This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0356
Political and Security Committee Decision Atalanta/2/2009 of 21 April 2009 on the acceptance of third States’ contributions to the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/2/2009 tal- 21 ta' April 2009 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/2/2009 tal- 21 ta' April 2009 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
16/12/2011
|
30.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ ATALANTA/2/2009
tal-21 ta' April 2009
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/356/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi,
Billi:
|
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE laqqa’ l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forzi fis-17 ta' Novembru 2008, is-16 ta' Diċembru 2008 u d-19 ta' Marzu 2009. |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet dwar kontribut min-Norveġja mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-UE (EUMC), il-kontribut min-Norveġja għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontributi ta' Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forzi, il-kontribut min-Norveġja huwa b'dan aċċettat għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta).
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ April 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
I. ŠRÁMEK