Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0408

    2009/408/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    ĠU L 132, 29.5.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/408/oj

    29.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/10


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-6 ta’ Mejju 2009

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

    (2009/408/KE)

    Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tagħha,

    wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

    wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) twaqqaf sabiex jagħti appoġġ akbar lill-ħaddiema li jkunu batew il-konsegwensi ta’ bidliet strutturali kbar fil-mod ta’ kif isir il-kummerċ dinji kif ukoll biex jassisti l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fi ħdan il-limitu annwali ta’ EUR 500 miljun.

    (3)

    Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-vetturi, fid-29 ta’ Diċembru 2008. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta’ EUR 2 694 300.

    (4)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta’ EUR 690 000 mill-Fond għall-assistenza teknika skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

    (5)

    Għalhekk, il-Fond għandu jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni li Spanja ressqet kif ukoll biex jindirizza l-ħtieġa għal assistenza teknika,

    IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 3 384 300 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Strasburgu, is-6 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KOHOUT


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


    Top