EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0423

2009/423/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3965) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

ĠU L 138, 4.6.2009, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/423/oj

4.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3965)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/423/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom stipulati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżviluppi reċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istat federali tar-Renanja Palatinat.

(3)

Każijiet ġodda ta’ deni klassiku tal-ħnieżer selvaġġi fin-nofsinhar tar-Renanja Palatinat ġew irrappurtati. Għaldaqstant, dik iż-żona għandha tiżdied mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE u l-miżuri stipulati f’dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għaliha.

(4)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-parti kollha tal-lista stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE li tikkonċerna l-Ġermanja, għandha tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 1 tal-Parti I jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


ANNESS

“1.   Il-Ġermanja

A.   Fl-istat federali tar-Renanja Palatinat:

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: fil-muniċipalità ta’ Obere Kyll il-lokalitajiet ta’ Birgel, Esch, Feusdorf u Jünkerath, fil-muniċipalità ta’ Hillesheim il-lokalitajiet ta’ Berndorf, Dohm-Lammersdorf, Hillesheim, Kerpen, Nohn, Oberehe-Stroheich, Üxheim, Walsdorf u Wiesbaum, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalità ta’ Dreis-Brück, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath.

(c)

il-Kreise Altenkirchen u Neuwied.

(d)

fi Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità ta’ Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.

(e)

fil-Landkreis Südwestpfalz il-muniċipalitajiet Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben u Wallhalben.

(f)

fil-Kreis Kaiserslautern il-muniċipalitajiet Bruchmühlbach-Miesau fin-nofsinhar tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl.

(g)

il-belt ta’ Kaiserslautern fin-nofsinhar tal-awtostrada A6.

B.   Fl-istat federali ta’ Rhine-Westfalia tat-Tramuntana:

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, fil-belt ta’ Mechernich il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rißdorf, Wachendorf u Weiler am Berge, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim u Stotzheim, fil-muniċipalità ta’ Nettersheim il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Engelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Tondorf u Roderath, fil-muniċipalità ta’ Dahlem il-lokalità ta’ Dahlem u l-muniċipalità ta’ Blankenheim, minbarra l-lokalità ta’ Blankenheimer Wald.

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf, il-bliet Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much.

(c)

fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen Burbach, u fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden.

(d)

fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden.

(e)

fil-Kreis Märkische l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen.

(f)

fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born.

(g)

fil-bliet ta’ Köln u Bonn il-muniċipalitajiet fuq il-lemin tax-xmara Rhine.

(h)

il-belt ta’ Leverkusen

(i)

ir-Rheinisch-Bergische Kreis.

(j)

l-Oberbergische Kreis.”


Top