This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0448
2009/448/EC: Council Decision of 28 May 2009 amending Decision 1999/70/EC concerning the external auditors of the national central banks, as regards the external auditor of De Nederlandsche Bank
2009/448/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank
2009/448/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank
ĠU L 149, 12.6.2009, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank
(2009/448/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2009/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, Kontabbli Reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V., li jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit, suġġett għal konferma kull sena. |
(3) |
Is-Sur Nijhuis irriżenja mill-PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. b'effett mill-1 ta' Ottubru 2008; jeħtieġ għalhekk li jinħatar awditur ġdid. |
(4) |
Id-De Nederlandsche Bank għażel lil PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011. |
(5) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandha tinħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011. |
(6) |
Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“8. PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. hija b'dan approvata bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji mill-2008 sal-2011.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
V. TOŠOVSKÝ
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.