This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0470
2009/470/EC: Council Decision of 25 May 2009 on expenditure in the veterinary field (Codified version)
2009/470/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kodifikata)
2009/470/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2014; Imħassar b' 32014R0652
18.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Mejju 2009
dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
(Verżjoni kodifikata)
(2009/470/KE)
IL-KUNSILL TAl-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw minn annimali jidhru fuq il-lista tal-Anness I tat-Trattat. Trobbija ta’ annimali ħajjin u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali huma sors ta’ dħul għal parti kbira tal-popolazzjoni agrikola. |
(3) |
L-iżvilupp razzjonali ta’ dak is-settur u t-titjib fil-produttività tiegħu jistgħu jkunu miksuba bl-implimentazzjoni ta’ miżuri veterinarji mmirati lejn il-protezzjoni u ż-żieda fil-livell tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali fil-Komunità. |
(4) |
Biex jintlaħaq dan l-iskop hemm bżonn li l-Komunità tipprovdi għajnuna għall-azzjonijiet li jittieħdu jew maħsuba li ser jittieħdu. |
(5) |
Il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lejn il-qerda, kemm jista’ jkun malajr, ta’ kull tixrid ta’ mard infettiv serju. |
(6) |
Huwa wkoll neċessarju li tiġi pprevenuta u mnaqqsa, b’miżuri approprjati ta’ kontroll, il-preżenza ta’ żoonosijiet li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem. |
(7) |
Fid-dawl tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal- 24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (4), il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jingħata wkoll għal miżuri ta’ qerda mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu mard ieħor fl-annimali tal-akkwakultura, suġġett għad-dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ kontroll. |
(8) |
Il-kontributi finanzjarji Komunitarji għall-finijiet ta’ kontroll tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura għandu jkun suġġett għal skrutinju dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE, skont l-istess proċeduri bħal dawk li japplikaw għal tali skrutinju u kontroll għal ċertu mard ta’ annimali tal-art. |
(9) |
Il-funzjonament tas-suq intern jeħtieġ strateġija ta’ kontroll li tikkonnota sistema ta’ kontroll għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Jidher li hu xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-bidu u l-iżvilupp ta’ din l-istrateġija. |
(10) |
L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali li jikkonċernaw mal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, il-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-annimali tippresupponi li l-Komunità taħtar laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza u li jittieħdu azzjonijiet tekniċi u xjentifiċi. Jidher li hu xieraq li l-Komunità tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali b’mod partikolari, huwa mixtieq li tinħoloq database biex tinġabar, tiġi ppreżervata u tixxerred kull informazzjoni neċessarja. |
(11) |
L-attivitajiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu żvilupp u implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni fl-oqsma tas-saħħa tal-annimali u tas-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk, hemm ħtieġa urġenti ta’ disseminazzjoni b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun fil-Komunità kollha ta’ informazzjoni rigward il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali u s-sigurtà tal-ikel. Huwa għalhekk mixtieq li jkun inkluż fil-finanzjament tal-politika ta’ informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali s-saħħa tal-annimali u s-sigurtà tal-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
(12) |
Il-miżuri Komunitarji għall-qerda ta’ ċertu mard tal-annimali diġà jikkwalifika għal għajnuna finanzjarja Komunitarja. Id-dispożizzjonijiet konċernati jinkludu dawk adottati bid-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat (5); id-Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1982 li emendat id-Direttiva 77/391/KEE u li tintroduċi miżura supplementari tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat (6); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta’ Novembru 1980 li tintroduċi miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda ta’ deni klassiku tal-ħnieżer (7); u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE tal-24 ta’ Lulju 1989 li tintroduċi miżuri tal-Komunità sabiex iwaqqfu proġetti pilota għall-kontroll tar-rabja sabiex tinqered jew għall-prevenzjoni tagħha (8). Huwa xieraq li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji li huma maħsuba sabiex jinqered il-mard li hemm riferenza għalih aktar ‘l fuq jkomplu jkunu rregolati bid-Deċiżjoni li għandha x’taqsam magħhom. |
(13) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda, il-kontroll u ta’ ċertu mard tal-annimali. Il-miżuri finanzjarji tal-Komunità kollha għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi li jinvolvu nefqa baġitarji obbligatorja tal-Komunità għandhom jinġabu flimkien taħt kapitolu wieħed. |
(14) |
Huwa kunsiljabbli li l-Kummissjoni tamministra direttament, fid-dawl tan-natura tagħha, in-nefqa suġġett għall-finanzjament taħt il-kondizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (9), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Din d-Deċiżjoni tipprovdi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal:
— |
miżuri veterinarji speċifiċi, |
— |
miżuri ta’ ispezzjoni fil-kamp veterinarju, |
— |
programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u taż-żoonosi. |
Din id-Deċiżjoni m’għandiex taffetwa l-għażla li għandhom ċerti Stati Membri li jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ta’ aktar minn 50 % taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (10).
