This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0377
2009/377/EC: Commission Decision of 5 May 2009 adopting implementing measures for the consultation mechanism and the other procedures referred to in Article 16 of Regulation (EC) No 767/2008 of the European Parliament and of the Council concerning the Visa Information System (VIS) and the exchange of data between Member States on short-stay visas (VIS Regulation) (notified under document number C(2009) 2359)
2009/377/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Mejju 2009 li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u proċeduri oħra msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2359)
2009/377/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Mejju 2009 li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u proċeduri oħra msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2359)
ĠU L 117, 12.5.2009, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
12.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Mejju 2009
li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u proċeduri oħra msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2359)
(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż biss huma awtentiċi)
(2009/377/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 45(2)(e) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 jipprovdi regoli dwar l-użu tal-VIS għall-konsultazzjoni u għat-talbiet għal dokumenti. Bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament VIS, il-miżuri għandhom ikunu adottati biex jiġu stabbiliti r-regoli għall-iskambju tal-messaġġi trażmessi bl-infrastruttura tal-VIS (Speċifikazzjonijiet tal-VIS Mail). Dawn il-messaġġi ma għandhomx ikunu reġistrati fil-VIS u d-dejta personali li hi trażmessa għandha tintuża biss għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali tal-viża u għall-kooperazzjoni konsulari. |
(2) |
Soġġetti għal aktar miżuri adottati sad-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS dwar l-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tekniċi tan-Netwerk ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen, l-Ispeċifikazzjonijiet għall-VIS Mail għandhom jiddefinixxu erba’ tipi ta’ messaġġi li jistgħu jintużaw mill-bidu tal-operati tal-VIS sad-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS. Dawn għandhom jinkludu messaġġi relatati mal-kooperazzjoni konsulari (l-Artikolu 16(3) tar-Regolament VIS), messaġġi relatati mat-trażmissjoni ta’ talbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-viża biex jgħaddu kopji ta’ dokumenti ta’ vjaġġ u dokumenti oħra li jakkumpanjaw l-applikazzjoni u mat-trażmissjoni ta’ kopji elettroniċi ta’ dawk id-dokumenti (l-Artikolu 16(3) tar-Regolament VIS), messaġġi li d-dejta pproċessati fil-VIS mhumiex eżatti jew messaġġi li d-dejta li kienu pproċessati fil-VIS, bil-kontra tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament VIS (l-Artikolu 24(2) tar-Regolament VIS) u messaġġi li applikant ikun kiseb iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru (l-Artikolu 25(2) tar-Regolament VIS). |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-13 ta’ Ottubru 2008 d-Danimarka ddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi Daniża. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jorbot lid-Danimarka fil-liġi internazzjonali. Għalhekk, id-Danimarka għandha obbligu li timplimenta din id-Deċiżjoni f’konformità mal-liġi internazzjonali. |
(4) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2), ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tar-Regolament KE Nru 767/2008 u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu għaliex dan jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(5) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3), l-Irlanda ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu għaliex dan jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, l-Irlanda mhix destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. |
(7) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċertu arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5). |
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE dwar il-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim għan-nom tal-Komunità Ewropea (6). |
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li taqa’ taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7). |
(10) |
Il-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat li hu stabbilit bl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (8), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u l-proċeduri l-oħra msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għall-fażi mill-bidu tal-operat tal-VIS sad-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblka tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Olanda, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(8) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
ANNESS
1. Introduzzjoni
Il-mekkaniżmu tal-VIS Mail Communication għandu jkun bbażat fuq l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li jippermetti t-trażmissjoni ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-infrastruttura tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS).
Id-dejta personali trażmessa f’dan il-mekkaniżmu skont l-Artikolu 16 tar-Regolament VIS għandha tintuża biss għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali tal-viża u għall-kooperazzjoni konsulari.
L-evoluzzjoni rispettiva tal-VIS Mail u tal-VISION timplika proċess li jinvolvi għadd ta’ fażijiet kif imfisser hawn taħt:
Qabel mal-VIS isir operattiv, il-VISION għandu jkun l-uniku netwerk ta’ komunikazzjoni għall-konsultazzjonijiet dwar il-viżi (1).
