’ Lulju 2009.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KOHOUT


    Top