KAPITOLU II
MIŻURI VETERINARJI SPEĊIFIĊI
SEZZJONI 1
Dispożizzjoni ġenerali
Artikolu 2
Miżuri veterinarji speċifiċi għandhom jinkludu:
— |
miżuri ta’ emerġenza, |
— |
kampanja kontra l-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, |
— |
politika ta’ informazzjoni għas-saħħa tal-annimali, għat-trattament xieraq tal-annimali u għas-sigurta’ tal-ikel, |
— |
miżuri tekniċi u xjentifiċi, |
— |
kontribuzzjoni għall-iskemi nazzjonali għal qerda ta’ ċertu mard. |
SEZZJONI 2
Miżuri ta’ emergenza
Artikolu 3
1. Dan l-Artikolu għandu japplika fil-każ li sseħħ waħda minn dawn il-mardiet li ġejjin fit-territorju ta’ Stat Membru:
— |
pesta tal-ifrat rinderpest, |
— |
pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż, |
— |
marda vexxikulari tal-ħnieżer, |
— |
blue tongue, |
— |
il-marda Teschen, |
— |
ġidri fuq nagħġa jew ġidri fuq mogħża, |
— |
id-deni Rift Valley, |
— |
il-marda lumpy skin, |
— |
mard Afrikan taż-żwiemel, |
— |
stomatite vexxikulari, |
— |
Venezuelan equine viral encephalomyelitis, |
— |
il-marda tal-emorraġija taċ-ċriev, |
— |
id-Deni klassiku tal-ħnieżer, |
— |
id-deni Afrikan tal-ħnieżer, |
— |
il-plewropnewmonja li tittieħed tal-bhejjem tal-fart, |
— |
in-nekrosi ematopojetika epiżotika fil-ħut (EHN), |
— |
is-sindromu ulċerativ epiżotiku fil-ħut (EUS), |
— |
l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, |
— |
l-infezzjoni bil-Perkinsus marinus, |
— |
l-infezzjoni bil-Microcytos mackini, |
— |
is-sindrome Taura fil-krustaċji, |
— |
il-marda Yellowhead fil-krustaċji. |
2. L-Istati Membri konċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-marda, bil-kondizzjoni li l-miżuri li japplikaw immedjatament jinkludu għall-anqas l-iżolament tar-razzett miż-żmien tas-suspett u, wara konferma uffiċjali tal-marda:
— |
il-qatla tal-annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew li hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, u l-qerda tagħhom, |
— |
il-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat, fejn dan tal-aħħar ma jistax ikun diżinfettat skont it-tielet inċiż, |
— |
it-tindif, diżinsettizzazzjoni u diżinfettazzjoni tar-razzett u t-tagħmir f’dawn l-irzietet, |
— |
it-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni, |
— |
l-impożizzjoni ta’ miżuri approprjati sabiex jipprevienu r-riskju tat-tixrid ta’ infezzjoni, |
— |
it-twaqqif ta’ perjodu ta’ stennija li għandu jiġi osservat wara l-qatla qabel ma jerġa’ jintrama r-razzett, |
— |
kumpens mgħaġġel u adegwat għall-bdiewa li jrabbu l-annimali. |
3. L-Istati Membri interessati għandhom ukoll jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fejn, malli tfaqqa’ waħda mill-mardiet elenkati fil-paragrafu 1, żewġ Stati Membri jew aktar jikkollaboraw mill-qrib sabiex jikkontrollaw l-epidemija, b’mod partikolari fit-twettiq ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u miżuri ta’ sorveljanza tal-mard. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri pprovduti skont l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ikkonċernati, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika Komunitarja għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri applikati skont il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata kemm jista’ jkun malajr fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 40(1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja speċifika għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), mingħajr preġudizzju għall- miżuri li hemm previsti fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq.