Fil-Fażi 1, mill-bidu tal-operati tal-VIS, il-mekkaniżmu tal-VIS Mail jista’ jintuża għal trażmissjoni għat-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:
— |
Messaġġi relatati mal-kooperazzjoni konsulari, |
— |
Talbiet għad-dokumenti ta’ sostenn, |
— |
Messaġġi dwar dejta li mhix eżatta, |
— |
Ċittadinanza ta’ Stat Membru li nkisbet minn applikant. |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament VIS dwar l-użu tal-VIS Mail għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ kooperazzjoni konsulari u talbiet għal dokumenti ta’ sostenn (l-Artikolu 16(3)), għall-emenda ta’ dejta (l-Artikolu 24(2)) u għat-tħassir minn qabel ta’ dejta (l-Artikolu 25(2)) huma applikabbli fil-Fażi 1. Il-mekkaniżmu tal-VIS Mail, inklużi l-mail relay ċentrali u l-mail servers nazzjonali, għandu jkun implimentat fil-każ li mill-inqas Stat Membru wieħed ikollu l-ħsieb li juża l-mekkaniżmu fil-Fażi 1 biex ikun żgurat li dan l-Istat Membru jkun kapaċi li jittrażmetti dawn il-messaġġi (2). Matul il-Fażi 1 tal-operat tal-VIS Mail, il-VISION għandu jintuża b’mod parallel.
Fil-Fażi 2, meta l-uffiċini kollha li joħorġu l-viża ta’ Schengen huma konnessi mal-VIS, il-mekkaniżmu tal-VIS Mail għandu jieħu post in-Netwerk ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen mid-data stabbilita f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament VIS. Minn din id-data, it-tipi kollha ta’ messaġġi għandhom ikunu skambjati permezz l-infrastruttura tal-VIS permezz tal-mekkaniżmu tal-VIS Mail.
2. L-Infrastruttura għall-Iskambju tal-Posta (Mail Exchange) SMTP
L-iskambju tal-posta SMTP għandu juża l-infrastruttura tal-VIS, li tinkludi interfaces nazzjonali u n-netwerk sTESTA, u għandu jkun bbażat fuq mail servers nazzjonali li jagħmlu skambju ta’ messaġġi permezz tal-infrastruttura tal-mail relay ċentrali.
L-infrastruttura tal-mail relay ċentrali għall-SMTP għandha tkun żviluppata u installata fl-Unità Ċentrali tal-VIS u fis-siti tal-Unità Ċentrali ta’ Riżerva. L-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-mail relay, inkluż l-illoggjar, għandhom ikunu pprovduti mill-Awtorità tal-Amministrazzjoni.
L-infrastruttura nazzjonali tas-server għall-SMTP għandha tkun ippreparata mill-Istati Membri. L-infrastruttura nazzjonali tas-server għall-posta għandha tkun protetta minn aċċess mhux awtorizzat lill-messaġġi.
3. Soluzzjoni tal-Applikazzjoni
L-operati tal-VIS Mail għandhom jibdew fil-Fażi 1 bi proċessi ta’ natura operattiva li huma żviluppati billi tkun ikkunsidrata s-soluzzjoni teknika tal-VISION biex ikun żgurat trasferiment bla xkiel bejn il-Fażi 1 u Fażi 2 meta l-VIS Mail tissostitwixxi lill-VISION.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddiskrivu l-funzjonalitajiet tal-mekkaniżmu tal-VIS Mail għandhom ikunu mingħajr preġudizju lill-aspetti legali tal-kooperazzjoni konsulari u l-proċeduri rigward il-viża.
(1) Dan in-netwerk jintuża għall-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri, inkluża r-rappreżentazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar viża b’validità territorjali limitata (VLTV) li nħarġet diġa.
(2) Il-fatt li l-mekkaniżmu tal-VIS Mail jista’ jintuża jirrigwarda l-użu fakultattiv tal-mekkaniżmu nnifsu, mhux id-disponibbiltà tal-għodda, li mbagħad jiġi obbligatorju.