Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0487

    2009/487/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera

    ĠU L 161, 24.6.2009, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/487/oj

    Related international agreement

    24.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-24 ta’ Ottubru 2008

    dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera

    (2009/487/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1)

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Frar il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati, f’isem il-Komunità, mal- Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar Protokoll dwar il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewopea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (minn issa msejjaħ “il-Protokoll”). Dawn in-negozjati ġew finalizzati.

    (2)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2008, u soġġett għall-konklużjoni finali tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, dan il-Protokoll ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea fit-28 ta’ Frar 2008.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jkun approvat.

    (4)

    Id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll fir-rigward tal-Iżvizzera huwa relatat mad-dħul fl-effett tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (2) ta’ Schengen u tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (3).

    (5)

    Id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll fir-rigward tal-Liechtenstein huwa relatat mad-dħul fl-effett tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Schengen”) u tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Dublin”). B’konsegwenza ta’ dan, id-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni fir-rigward tal-Liechtenstein m’għandux isir qabel l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Schengen u tal-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Dublin.

    (6)

    Ir-Renju Unit u l-Irlanda, f’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (7)

    F’konformià mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għal ażil mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera huwa approvat f’isem il-Komunità.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    1.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita f’isem il-Komunità l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità sabiex tintrabat fir-relazzjonijiet tagħha mal-Iżvizzera.

    2.   Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita f’isem il-Komunità l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 5 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità sabiex tintrabat fir-relazzjonijiet tagħha mal-Liechtenstein. Id-depożitu ta’ dan l-istrument m’għandux isir qabel ma l-Kunsill ikun approva, f’isem il-Komunità Ewropea u f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Schengen u, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein mal-acquis ta’ Dublin.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 24 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ALLIOT-MARIE


    (1)  L-Opinjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

    (3)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.


    Top

    24.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/8


    PROTOKOLL

    bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA (minn hawn ‘il quddiem imsejħa il-“Komunità”),

    minn naħa waħda,

    kif ukoll

    IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Iżvizzera”),

    kif ukoll

    Il-Prinċipalità tal-Liechtenstein (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Liechtenstein”),

    min-naħa l-oħra,

    minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

    FILWAQT LI JQISU li l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jipprovdi li l-ebda miżura taħt it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea m’għandha torbot lid-Danimarka jew tkun applikabbli għad-Danimarka;

    FILWAQT LI JIRRIFERU għad-dispożizzjoni fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera”), dwar il-possibbiltà għar-Renju tad-Danimarka (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ id-“Danimarka”) sabiex jitlob li jipparteċipa f’dan il-Ftehim;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-istess Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein ma’ dak il-Ftehim, skont l-Artikolu 15 tiegħu;

    FILWAQT LI JINNUTAW li r-Renju tad-Danimarka, f’ittra datata t-8 ta’ Novembru 2004, talab sabiex jipparteċipa fl-istess Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW skont l-istess Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera, li miegħu aderixxiet il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, il-kondizzjonijiet għal tali parteċipazzjoni mir-Renju tad-Danimarka għandhom jiġu determinati mill-Partijiet Kontraenti, li jaġixxu bil-kunsens tad-Danimarka, fi Protokoll għal dak il-Ftehim;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li kien xieraq, fil-bidunett, għad-Danimarka u l-Komunità li jikkonkludu Ftehim sabiex isolvu, b’mod partikolari, kwistjonijiet relatati mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-koordinazzjoni bejn il-Komunità u d-Danimarka fir-rigward ta’ ftehim internazzjonali;

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit Stat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (2);

    FILWAQT LI KKUNSIDRAW li huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet li bihom id-Danimarka tipparteċipa fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera, li miegħu aderixxiet Liechtenstein, u li b’mod partikolari huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti d-drittijiet u l-obbligi bejn l-Iżvizzera, Liechtenstein u d-Danimarka;

    FILWAQT LI JINNUTAW li d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll huwa bbażat fuq il-kunsens tad-Danimarka, skont il-ħtiġiet kostituzzjonali tagħha,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Renju tad-Danimarka għandu jipparteċipa fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera”) li miegħu l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein aderixxiet permezz ta’ protokoll għal dan il-Ftehim (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ta’ Liechtenstein”) skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u d-Danimarka”) u l-Protokoll preżenti.

    Artikolu 2

    1.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (3) (ir-“Regolament ta’ Dublin”), li jinsab mehmuż ma’ dan il-Protokoll u jifforma parti minnu, flimkien mal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 27(2) tar-“Regolament ta’ Dublin” għandhom, skont il-liġi internazzjonali, japplikaw għar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera u Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

    2.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (4) (“Regolament Eurodac”), li jinsab mehmuż ma’ dan il-Protokoll u jifforma parti minnu, flimkien mal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 22 jew 23(2) tar-“Regolament Eurodac” għandhom, skont il-liġi internazzjonali, japplikaw għar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera u Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

    3.   L-emendi tal-Atti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 notifikati mid-Danimarka lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u d-Danimarka u notifikati mill-Iżvizzera u Liechtenstein lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Kumunità Ewropea u l-Iżvizzera, u l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta’ Liechtenstein rispettivament għandhom, skont il-liġi internazzjonali, japplikaw għar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera u Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

    4.   Il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 27 (2) tar-“Regolament ta’ Dublin” u l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 22 jew 23(2) tar-“Regolament Eurodac” notifikati mid-Danimarka lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Kumunità Ewropea u d-Danimarka u notifikati mill-Iżvizzera u Liechtenstein lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera u l-Artikolu 5 tal-Protokoll ta’ Liechtenstein rispettivament għandhom, skont il-liġi internazzjonali, japplikaw għar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera u Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

    Artikolu 3

    L-Iżvizzera u Liechtenstein għandhom ikunu intitolati jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-fatti jew sottomissjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja f’każi fejn tkun saritilha mistoqsija minn qorti jew tribunal Daniżi għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 6 (1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u d-Danimarka.