5. Jekk, fid-dawl tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni fil-Komunità, jidher meħtieġ li jitkomplew il-miżuri previsti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 4, tista’ tiġi adottata deċiżjoni ġdida dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista’ taqbeż iċ-ċifra ta’ 50 % stipulata fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 6, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2). Meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jieħu sabiex jiżgura s-suċċess tal-azzjoni tista’ tiġi stipulata, u partikolarment miżuri għajr dawk previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
6. Mingħajr preġudizzju għal miżuri li jappoġġaw is-suq li għandhom jittieħdu bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, maqsuma jekk hemm bżonn f’diversi fergħat, għandhom ikunu:
— |
50 % tal-ispejjez li intefqu mill-Istati Membri sabiex jikkompensaw is-sidien għall-qatla u l-qerda tal-annimali u, fejn xieraq, il-prodotti tagħhom, għat-tindif, diżinsettazzjoni u diżinfettazzjoni tal-irziezet u t-tagħmir u għall-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat li hemm referenza għalih fit-tieni inċiż tal-paragrafu 2, |
— |
fejn it-tilqim ġie deċiż skont il-paragrafu 5, 100 % tal-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % tal-ispiza li tintefaq biex isir it-tilqim. |
Artikolu 4
1. Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(4) u (5) għandhom japplikaw fil-każ li sseħħ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal- 20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (11) ikunu ġew implimentati b’mod sħiħ u effiċjenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien tal-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, maqsuma jekk meħtieġ f’diversi tranches, għandha tkun:
— |
50 % tal-ispejjeż li jkunu ntnefqu mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien tal-annimali għall-qtil tat-tjur u ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq oħra u l-valur tal-bajd meqrud, |
— |
50 % tal-ispejjeż li jkun intefqu mill-Istat Membru għall-qerda ta’ annimali, il-qerda ta’ prodotti tal-annimali, it-tindif u d-diżinfettazzjoni tal-azjendi u t-tagħmir, il-qerda tal-għalf ikkontaminat u l-qerda ta’ tagħmir ikkontaminat, f’każi fejn dan it-tagħmir ma jkunx jista’ jiġi diżinfettat, |
— |
fejn ikun hemm deċiżjoni dwar tilqim ta’ emerġenza skont l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2005/94/KE, 100 % tal-ispejjez għall-provvista tal-vaċċin u 50 % għall-ispejjeż li jkunu ntnefqu sabiex tingħata t-tilqima. |
Artikolu 5
L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (12) għall-qerda ta’ mard eżotiku f’annimali tal-akkwakultura elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(4), (5) u (6) ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta’ kontroll u ta’ qerda tal-mard stipulati fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.
Artikolu 6
1. L-Artikolu 3 għandu japplika fejn hu involut il-kontroll ta’ riskji gravi għas-saħħa għall- Komunità, li jkunu kkawżati mill-mard elenkat fl-Artikolu 3(1), saħansitra jekk it-territorju fejn tiġri l-marda jkun suġġett għal programm ta’ qerda skont l-Artikolu 27.
2. L-Artikolu 3 għandu japplika fil-każ li sseħħ il-marda ta’ Newcastle fit-territorju ta’ Stat Membru.
Iżda, ħlief fejn il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), li tawtorizza, fuq ċerti kondizzjonijiet u għal perjodu limitat u żona limitata, r-rikors għat-tilqim, l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandha tingħata għal forniment tat-tilqim jew sabiex isir it-tilqim.
3. Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 3, minbarra r-raba’ inċiż tal-paragrafu 2 u t-tieni inċiż tal-paragrafu 6, għandhom japplikaw meta jinstab żonosi mniżżel fil-lista fid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi (13), basta li din is-sejba tkun ta’ riskju immedjat għall-ħajja tal-bniedem. Din il-kondizzjoni għandha tiġi mwettqa meta tittieħed id-deċiżjoni provduta bl-Artikolu 3(4) ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, għandha żżid mal-lista fl-Artikolu 3(1) marda eżotika li għaliha dikjarazzjoni hi obbligatorja u li x’aktarx tikkostitwixxi perikolu għall-Komunità.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), il-lista fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi supplimentata skont żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (14) u mard li jista’ jiġi trasmess lil annimali tal-akkwakultura. Il-lista tista’ wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta’ ċertu mard.
3. L-Artikolu 3(2) jista’ jkun supplementat jew emendat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari biex tittieħed kondizzjoni tal-inklużjoni ta’ mard ġdid fil-lista fl-Artikolu 3(1), tal-esperjenza akkwistata jew tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw kontroll tal-mard.
Artikolu 8
1. Fejn Stat Membru ikun suġġett għal theddida diretta li sseħħ jew tiżviluppa, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru, waħda mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), 4(1), 6(1) u (2), jew 14(1) jew fl-Anness I, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li huwa jkollu l-ħsieb li jadotta għall-protezzjoni tiegħu.
2. Malli jkun possibbli, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata fi ħdan il-Kumitat. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), jista’ jiġi deċiz li jiġu adotati miżuri approprjati għas-sitwazzjoni inklużi, b’mod partikolari, it-twaqqif ta’ żona li għandha sservi ta’ kuxxinett ta’ tilqim, u sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal miżuri li huma meqjusa partikolarment bżonjużi għas-suċċess tal-azzjoni meħuda.
3. Id-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha turi l-ispejjeż eligibbli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.
Artikolu 9
1. Il-Komunità tista’ tiddeċiedi, fuq talba ta’ Stat Membru, li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ħażniet ta’ prodotti bioloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1), 4(1), 6(1) (tilqim, serotypes ta’ vajrus standardizzat, sera djanjostiċi) u, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 69(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (15), fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-azzjoni li jagħmel riferenza għaliha fl-paragrafu 1, u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-għażla, il-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport u l-użu ta’ dawn il-ħażniet, u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 10
1. Jekk ikun hemm jew tiżviluppa f’pajjiż terz waħda mill-mard imsemmija fl-Artikoli 3(1) 4(1), 6(1), 7(1) jew 14(1) jista’ jkun ta’ perikolu għall-Komunità, il-Komunità tista tagħti l-appoġġ tagħha għal miżuri ta’ kontroll kontra dik il-marda billi tipprovdi t-tilqim jew billi tiffinanzja x-xiri tat-tilqim.
2. L-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun suġġetta u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi, bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, verifiki fuq il-post, mill-lat veterinarju, sabiex tassigura li l-miżuri adottati kienu applikati.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, u għandhom, b’mod partikolari, jassiguraw li l-esperti jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji sabiex jevalwaw jekk il-miżuri ġewx implimentati.
3. Ir-rtegoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-frekwenza u l-metodu ta’ kif isiru l-verifiki li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 1, il-ħatra ta’ esperti veterinarji u l-proċedura li għandhom isegwu fil-kumpilazzjoni tar-rapport tagħhom, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 12
L-approprjazzjonijiet mitluba għall-miżuri li tagħmel referenza għalihom din is-sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura tal-baġit.
Artikolu 13
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandhiex tingħata fejn l-ammont totali tal-miżura jkun inqas minn EUR 10 000.
SEZZJONI 3
Il-kampanja kontra il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer
Artikolu 14
1. Dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ li tfaqqa’ il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fit-territorju ta’ Stat Membru.
2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità għall-qerda tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, bil-kondizzjoni li l-miżuri provduti fl-Artikolu 3(2) u d-dispożizzjonijiet approprjati tad-Direttiva 2003/85/KE, jiġu applikati immedjatement.
3. L-Artikolu 3(4) għandu japplika.
4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq sabiex jappoġġaw is-suq, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika f’din id-Deċiżjoni għandha tkun ugwali għal 60 % tal-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex:
(a) |
jiġu kumpensati il-proprjetarji għal:
|
(b) |
fejn applikabbli, it-trasport tal-karkassi sal-impjanti tal-ipproċessar; |
(ċ) |
kull miżura oħra li hi neċessarja għall-qerda tat-tixrid tal-marda. |
Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), tiddefinixxi n-natura tal-miżuri l-oħrajn li hemm referenza għalihom f’punt (c) ta’ dan il-paragrafu li jistgħu jkunu eleġibli għall-istess kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja u l-każijiet li għalihom il-punt (a)(v) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika.