    Artikolu 4

    1.   Fil-każ ta’ lment mill-Iżvizzera jew minn Liechtenstein dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni mid-Danimarka ta’ dan il-Protokoll, l-Iżvizzera jew Liechtenstein jistgħu jitolbu li l-kwistjoni tiġi inkluża uffiċjalment bħala kwistjoni ta’ disputa fl-aġenda tal-Kumitat Imħallat.

    2.   Fil-każ ta’ lment mid-Danimarka dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni mill-Iżvizzera jew minn Liechtenstein ta’ dan il-Protokoll, id-Danimarka tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi inkluża uffiċjalment fl-aġenda tal-Kumitat Imħallat bħala kwistjoni ta’ disputa. Il-kwistjoni għandha tiġi inkluża fl-aġenda mill-Kummissjoni.

    3.   Il-Kumitat Imħallat għandu jkollu 90 jum, mid-data meta tiġi adottata l-aġenda li fiha tkun ġiet inkluża uffiċjalment id-disputa, sabiex jirriżolvi d-disputa. Għal dan il-għan, id-Danimarka tista’ tagħmel jew tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kumitat Imħallat.

    4.   F’każ li disputa tiġi riżolta mill-Kumitat Imħallat b’mod li tkun tinħtieġ implimentazzjoni fid-Danikarka, id-Danikarka għandha, fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 3, tinnotifika lill-Partijiet jekk hijiex sejra timplimenta, jew le, ir-riżoluzzjoni.

    Jekk id-Danimarka tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li m’hijiex sejra timplimenta r-riżoluzzjoni, għandu japplika l-paragrafu 5.

    5.   Jekk id-disputa ma tkunx tista’ tiġi riżolta mill-Kumitat Imħallat fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 3, għandu jingħata perjodu ulterjuri ta’ 90 jum sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim finali. Jekk il-Kumitat Imħallat ma jkunx ħa deċiżjoni sa tmiem il-perjodu, dan il-Protokoll għandu jitqies bħala terminat fit-tmiem tal-aħħar jum ta’ dak il-perjodu.

    Artikolu 5

    Dan il-Protkoll huwa suġġett għar-ratifika jew għall-approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti.

    L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jservi ta’ depożitarju.

    Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika mill-Komunità u minn Liechtenstein dwar it-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom.

    Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika mill-Komunità u mill-Iżvizzera dwar it-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom.

    Id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-Komunità u għal-Liechtenstein, minn naħa waħda, u għall-Komunità u għall-Konfederazzjoni Żvizzera, minn naħa oħra, huwa suġġett ukoll għar-riċezzjoni minn qabel għand id-depożitarju ta’ Nota mid-Danimarka fis-sens li d-Danimarka taċċetta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u tiddikjara li għandha tapplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħha mal-Iżvizzera u ma’ Liechtenstein.

    Artikolu 6

    Kull Parti Kontraenti tista’ tittermina dan il-Protokoll permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub indirizzata lid-depożitarju. Tali dikjarazzjoni għandha jkollha effett sitt xhur wara d-depożitu.

    Dan il-Protokoll għandu jintemm jekk il-Ftehim bejn il-Komunità u d-Danimarka jiġi terminat.

    Dan il-Protokoll għandu jintemm jekk il-Komunità jew kemm l-Iżvizzera kif ukoll Liechtenstein jiddenunzjawh.

    За Европейската общност

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunitá Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    På Europeiska gemenskapens vägnar

    Image

    Image

    За Конфедерация Швейцария

    Por la Confederación Suiza

    Za Švýcarskou konfederaci

    For Det Schweiziske Forbund

    Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

    Šveitsi Konföderatsiooni nimel

    Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

    For the Swiss Confederation

    Pour la Confédération suisse

    Per la Confederazione svizzera

    Šveices Konfederācijas vārdā

    Šveicarijos Konfederacijos vardu

    A Svájci Államszövetség részéről

    Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

    Voor de Zwitserse Bondsstaat

    W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

    Pela Confederação Suíça

    Pentru Confederația Elvețiană

    Za Švajčiarsku konfederáciu

    Za Švicarsko konfederacijo

    Sveitsin valaliiton puolesta

    På Schweiziska edsförbundets vägnar

    Image

    За Княжество Лихтенщайн

    Por el Principado de Liechtenstein

    Za Lichtenštejnské knížectví

    For Fyrstendømmet Liechtenstein

    Für das Fürstentum Liechtenstein

    Liechtensteini Vürstiriigi nimel

    Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

    For the Principality of Liechtenstein

    Pour la Principauté de Liechtenstein

    Per il Principato del Liechtenstein

    Lihtenšteinas Firstistes vārdā

    Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

    A Liechtensteini Hercegség részéről

    Għall-Prinċipat ta' Liechtenstein

    Voor het Vorstendom Liechtenstein

    W imieniu Księstwa Liechtensteinu

    Pelo Principado do Liechtenstein

    Pentru Principatul Liechtenstein

    Za Lichtenštajnské kniežatstvo

    Za Kneževino Lihtenštajn

    Liechtensleinin ruhtinaskunnan puolesta

    För Furstendömet Liechtenstein

    Image


    (1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

    (2)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

    (3)  ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.

    (4)  Ġ.U. L 316, 15.12.2000, p. 1.


    ANNESS

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1).

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (Ġ.U. L 316, 15.12.2000, p. 1).

    Top