5. Għall-ewwel darba mhux aktar tard minn 45 ġurnata mill-konferma uffiċjali tal-ewwel każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, u sussegwentement kif u meta jkun hemm bżonn bl-iżvilupp tal-każijiet, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat. Dan l-eżami għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u n-nefqa stmata li diġà ntefqu jew huma kommessi. Wara dan l-eżami, deċiżjoni ġdida li tikkonċerna il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista’ tkun aktar minn 60 % provdut fil-paragrafu 4, tista tkun adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3). Din id-Deċiżjoni għandha turi l-ispejjeż eliġibli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. Kif ukoll, meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru konċernat għandu jieħu sabiex jiġi assigurat is-suċċess tal-azzjoni tista’ tkun adottata, b’mod partikolari miżuri oħra barra dawk li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 15
Kull miżura deċiża mill-Komunità sabiex tgħin il-kampanja kontra l-marda tal-ilsien u tad-dwiefer ‘l barra mill-Komunità, b’mod partikolari miżuri li jittieħdu fi ħdan l-Artikolu 8 u 10, jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.
Artikolu 16
Il-miżuri u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 15, il-kondizzjonijiet li għalihom jistgħu jkunu soġġetti u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).
Artikolu 17
Tista’ tingħata għajnuna Komunitarja lir-riservi Komunitarji tat-tilqim kontra il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li jistabbilixxi r-riservi tal-Komunità għal tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer (16).
Il-livell ta’ parteċipazzjoni Komunitarja u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni tista’ tkun soġġetta għandhom ikunu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).
Artikolu 18
L-approprazzjonijiet mitluba għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.
Jekk tixrid serju tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer ikun jeħtieġ infiq taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din is-sezzjoni li jeċċedi l-approprjazzjonijiet skont l-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tieħu dawk il-miżuri neċessarji li huma fil-poteri eżistenti tagħha u tressaq lill-awtorità baġitarja l-proposti neċessarji sabiex jiġi assigurat li l- impenji finanzjarji tal-Artikolu 14 jiġu esegwiti.
SEZZJONI 4
Politika ta’ informazzjoni għas-saħħa tal-annimali, għat-trattament xieraq tal-annimali u għas-sigurtà tal-ikel
Artikolu 19
Il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u tas-sigurtà tal-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi:
(a) |
l-installazzjoni u l-iżvilupp ta’ għodod tal-informazzjoni, inkluża database xierqa:
|
(b) |
it-twettiq tal-istudji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali. |
Artikolu 20
Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 19, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 21
L-approprjazzjonijiet li huma mitluba għall-miżuri kif speċifikati f’din is-Sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.
SEZZJONI 5
Miżuri tekniċi u xjentifiċi
Artikolu 22
Il-Komunità tista’ tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jieħdu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni veterinarja jew taħriġ veterinarju.
Artikolu 23
Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 22, ir-regoli għall- implimentazzjoni tagħhom u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandha tkun deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 24
L-approprazzjonijiet rikjesti għall-miżuri pprovduti f’din is-sezzjoni għandu jkun deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.
KAPITOLU III
PROGRAMMI GĦALL-QERDA, KONTROLL U MONITORAĠĠ TAL-MARD tal-ANNIMALI U TAŻ-ŻOONOSI
Artikolu 25
Il-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-bruċellożi, tuberkolożi u lewkożi tal-bhejjem tal-ifrat għandha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1), tkun stabbilita bid-Direttiva 77/391/KEE u d-Direttiva 82/400/KEE.
Artikolu 26
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn il-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer għandha tkun stabbilita bid-Deċiżjoni 80/1096/KEE.
2. Il kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lejn il-qerda tal-bruċellożi ovina għandha tkun stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE tal-21 ta’ Mejju 1990 li introduċiet miżura finanzjarja Komunitarja għall-qerda tal-bruċellożi fin-nagħaġ u fil-mogħoż (17).
Artikolu 27
1. Għandha tiġi introdotta miżura finanzjarja Komunitarja sabiex tiġi rimborżata n-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard tal-annimali u taż-żoonosi elenkati fl-Anness I (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “programmi”).
Il-lista fl-Anness I tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari fir-rigward ta’ mard tal-annimali li jkun qed jitfaċċa li huwa ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika, jew fid-dawl ta’ evidenza epidemjoloġika jew xjentifika ġdida.
2. Kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew pluriennali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom huma jixtiequ li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.
Il-programmi li jiġu ppreżentati wara t-30 ta’ April m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament is-sena ta’ wara.
Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandu jkun fihom mill-anqas dan li ġej:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm; |
(b) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm; |
(ċ) |
it-tul ta’ żmien probabbli tal-programm, il-miżuri li għandhom jiġu applikati u l-objettiv li għandu jinkiseb sad-data tat-tmiem tal-programm; |
(d) |
analiżi tal-ispejjeż stmati u l-benefiċċji antiċipati tal-programm. |
Il-kriterji dettaljati, inklużi dawk li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
F’kull programm pluriennali ppreżentat mill-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa skont il-kriterji msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun pprovduta għal kull sena li jdum il-programm.
3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lil Stat Membru sabiex jippreżenta programm pluriennali jew sabiex jestendi kif meħtieġ it-tul ta’ żmien ta’ programm annwali li jkun ġie ppreżentat fejn il-programmazzjoni pluriennali titqies meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ aktar effiċjenti u effikaċji ta’ marda partikolari, b’mod partikolari fir-rigward ta’ theddid potenzjali għas-saħħa tal-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.
Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina l-programmi reġjonali li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed f’koperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali relevanti li din tal-aħħar tkun teħtieġ għall-valutazzjoni tagħha tal-programm.
Il-perjodu għall-ġbir tal-informazzjoni kollha fir-rigward tal-programmi għandu jintemm fil-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.
5. Kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, għandu jiġi approvat dan li ġej skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3):
(a) |
il-programmi, fejn xieraq emendati sabiex jieħdu kont tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu; |
(b) |
il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja; |
(ċ) |
il-limitu massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja; |
(d) |
kwalunkwe kondizzjoni li għaliha tista’ tkun suġġetta l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
Il-programmi għandhom jiġu approvati għal mhux aktar minn sitt snin.
6. L-emendamenti tal-programmi għandhom jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).
7. Għal kull programm approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:
(a) |
rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji; |
(b) |
sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport annwali tekniku dettaljat li jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tan-nefqa li tkun saret għas-sena ta’ qabel. |
8. L-applikazzjonijiet għal pagamenti relatati man-nefqa li tkun saret minn Stat Membru fir-rigward ta’ programm partikolari għas-sena preċedenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April.
Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal pagamenti li jsiru tard, il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitnaqqas b’25 % fl-1 ta’ Ġunju, 50 % fl-1 ta’ Awwissu, 75 % fl-1 ta’ Settembru u 100 % fl-1 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena.
Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pagament Komunitarju b’kont meħud tar-rapporti tekniċi u finanzjarji ppreżentati mill-Istat Membru skont il-paragrafu 7.
9. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f’koperazzjoni mal-awtorità kompetenti, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (18).
Fit-twettiq ta’ tali kontrolli, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti minn grupp ta’ esperti stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
10. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
11. L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura msemmija fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Il-fondi għandhom jiġu allokati skont il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:
(a) |
ir-rata tal-għajnuna għandha tkun skont ir-rata stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006; |
(b) |
il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika. |
L-attivitajiet ta’ qerda għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew taħt programm ta’ qerda.
Artikolu 28
1. Minkejja l-Artikoli 25, 26 u 27, il-livell ta’ parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi li għandhom x’jaqsmu mal-mard li jagħmel riferenza għalihom fl-Artikoli msemmija għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), għal 50 % tal-ispiża minfuqa mill-Istati Membri bħala kumpens lis-sidien għall-qatla tal-ifrat minħabba l-marda kkonċernata.
2. Fuq talba ta’ Stat Memrbu, il-Kummissjoni għandha, fil-Kumitat, terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-mard kopert bl-Artikoli 25, 26 u 27. Dan l-eżami mill-ġdid għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u l-estimi tan-nefqa li tkun diġà ġiet kommessa jew li ħa tkun kommessa. Wara dan l-eżami mill-ġdid, kull Deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, li tista teċċedi l-50 % tal-ispejjeż minfuqa mill-Istati Membri sabiex ikunu kompensati s-sidien għall-qatla tal-annimali minħabba l- marda kkonċernata, għandha tkun adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).
Meta din id-deċiżjoni tkun adottata, tista’ tkun adottata kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat jkollu jieħu sabiex jassigura is-suċċess tal-azzjoni.
Artikolu 29
L-impenji baġitarji Komunitarji għall-kofinanzjament tal-programmi għandhom jitwettqu kull sena. L-impenji tan-nefqa għall-programmi pluriennali għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Gunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (19). Għall-programmi pluriennali, l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(5) ta’ din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU IV
ISPEZZJONI VETERINARJA
SEZZJONI 1
Dispożizzjoni introduttiva
Artikolu 30
Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb l-effiċjenza tal-ispezzjoni veterinarja billi:
— |
tagħti għajnuna finanzjarja lil laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza, |
— |
tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sabiex isiru ispezzjonijiet li għandhom l-għan li jipprevjenu ż-żonosijiet, |
— |
tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ ispezzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern. |
SEZZJONI 2
Laboratorji ta’ kollegament u ta’ riferenza
Artikolu 31
1. Kull laboratorju li jaħdem flimkien jew ta’ referenza li jkun nominat bħala tali skont il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u li jaqdi d-dmirijiet u r- rekwiżiti li hemm imniżżla fihom, jista’ jirċevi għajnuna Komunitarja.
2. Arranġamenti sabiex tingħata l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta u l-ammont, għandu jkun stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
3. L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-miżuri pprovduti f’din is-sezzjoni għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura tal-baġit.
SEZZJONI 3
Strateġija ta’ kontroll
Artikolu 32
1. Kull Stat Membru għandu jipprepara programm għall-iskambju ta’ uffiċjali li qegħdin jaħdmu fis-settur veterinarju.
2. Fil-Kumitat, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tikkoordina l-programmi għall-iskambju.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju koordinati.
4. Kull sena, fuq il-bażi ta’ rapporti tal-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju għandhom ikunu eżaminati fi ħdan il-Kumitat.
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba sabiex itejbu u jestendu l-programmi għall-iskambju.
6. Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja Komunitarja bil- għan li jiġi promoss it-tħaddim bla problemi ta’ programmi għall-iskambju speċjalment billi jsiru l-korsijiet ta’ aktar taħriġ li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 34(1). Il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista tkun soġġetta, għandha tkun stabbilita skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
7. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23 u 24 għandhom japplikaw.
Artikolu 33
L-Artikolu 32(6) u (7) għandhom japplikaw fir-rigward ta’ programmi stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (20) u id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (21), sabiex ikunu organizzati l-kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni fuq prodotti introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi.
Artikolu 34
1. Il-Kummissjoni tista’, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, torganizza korsijiet jew laqgħat ta’ aġġornament għall-persunal fl-Istati Membri, b’mod partikolari, persunal responsabbli għall-kontrolli veterinarji li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 33.
Dawn il-korsijiet jew laqgħat ta’ aġġornament jistgħu, skont id-disponibbiltà, jkunu miftuħa, fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti u wara li l-Kummissjoni tkun qablet, għall-persunal minn pajjiżi terzi li jkunu għamlu ftehim ta’ kooperazzjoni mal- Komunità fil-qasam tal-kontrolli veterinarji u għax-xjenzati veterinarji ggradwati sabiex jestendu t-taħriġ tagħhom fil-qasam tar-regoli Komunitarji.
2. Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 35
1. L-introduzzjoni ta’ sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skont il-leġislazzjoni li tikkonċerna kontrolli veterinarji fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin fi ħdan il-Komunità, sabiex jissokta is-suq intern, tista’ tirċevi assistenza finanzjarja Komunitarja.
2. Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżura pprovduta fil-paragrafu 1 u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat.
Artikolu 36
1. Jista’ jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma’:
(a) |
kummerċ intra-Komunitarju, u importazzjonijiet, ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali; |
(b) |
hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali, fejn xieraq. |
2. L-arranġamenti organizzattivi għall-finanzjament skont il-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 37
1. Fil-każ li Stat Membru jesperjenza, mil-lat strutturali jew geografiku, problemi ta’ persunal jew infrastrutturali sabiex jimplimenta l-istrateġija ta’ kontroll li jġib miegħu il-funzjonament tas-suq intern għal annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali, hu jista’, għal perjodu ta’ transizzjoni, jikseb assistenza finanzjarja Komunitarja li tiġi mnaqqsa progressivament.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni programm nazzjonali flimkien mal-informazzjoni finanzjarja kollha approprjati, imfassal bl-iskop li jtejjeb is-sistema ta’ kontroll tiegħu.
3. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(3) sa (11).
Artikolu 38
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-miżuri pprovduti f’ din is-sezzjoni għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Infiq soġġett għal finanzjament skont it-termini ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 148(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Artikolu 40
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (22).
2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.
Artikolu 41
Kull erba’ snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u dwar l-effikaċja, fid-dawl tal-ispejjeż magħmula, tal-implimentazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, inklużi dettalji dwar il-kriterji adottati.
Artikolu 42
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hi mħassra.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni li tħassret għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 43
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) L-Opinjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.
(3) Ara l-Anness II.
(4) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(5) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 44.
(6) ĠU L 173, 19.6.1982, p. 18.
(7) ĠU L 325, 1.12.1980, p. 5.
(8) ĠU L 223, 2.8.1989, p. 19.
(9) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(10) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(11) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(12) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(13) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.
(14) ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.
(15) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
(16) ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21.
(17) ĠU L 140, 1.6.1990, p. 123.
(18) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(19) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(20) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(21) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.
ANNESS I
MARD TAL-ANNIMALI U ŻOONOSI
— |
Tuberkulosi bovina |
— |
Bruċellosi bovina |
— |
Bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż (B. melitensis) |
— |
Bluetongue f’żoni endemiċi jew b’riskju għoli |
— |
Id-Deni Afrikan tal-ħnieżer |
— |
Mard vesikulari tal-ħnieżer |
— |
Deni klassiku tal-ħnieżer |
— |
Antrax |
— |
Plewronewmonja tal-bovini li tittieħed |
— |
Influwenza tat-tjur |
— |
Ir-rabja |
— |
Ekinokokkosi |
— |
Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) |
— |
Kampilobatterjosi |
— |
Listerjosi |
— |
Salmonellosi (salmonella żoonotika) |
— |
Trikinellosi |
— |
Coli verotossiġenika |
— |
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
— |
In-nekrosi ematopojetika infettiva (IHN) |
— |
Marda bil-virus erpete tal-Koi (KHV) |
— |
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
— |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
— |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
— |
Marda tal-white spot fil-krustaċji |
ANNESS II
ID-DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 91/133/KEE |
|
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 |
Artikolu 10(1) biss |
Deċiżjoni tal-Kunsill 92/337/KEE |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE |
Artikolu 11 biss |
Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE |
Artikolu 9(2) biss |
Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE |
Artikolu 23(2) biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/439/KEE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/77/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 94/370/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) No 1258/1999 |
Artikolu 17 biss |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/12/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/572/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
Punt 9 tal-Anness III biss |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/99/KE |
Artikolu 16 biss |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/782/KE |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 |
Kif jirrigwarda r-referenza għad-Deċiżjoni 90/424/KEE fit-tieni inċiż tal-Artikolu 1(2) u punt 3 ta’ Parti 5B(I) fl-Anness biss |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE |
Artikolu 1 biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/685/KE |
|
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Deċiżjoni 90/424/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 3(2a) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 3(6) |
Artikolu 3a |
Artikolu 4 |
Artikolu 3b |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10a |
Artikolu 13 |
Artikolu 11(1) sa (5) |
Artikolu 14(1) sa (5) |
Artikolu 11(6) |
— |
Artikolu 12 |
Artikolu 15 |
Artikolu 13 |
Artikolu 16 |
Artikolu 14 |
Artikolu 17 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18 |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
Artikolu 19 |
Artikolu 22 |
Artikolu 20 |
Artikolu 23 |
Artikolu 21 |
Artikolu 24 |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 25 |
Artikolu 22(2) |
— |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 26(1) |
Artikolu 23(2) |
— |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 26(2) |
Artikolu 23(4) |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 25(3) |
— |
Artikolu 25(4) |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 29 |
Artikolu 27 |
Artikolu 30 |
Artikolu 28 |
Artikolu 31 |
Artikolu 34 |
Artikolu 32 |
Artikolu 35 |
Artikolu 33 |
Artikolu 36 |
Artikolu 34 |
Artikolu 37 |
Artikolu 35 |
Artikolu 37a |
Artikolu 36 |
Artikolu 38 |
Artikolu 37 |
Artikolu 39 |
Artikolu 38 |
Artikolu 40a |
Artikolu 39 |
Artikolu 41(1) |
Artikolu 40(1) |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 40(2) |
Artikolu 42(1) |
— |
Artikolu 42(2) |
Artikolu 40(3) |
Artikolu 41(3) |
Artikolu 40(4) |
Artikolu 43(1) |
— |
Artikolu 43(2) |
— |
Artikolu 43a |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 42 |
Artikolu 44 |
Artikolu 43 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |