EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0341

2009/341/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Ġunju 2008 Dwar l-għajnuna mill-istat C 9/08 (ex NN 8/08, CP 244/07) implimentata mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta’ Sachsen LB (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2269) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 104, 24.4.2009, p. 34–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/341(1)/oj

24.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2008

Dwar l-għajnuna mill-istat C 9/08 (ex NN 8/08, CP 244/07) implimentata mill-Ġermanja għar-ristrutturar ta’ Sachsen LB

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2269)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/341/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, speċjalment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, speċjalment l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li sejħet il-partijiet ikkonċernati kollha biex jieħdu pożizzjoni skont l-Artikoli msemmija (1) u biex tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURI

(1)

Il-każ imur lura għal talba ta’ informazzjoni, li ġiet mitluba uffiċjalment lill-Ġermanja fil-21 ta’ Awwissu 2007. Permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Jannar 2008 il-Ġermanja ddikjarat il-miżuri għal raġunijiet ta’ sigurtà legali bħala “mhux għajnuna”, u spjegat bħala prekawzzjoni, li l-miżuri għandhom jiġu meqjusa f’kull każ bħala għajnuna għas-salvataġġ jiġifieri għar-ristrutturar mill-ġdid konformi mas-suq kommuni.

(2)

Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha, li minħabba il-miżuri, hi kienet ser tibda l-proċeduri skont l-Artikolu 88 paragrafu 2 tat-Trattat tal-KE.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċeduri formali għall-verifikazzjoni (minn issa 'il quddiem imsejjħa “id-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri” ġiet ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni titlob lil partijiet konċernati, biex jieħdu pożizzjoni dwar l-għajnuna.

(4)

Wara l-bidu tal-proċeduri formali għall-verifikazzjoni, il-Ġermanja ħadet pożizzjoni fit-28 ta’ Marzu 2008 u fl-10, 16, 23 u 30 t’April 2008. Fis-16 ta’ April 2008 kien hemm qbil dwar din il-pożizzjoni minn pajjiż terz. Hawnhekk il-Ġermanja esprimiet lilha nnifisha permezz tal-ittra tat-30 t’April 2008.

(5)

Ġew organizzati numru ta’ laqgħat u telekonferenzi regolari mal-Ġermanja, mal-benefiċjarju u mal-bank reġjonali ta’ Baden-Württemberg (minn issa 'il quddiem imsejjaħ “LBBW”)

2.   INTRODUZZJONI

(6)

Il-każ preżenti jmur lura għall-kriżi subprime Amerikana li għada għaddejja s’issa, li ġibdet magħha l-clearing house tal-bank reġjonali ta’ Sachsen u speċjalment wieħed mill-conduits finanzjarji tiegħu, Ormond Quay.

(7)

Conduit, anke entità bi skopijiet speċjali (mezz għal skopijiet speċjali) jew kif msejjħa mezz ta’ investiment (mezz għal investimenti speċjali – SIV), hija kumpanija (normalment tip ta’ kumpanija b’reponsabiltà limitata jew f’ċerti każijiet negozji bi sħab b’responsabiltà limitata), li ġiet imwaqqfa b’miri speċifiċi, definiti u temporanji, biex normalment jinqatgħu riskji finanzjarji (normalment falliment, iżda kultant anke riskju fiskali jew regolatorju). F’dak li għandu x’jaqsam mas-SIV kollox reġa’ mar lura għal li kien, għaliex hi hija off-balance u m’għandix għalfejn tiġi kkonsolidata minn banek. Għalhekk banek ikunu jistgħu jiffinanzjaw krediti b’rati, li huma aktar baxxi minn tagħhom (għaliex huma stess huma marbuta ma’ rati ta’ likwidazzjoni marbuta mas-sorveljanza legali tal-bank). L-entità bi skopijiet speċjali tiffinanzja mill-ġdid investimenti f’asset-backed secutirties (“asset-backed securities”, minn issa 'il quddiem imsejjħa “ABS”), fejn hi tiġbor flus fis-suq għal commercial papers (3) (“Commercial Papers”, minn issa 'il quddiem imsejjħa “CP”). Kull nuqqas ta’ likwidità fl-entità bi skopijiet speċjali (jekk is-CP kollha ma jiġux mibjugħa) jiġi kumpensat b’limiti tal-kreditu disponibbli ta’ banek kummerċjali.

(8)

Sachsen LB tiffinanzja aktar lill-entità għal skopijiet speċjali Ormond Quay Investments permezz ta’ ABS, li jinkludu ukoll titoli b’garanzija fuq ipoteki Amerikani. Biex tiġi koperta aktar il-likwidità meħtieġa tal-conduits, f’każ li l-banek kummerċjali jwaqqfu l-limitu tal-kreditu disponibbli, Sachsen LB ikollha tiggarantixxi il-likwidità ta’ Ormond Quay u tipprovdi faċilitajiet speċjali għal-likwidità. Biex taddatta ruħha għal dan ir-riskju Sachsen LB tirċievi reċiprokament il-profitt żejjed akkwistat mill-entità għal skopijiet speċjali bħala ħlas. Mill-finanzjament tal-investimenti ABS bi profitt għoli għal żmien twil, Ormond Quay qed timmira għal profitti konsiderevoli aktar minn dawk ta’ CP b’rata ta’ interessi baxxi għal żmien qasir.

(9)

Minħabba l-kriżi subprime Amerikana, il-kondizzjonijiet tas-suq marru għall-agħar. Mal-mixja ta’ din il-kriżi l-akbar tliet aġenziji tar-rating niżżlu l-grad ta’ parti kbira tat- titoli b’garanzija fuq ipoteki s’issa klassifikati b’A + sa BB parzjalment anke għal CCC minħabba il-kwoti għall-infurzar għal nuqqas fi proftti u għafis, li immedjatament niżżlet il-valur tal-ABS. Meta wieħed jikkunsidra dan l-ambjent fis-suq il-hedge funds investituri istituzzjonali jirrifjutaw li jkomplu jinvestu f’CP b’garanzija fuq ipoteki. L-entitajiet għal skopijiet speċjali riżultat ta’ dan ma kinux aktar fil-pożizzjoni li jissellfu flus għal CP b’sigurtà ta’ ħlas għal żmien qasir.

(10)

Ormond Quay kienet marret finanzjarjament ħażin minħabba dan l-iżvilupp. Barra dan il-banek kummerċjali naqqsu il-limitu tal-kreditu disponibbli, b’tali mod li Ormond Quay ġiet kostretta, li tieħu l-faċilità tal-likwidità ta’ Sachsen LB. Meta f’Awwissu tal-2007 Ormond Quay ma setgħetx tiffinanzja mill-ġdid, il-ħtieġa tal-likwidità kienet sa EUR 17,1 biljun. Sachsen LB ma’ setgħetx tipprovdi l-faċilitajiet ta’ krediti mifthema. Peressi li bejgħ b’emerġenza ta’ titoli (4) taħt dawn il-kondizzjonijiet ħżiena tas-suq kien ifisser telf kbir għall-Sachsen LB u fl-aħħar kien iwassal għall-falliment tal-bank, ġew meħuda diversi miżuri.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

3.1.   IL-BENEFIĊJARJI

(11)

Il-benefiċjarju huwa Sachsen LB. Persuni li għandhom ishma f’Sachsen LB kienu marbuta mal-istat ta’ Sachsen (madwar 37 %) kif ukoll mal-grupp finanzjarju Sachsen-Finanzgruppe (minn issa 'il quddiem imsejjaħ “SFG”, madwar 63 %), mat-tmien banek tat-tfaddil ta’ Sachsen li jaħdmu flimkien ma’ Sachsen LB fuq skala nazzjonali taħt saqaf wieħed ta’ ishma. 77,6 % tal-popolazzjoni ta’ Sachsen u 22,4 % tal-istat ta’ Sachsen għandhom ishma fl-SFG.

(12)

FI-2006 Sachsen LB kellu is-somma ta’ kontijiet ikkonsolidati ta’ EUR 67.8 biljun u kapital ta’ EUR 880 miljun. Sachsen LB kien il-bank ċentrali tal-banek tat-tfaddil ta’ Sachsen. Bħala bank kummerċjali Sachsen LB kien jagħmel tranżazzjonjiet bankarji ta’ kull tip. Sachsen LB Europe plc (minn issa 'il quddiem imsejjħa “Sachsen LB Europe”) kienet mija fil-mija kumpanija sussidjarja ta’ Sachsen LB ibbażata f’Dublin. Bħala kumpanija li toffri servizzi għal investimenti finanzjarji strutturati kienet sa nofs is-sena 2007 l-akbar sors ta’ profitt għal Sachsen LB-Gruppe.

(13)

Sat-18 ta’ Lulju 2005 għal Sachsen LB kien għadhom jgħoddu garanziji statali mingħajr limiti fil-qasam ta’ piżijiet fuq istituzzjonijiet oħra u ta’ istituzzjonijiet legali għall-ġbir ta’ djun f’każ ta’ falliment, li wara ġew aboliti fuq bażi ta’ ftehim bejn il-Ġermanja u l-Kummissjoni. Wara ftehim I tas-17 ta’ Lulju 2001 ishma ta’ obbligazzjoni ġodda setgħu joħorġu bħala protezzjoni ta’ assi (hekk imsejjħa “Grandfathering”) għal żmien tranżitorju sat-18 ta’ Lulju 2005 bil-perjodu tal-validità sal-31 ta’ Diċembru 2015 bi protezzjoni permezz ta’ istituzzjonijiet legali għall-ġbir ta’ djun f’każ ta’ falliment (5).

(14)

Fis-26 t’Ottubru 2007 il-forma legali tal-kumpanija Sachsen LB ġiet mibdula minn istituzzjoni tal-liġi pubblika għal korporazzjoni.

(15)

Fis-26 t’Awwissu 2007 Sachsen LB ġie mibjugħ lil LBBW b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008. Wara li LBBW ħa il-kontroll fis-7 ta’ Marzu 2008, Sachsen LB ġie integrat ma’ LBBW.

3.2.   IX-XERREJJA TAL-BENEFIĊJARJI

(16)

Il-Bank reġjonali tal-istat ta’ Baden-Württemberg (LBBW) huwa kemm bank universali kif ukoll bank kummerċjali. Flimkien mal-BW-Bank; il-bank reġjonali tagħha għal tranżazzjonjiet privati u ta’ intrapriżi, huwa joffri l-għażla kollha ta’ prodotti bankarji. L-LBBW jiffunzjona ukoll bħala bank ċentrali għal banek tat-tfaddil ta’ Baden-Württemberg. Huwa jiffunzjona ukoll bl-istess mod għal banek tat-tfaddil ta’ Rheinland-Pfalz flimkien mal-bank reġjonali ta’ Rheinland-Pfalz, li hu ħa l-kontroll tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2005.

(17)

Il-mudell tal-LBBW, li issa ġie estiż għal Sachsen, huwa bbażżat fuq banek li għandhom għeruq lokali, li jikkonċentraw fuq tranżazzjonjiet ta’ intrapriżi medji u żgħar u fuq tranżazzjonjiet privati (BW-Bank għal Baden-Württemberg, RP-Bank għal Rheinland-Pfalz u issa Sachsen Bank għal Sachsen), u fuq funzjonijiet ċentralizzati fi Stuttgart, li jinvolvu wkoll fergħa tal-LBBW f’Sachsen u f’Rheinland-Pfalz.

3.3.   IL-MIŻURI

(18)

Bħad-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri (6) deskritta fid-dettal, il-kriżi subprime Amerikana li għadha għaddejja s’issa ġibdet magħha lill-Sachsen LB, speċjalment minħabba il-Conduit Ormond Quay li hija off-balance, li ma kinitx fil-pożizzjoni, li tiffinanzja mill-ġdid lilha nnfisha, u biex jiġi evitat il-bejgħ b’emerġenza, kellha likwidità meħtieġa ta’ EUR 17,1 biljun.

3.3.1.   IL-FAĊILITA GĦAL-LIKWIDITÀ

(19)

Fid-19 ta’ Awwissu 2007 numru ta’ banek (“bank pool”), magħmul minn għaxar banek reġjonali Ġermaniżi u mid-DekaBank kontrollat taħt il-liġi pubblika mill-banek reġjonali Ġermaniżi u mid-DSGV iffirmaw trattat għall-ippuljar, li bih il-pool banks ġew obbligati, li jixtru is-CP maħruġa mill-Ormond Quay għal valur ta’ EUR 17,1 biljun jekk dawn ma jkunux jistgħu joħorġu fis-suq (“obbligu ta’ xiri”).

(20)

Kull pool bank kellu jakkwista is-CP ekwivalenti f’ismu u għall-ispejjeż tiegħu. Id-djun flimkien ġew eliminati. Id-DekaBank ħa l-kontroll ta’ madwar […] (*) tal-volum tas-CP. Il-bqija ġew meħuda mill-banek l-oħra, fejn it-tqassim kien konformi mal-kobor u d-dejta bażika ta’ kull bank individwali. Skond l-informazzjoni disponibbli għal Ġermanja il-bank pool issottometta offerti għal CP ta’ massimu ta’ EUR […] sa Jannar tal-2008.

(21)

Għax-xiri tas-CP, il-pool banks irċevew bħala kumpens rata ta’ interessi għar-referenza determinata (EURIBOR kif ukoll LIBOR, it-tnejn skont l-oriġini ta’ tal-assi u […] punti bażiċi.) Il-maturita tas-CP ma kelliex taqbeż ix-xahar. It-trattat tal-ippuljar kien limitat għall-perjodu ta’ sitt xhur. L-obbligu tax-xiri kien biss għas-CP, li għalih investimenti minn investituri oħra li mhumiex il-pool banks ma kinux possibbli.

(22)

Waqt li f’Awwissu tal-2007 id-domanda għal CP garantiti permezz ta’ ipoteki ġiet kompletament imwaqqfa u għal dawn it-tip ta’ investimenti ma kien fadal l-ebda suq li jiffunzjona, bil-mod il-mod is-sitwazzjoni bdiet ġejja 'il quddiem. Minn Ottubru 2007 ftit investituri barra mit-trattat għall-ippuljar u l-kondizzjonijiet miftehma fih jiġifieri għall-ħlas ta’ inqas minn […(50-100)] punti bażiċi xtraw CP mill-ġdid (speċjalment […(banek, li huma fis-settur pubbliku)]) b’tali mod li t-trattat għall-ippuljar tilef l-iskop oriġinali tiegħu. It-trattat għall-ippuljar spiċċa fit-23 ta’ Frar 2008.

3.3.2.   IL-BEJGĦ TA’ SACHSEN LB

(23)

Sachsen LB beda sa mill-2005 ifittex għal sieħeb strateġiku, speċjalment fost il-banek reġjonali l-oħra (7). B’riżultat tan-negozjati minn qabel, in-negozjati dwar il-bejgħ ta’ Sachsen LB fit-23 ta’ Awwissu 2007 saru malajr, jiġifieri ġimgħa biss wara l-iffirmar tat-trattat għall-ippuljar, kif jidher fid-dettal fid-deċizjoni għall-bidu ta’ proċeduri (8), li rreġistrat telf ta’ EUR 250 miljun għal Sachsen LB. Peress li t-telf għal settijiet ta’ investiment finanzjarji strutturati ta’ Sachsen LB wassal għal aktar konsum ta’ kapital, li sa ċertu punt kellu l-konsegwenza, li ż-żamma mal-linji ta’ gwida regolatorji tal-bank dwar riżorsi kapitali bħala servizzi bankarji ma ġietx aktar garantita, is-sidien tal-ishma ta’ Sachsen LB kellhom isibu soluzzjoni sostennibbli għall-ekonomija. Għalhekk tmexxew taħditiet esploratorji ma’ dawk interessati għall-akkwist ta’ Sachsen LB, li warajhom saru negozjati intensivi ma’ ħafna partijiet interessati.

(24)

Fl-aħħar LBBW ħadet il-bejgħ b’tender, għaliex huwa ssottometta l-aħjar offerta għall-ekonomija Ġermaniża. Għal-LBBW kien hemm interess kummerċjali speċjali, li permezz tal-akkwist ta’ Sachsen LB ma tkabbarx biss ir-rappreżentanza tagħha fis-suq ta’ Sachsen biss, iżda speċjalment anke f’dak tal-Ewropa tal-Lvant b’mod konsiderevoli.

(25)

Fis-26 ta’ Awwissu 2007 ġie ffirmat kuntratt (“konvenju”) dwar il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW għall-1 ta’ Jannar 2008. Wara dan il-konvenju il-prezz tal-bejgħ kellu jiġi determinat minn persuna kompetenti indipendenti skont evalwazzjoni, li kellha tiġi trattata wara s-soluzzjoni kif mistennija tal-kriżi tas-suq finanzjarju fl-aħħar tal-2007. Fil-kuntratt ġie determinat il-prezz minimu tal-bejgħ ta’ EUR 300 miljun fil-forma ta’ ishma għal-LBBW. Barra dan ġiet inkluża klawsola ta’ addattament fil-kuntratt, f’każ li l-kwota tal-kapital ċentrali taqa’ taħt valur marġinali partikulari.

(26)

Barra dan fil-konvenju ffirmat hemm ukoll, li l-LBBW għandu jħallas lis-sidien tal-ishma ta’ Sachsen LB pagament bil-quddiem ta’ EUR 250 miljun, li dawn jidħlu f’Sachsen LB, biex ikopru t-telf. Din is-somma kienet biżżejjed għall-Ġermanja, biex tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ riżorsi kapitali għal regolamenti bankarji u possibilment tiġbor it-telf li ġej.

(27)

Fiż-żmien tal-bejgħ il-partijiet tal-kuntratt ħadu azzjoni bis-suppożizzjoni, li l-kriżi kienet ser tkun solvuta malajr. Bis-supożizzjoni, li s-swieq sal-aħħar tas-sena kienu ser jerġgħu jiġu għan-normal, l-LBBW ma ħa l-ebda prekawzzjoni għas-settijiet ta’ investimenti strutturati ta’ Sachsen LB u ried jieħu l-kontroll tas-sett ta’ investimenti. Speċjalment ġie preżunt, li l-problemi ta’ Ormond Quay ser jissolvew waħedhom u l-kumpanija għal skopijiet speċjali imbagħad terġa tiffinanzja ruħha fis-suq.

(28)

Fl-aħħar tal-2007 tfaċċaw aktar riskji marbuta mas-sett ta’ investimenti strutturat ta’ Sachsen LB. Qabel il-konklużjoni tal-bejgħ is-sitwazzjoni fis-swieq finanzjarji kompliet tmur għall-agħar, b’tali mod li kkawwżat problemi speċjalment għal Ormond Quay, għaliex l-evalwazzjoni ta’ suq ma suq ieħor (9) tal-assi tagħha turi telf ta’ madwar EUR […(0,5-1,5)] biljun.

(29)

Dan poġġa fil-periklu l-bejgħ definittiv tal-bank, għaliex il-kwota tal-kapital ċentrali kienet possibilment waqgħet taħt il-valur marġinali. L-iżvalutazzjoni ta’ suq ma suq kellha tidher bħala telf fil-bilanċ u wasslet għal tnaqqis fil-kapital ċentrali. Kien hemm il-biża’, li l-kwota tal-kapital ċentrali ta’ Sachsen LB taqa’ taħt […] %, li jfisser, li l- LBBW seta’ jinsisti fuq negozjati ġodda għall-bejgħ.

(30)

Anke li kieku l-kundizzjonijiet tas-suq kellhom jittranġaw minn Awwissu (10) 'il quddiem u l-bejgħ tal-assi kien ikun possibbli, l-LBBW la kien fil-pożizzjoni u lanqas lest li jieħu dan it-tip ta’ telf mark-to-market daqshekk qawwi. Biex il-bejgħ jiġi konkluż, kellha tinstab soluzzjoni, li setgħet tevita li dan it-telf iniżżel il-valur ta’ Sachsen LB. Inkella l-LBBW kien jkollu jieħu b’żieda mal-prezz minimu ta’ EUR 300 miljun negozjat f’Awwissu anke dan it-telf.

(31)

Wara negozjati intensivi il-bejgħ ġie deċiż b’kuntratt definnitiv u rrevokabbli; il-“benchmark agreement” iffirmat fit-13 ta’ Diċembru 2007. Il-bejgħ kien possibbli fl-aħħar mill-aħħar minħabba l-fatt, li l-konsolidazzjoni tat-telf mark-to-market mill-kumpanija għal skopijiet speċjali ta’ Sachsen LB ġiet evitata u l-LBBW ġie protett mill-kumpanija għal skopijiet speċjali minn telf possibbli, li seta’ inqala’, jekk l-assi fis-sett tal-investimenti jibqgħu jinżammu sal-maturità tagħhom. Alternattivament seta’ per eżempju jiġi kkunsidrat, li qabel il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW it-telf mark-to -market jiġi konsolidat u konformi mal-kapital addizzjonali tal-propjetarji ta’ Sachsen LB (Valur stmat: EUR […(0,5-1,5)] biljun). Minflok jieħu t-telf mark-tu-market, l-istat ta’ Sachsen prefera, jagħmel garanzija statali għal sett ta’ investimenti b’ investimenti strutturati.

(32)

F’dan il-kuntratt konlussiv l-investimenti strutturati ġew kollha mniżżla u maqsuma f’żewġ settijiet ta’ investimenti. Biex tiġi evitata konsolidazzjoni tal-investimenti strutturati fl-LBBW, is-sett ta’ investimenti ġie maħruġ għall-valur kif imniżżel fil-kotba ta’ EUR 17,5 biljun (11) mal-bejgħ. Dawn il-pożizzjonijiet fis-suq tal-kapital ġew trasferiti f’mezz ta’ investiment ġdid għalih (l’hekk imsejjaħ “Super-SIV”), sabiex investimenti strutturati f’settijiet ta’ investimenti (12) li jeħtieġu finanzjament mill-ġdid ta’ madwar EUR 11,8 biljun biss baqgħu għand Sachsen LB u għalhekk ġew mibjugħa lil-LBBW. Bħala ilqugħ għal riskji għal dawn ammont ta’ EUR 500 miljun ġew imnaqqsa mill-prezz tal-bejgħ.

(33)

Is-Super-SIV ġiet imwaqqfa, biex settijiet ta’ investimenti strutturati jiġu pprivatizzati b’valur mark-to-market żgħir qabel il-bejgħ minn Sachsen LB u jinżammu sal-maturità tagħhom. Għat-trasferiment tas-sett ta’ investimenti fis-Super-SIV kellu jiġi maħsub finanzjament mill-ġdid. Dann ġie magħmul parzjalment mill-LBBW (porzjon subordinat) u parzjalment mill-banek reġjonali l-oħra (porzjon antiċedenti). Biex tiġi evitata konsolidazzjoni tas-Super-SIV fil-bilanċ tal-LBBW, l-ishma tal-LBBW kellhom jibqgħu taħt il-50 %. Wara negozjati intensivi il-banek reġjonali ħadu l-kontroll ta’ 50 % tal-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV, iżda għamlu l-kundizzjoni, li l-finanzjament tagħhom f’każ ta’ telf tal-finanzjament jiġi klassifikat qabel l-LBBW. L-LBBW min-naħa tiegħu talab garanzija lill-istat ta’ Sachsen, li tkopri it-telf potenzjali jekk jiġri fir-realtà, biex ir-riskju tiegħu jiġi limitat għal riskju normali ta’ negozju. It-tir kien, li jiġi protett is-sett ta’ investimenti minn telf possibbli, jekk hu jinżamm sal-maturità tiegħu. Dan it-telf ikun jaqbel mar-risku ta’ defiċit. L-istat ta’ Sachsen finalment iddikkjara lilu nniffsu lest, li jagħmel provvediment ta’ garanzija massima ta’ EUR 2,75 biljun għal telf mis-Super-SIV. Dan l-ammont ġie determinat wara negozjati intensivi bejn l-LBBW u l-istat ta’ Sachsen fuq bażi ta’ rapporti minn banek tal-investiment, wara l-istima tagħhom li r-risjku ta’ defiċit għal banek li jiffanzjaw mill-ġdid ikun ixaqleb lejn iż-żero (13).

(34)

Barra dan fil-“benchmark agreement” ġie determinat ħlas ta’ garanzija ta’ […] % fis-sena tal-ammont massimu mhux minsus, li wara li jgħaddu erba’ snin mill-perjodu tal-maturità tal-garanzija jiġi mnaqqas b’terz tal-ħlas tal-bidu u wara seba’ snin tal-perjodu tal-maturità tal-garanzija jitnaqqas b’terz ieħor tal-ħlas tal-bidu. Dan ifisser EUR […(> 90)] miljun f’għaxar snin, jekk il-garanzija ma tiġix minsusa.

(35)

Kif imsemmi qabel is- Super-SIV ġie finanzjat f’żewġ porzjonijiet. L-ewwel porzjon ta’ kważi 50 % (madwar EUR 8,75 biljun) ġie finanzjat mill-LBBW; it-tieni porzjon ta’ 50 % (madwar EUR 8,75 biljun) ġie provvist minn istituzzjonijiet tal-kreditu, li huma parti mir-riserva tas-sigurtà tal-banek reġjonali u tal-clearing house (tip ta’ responsabilità flimkien tal-istituzzjonijiet membri għas-sigurtà ta’ investimenti u għall-kumpens tal-investitur). Minħabba il-qsim tar-riskji fiż-żewġ porzjonijiet l-LBBW bil-likwidità tagħha tiggarantixxi għal telf massimu ta’ EUR 8,75 biljun, jiġifieri għal ammont li huwa aktar mill-garanzija ta’ EUR 2,75 biljun mogħtija mill-istat ta’ Sachsen. Aktar telf imbagħad jiġi kopert mill-banek reġjonali l-oħra.

(36)

F’Diċembru tal-2007 l-Istat ta’ Sachsen qabbad il-kumpanija tal-verifika Susat & Partner biex tagħmel evalwazzjoni tal-intrapriża Sachsen LB, kif kien imniżżel fil-kuntratt tal-bejgħ. Din stmat il-valur ta’ Sachsen LB għal EUR […] biljun. Fl-istess ħin l-LBBW […] (minn issa 'il quddiem imsejjaħ […]) ta l-inkarigu, biex din l-evalwazzjoni terġa tiġi kkontrollata. […] wasal skont l-analiżi tiegħu għal valur tal-intrapriża ta’ EUR […] biljun. Waqt in-negozjati iż-żewġ partijiet qabblu, fuq valur tal-intrapriża ta’ EUR […] biljun.

(37)

Fil-kuntratt konklussiv il-prezz tal-bejgħ wara t-taxxa ta’ Sachsen LB kien deċiż għal EUR 328 miljun, li kellu jitħallas bi flus kontanti (14). Dan il-prezz kien ibbażżat fuq stima tal-valur tal-intrapriża Sachsen LB għal EUR […], li minnu ġew imnaqqas it-telf tal-2007 ta’ EUR […] miljun għas-sett ta’ investimenti 2 kif ukoll il-kumpens ta’ EUR 500 miljun għat-telf miftiehem għas-sett ta’ investimenti 1 li baqa’ għand Sachsen. Inkluż l-ħlas bil-quddiem ta’ EUR 250 miljun l-LBBW ħallset EUR 578 miljun għall-akkwist ta’ Sachsen LB.

(38)

Bil-finanzjalemt mill-ġdid tas-sett ta’ investimenti strutturati trasferiti fis-Super-SIV l-istituzzjoni legali għall-ħlas ta’ djun tal-istat ta’ Sachsen għal dan is-sett ta’ investimenti spiċċat.

3.4.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

(39)

L-LBBW ħejja pjan ta’ ristrutturar għal Sachsen LB, li jmur lura għaż-żmien tal-bejgħ ta’ Sachsen LB u emendat l-aħħar fid-9 t’April 2008. Skond l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni l-pjan ta’ ristrutturar jinvolvi perjodu ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin, li jibda’ mal-bejgħ ta’ Sachsen LB fl-1 ta’ Jannar 2008 u jispiċċa matul is-sena 2011.

(40)

Skont il-pjan Sachsen LB AG tiġi integrata mal-LBBW, iżda tibqa’ fil-forma ta’ istituzzjoni dipendenti bl-isem ta’ Sachsen Bank. Dan jieħu l-kontroll ukoll tat-tranżazzjonjiet għal intrapriżi u tranżazzjonjiet privati tal-fergħat tal-LBBW f’Sachsen (BW-Bank). Il-bqija tat-tranżazzjonjiet (li ma jaqgħux taħt tranżazzjonjiet għal intrapriżi u tranżazzjonjiet privati) inqatgħu minn Sachsen LB u ġew mogħtija lill-fergħa tal-LBBW f’Sachsen.

(41)

Għalhekk is-Sachsen Bank ħa biss l-kontroll ta’ wieħed miż-żewġ oqsma ta’ servizzi tas-Sachsen LB, jiġifieri t-tranżazzjonjiet kummerċjali u tranżazzjonjiet privati li qabel kienu inqas żviluppati u minnhom flimkien mas-servizzi ekwivalenti tal-BW Bank żviluppa l-qasam l-ġdid ta’ servizzi tiegħu. Is-Sachsen Bank ser ikun bis-saħħa tiegħu stess f’pożizzjoni li jibqa’ kompettitiv ġewwa u barra Sachsen.

(42)

It-tieni qasam ta’ servizzi ta’ Sachsen LB, is-servizzi marbuta mas-suq kapitali, jibqgħu fl-LBBW u jiġu offruti f’Sachsen minn fergħa tal-LBBW. L-LBBW se jieħu ukoll il-funzjoni ta’ back-office u parzjalment jiffunzjona bħala bank ċentrali għal banek tat-tfaddil ta’ Sachsen.

(43)

Il-punt tat-tluq għall-ispezzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar huwa, f’dak li għandu x’jaqsam mal-irkupru ta’ profitt, it-tranżazzjonjiet kummerċjali ta’ Sachsen LB qabel l-integrazzjoni tiegħu mal-LBBW (15). Il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi t-trasferiment tal-ewwel sett ta’ investimenti fis-Super-SIV. Barra dan il-pjan bħala miżura ta’ kumpens jagħmel provvedimenti għall-possibiltà, li l-kumpanija sussidjarja ta’ Sachsen LB li qiegħda f’Dublin (Sachsen LB Europe), li kienet responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni tas-settijiet ta’ investimenti internazzjonali strutturati kollha tiġi likwidata.

(44)

Sachsen LB għalhekk ma jistax jagħmel aktar negozju fis-suq internazzjonali tal-kapital. Is-CP tat-tieni sett ta’ investimenti ta’ EUR 11,8 biljun biss jibqgħu għand LBBW. Stimi tas-sitwazzjoni tal-futur fuq din il-bażi juru, li l-bank ser jirkupra l-profitt tiegħu fi żmien ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin.

(45)

Biex tikkonferma din l-effiċjenza l-Ġermanja ssottomettiet iċ-ċifri bażiċi li ġejjin:

Dħul qabel it-taxxa f’EUR miljuni

(“l-aktar każ gravi”)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

CAGR 2007-2012 (16)

(f’%)

Tranżazzjonjiet kummerċjali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Negozju fis-suq kapitali  (17)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Oħrajn

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Total qabel sinerġiji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Sinerġiji tad-dħul (il-mudell il-ġdid tan-negozju)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Totalinklużi sinerġiji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]


Profitt tal-kumpanija qabel it-taxxa f’EUR miljun

(“l-aktar każ gravi”)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

CAGR 2007-2012

(f’%)

Tranżazzjonjiet għal negozji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Negozju fis-suq kapitali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Oħrajn

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Total qabel sinerġiji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Sinerġiji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Total inklużi sinerġiji

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

(46)

Barra dan il-Ġermanja infurmat, li l-LBBW tikkalkula mill-2009 il-profitabilità tal-fondi ta’ Sachsen LB ta’ […(> 8 %)] % u għas-Sachsen Bank imwaqqaf ġdid ta’madwar [… (> 15 %)] %.

4.   PROĊEDURI FORMALI TAS-SORVELJANZA

4.1.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA’ PROĊEDURI

4.1.1.   IL-FAĊILITÀ TAL-LIKWIDITÀ

(47)

Fid-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri il-Kummissjoni esprimiet objezzjonijiet relatati mal-faċilità tal-likwidità, peress li jidher li Sachsen LB żied vantaġġ selettiv mill-miżuri, għaliex ma kienx probabli, li investitur li jinnegozja f’suq liberu għal Sachsen LB kein jagħmel provvediment għal linja ta’ kreditu bl-istess kondizzjonjiet bħall-bank pool. Il-Kummissjoni iżda m’eskluditx, li din il-miżura tista’ tfisser għajnuna għas-salvataġġ konformi mas-Suq Komuni.

4.1.2.   IL-BEJGĦ TA’ SACHSEN LB

(48)

Barra dan il-Kummissjoni vverifikat, jekk hux il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW kienx jinkludi għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni staqsiet, jekk hux l-istat ta’ Sachsen hux ser jaġixxi bħala investitur li jinnegozja f’suq liberu, peress li l-likwidazzjoni kieku kienet tinvolvi inqas spejjeż milli l-bejgħ bil-garanzija mogħtija, u kienet tal-opinjoni, li l-bejgħ f’dan il-każ ikun jinkludi elementi ta’ għajnuna favur Sachsen LB. Iżda l-Kummissjoni ma kellha l-ebda objezzjoni, li l-prezz tax-xiri huwa baxx wisq u għalhekk jinkludi elementi ta’ għajnuna favur ix-xerrej (il-LBBW). Iżda l-Kummissjoni m’eskluditx, li jekk ikun hemm garanzija din tfisser għajnuna għar-ristrutturar konformi mas-suq komuni, jekk ir-rekwiżiti tad-Direttivi tal-Kommunità dwar għajnuniet statali għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi f’diffikultajiet (18) (minn issa 'il quddiem: “Direttivi”) jiġu miżmuma.

5.   POŻIZZJONIJIET TA’ TERZI PARTIJIET

(49)

Il-parti terza hija tal-opinjoni, li l-garanzija għas-Super-SIV hija għajnuna mill-istat, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ EUR 391 miljun fl-2007 minn LBBW lil Sachsen LB u t-teħid ta’ defiċit annwali ta’ EUR 641.6 miljun huma ukoll għajnuna mill-istat, u l-prezz tax-xiri mħallas minn LBBW lis-sidien kien aktar għoli mill-valur fis-suq ta’ Sachsen LB.

6.   IL-POŻIZZJONI TAL-ĠERMANJA DWAR ID-DEĊIŻJONI GĦALL-BIDU TA’ PROĊEDURI

6.1.   OPINJONI DWAR L-ISTIMA TAL-FAĊILITÀ TAL-LIKWIDITÀ

(50)

Fl-opinjoni tal-Ġermanja il-faċilità tal-likwidità provvista mill-bank pool kienet tkun provvista ukoll minn investitur li jinnegozja f’suq liberu, għaliex il-kumpens, li ħadu l-banek li ppuljaw għall-bejgħ tas-CP maħruġa minn Ormond Quay kien aktar għoli mill-kumpens normali fis-suq u għalhekk konformi mas-suq. Barra dan il- bank pool ma trid tikkumpensa għall-ebda telf li jista’ jsir minn tibdil fil-prezz tas-suq għal titoli miżmuma fil-Conduit (ABS). Anke jekk il-valur tas-suq ikun baxx, ir-riskju ta’ telf huwa żgħir ħafna, u f’każ ta’ titoli, li jibqgħu miżmuma sal-maturità tagħhom, huwa mistenni biss li jkun hemm telf insinjifikanti.

(51)

Barra minn hekk, skont il-Ġermanja il-banek innegozjaw prinċipalment, biex jiġi evitat, li l-fallimenti ta’ wieħed mill-banek tal-istati l-oħra ma joħloqx kriżi għal banek. Huma raw ir-riskju, li jixtru s-CP iżgħar mir-riskju, biex jiġu megħluba l-problemi li l-falliment ta’ Sachsen LB iġib miegħu, speċjalment l-iskema għall-garanzija ta’ depożiti ġiet ikkunsidrata. Barra minn hekk il-Ġermanja saħħet l-argument tagħha, li “benchmarks” tas-suq ikunu jistgħu jiġu determinati b’ipoteka anke fin-nuqqas ta’ suq.

(52)

Jekk il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni, li l-faċilità tal-likwidità fiha elementi ta’ għajnuna, allura skont il-pożizzjoni tal-Ġermanja din xorta waħda tkun tista’ titqies bħala għajnuna ta’ salvataġġ konformi mas-Suq Komuni, għaliex is-CP akkwistati mill-pool huma komparibbli ma’ miżura fil-forma ta’ self, li mhijiex tat-tip strutturali u barra dan limitata għal sitt xhur.

6.2.   OPINJONI DWAR L-ISTIMA TAL-BEJGĦ TA’ SACHSEN LB

(53)

Skont l-opinjoni tal-Ġermanja l-istat ta’ Sachsen waqt il-bejgħ ta’ Sachsen LB innegozja bħala bejjiegħ li jinnegozja f’suq liberu. Il-prezz tax-xiri huwa riżultat tan-negozjati ma’ ħafna xerrejja potenzjali u bbażat fuq evalwazzjonijiet tal-intrapriża, li ġew immexxija minn kumpanija ta’ awdituri skont priniċpji rikonoxxuti, b’tali mod li hu jirrifletti il-valur tas-suq ġust ta’ Sachsen LB. Anke jekk wieħed jikkunsidra l-obbligu ta’ EUR 2,75 biljun dovuti minħabba l-garanzija għas-Super-SIV, is-sidien ta’ Sachsen LB xorta jirrnexxilhom iġibu prezz pożittiv għall-bejgħ ta’ Sachsen LB.

(54)

Il-Ġermanja tirrepeti, li ġew ikkonsultati tliet suppożizzjonijiet ta’ evalwazzjoni, biex jiġi evalwat ir-riskju marbut mal-garanzija għas-Super-SIV. Għall-ewwel suppożiżżjoni ġew stmati skont evalwazzjoni mark-to-market għad-data tal-għeluq tat-30 ta’ Novembru 2007 it-telf potenzjali marbut mal-bejgħ tal-investimenti f’din id-data tal- għeluq ta’ madwar EUR […] biljun. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjonijiet mark-to-market jiġu mgħawwġa minħabba l-fatt, li sa dan iż-żmien la kien hemm suq għal dawn it-tip ta’ investimenti u lanqas l-intenzjoni, li dawn il-pożizzjonijiet tas-suq kapitali jinbiegħu għal dan l-iskop, għaliex dawn għandhom jinżammu sal-maturità tagħhom. Skont it-tieni suppożizzjoni, li hija bbażata fuq evalwazzjoni eżemplari ta’ żviluppi makro-ekonomiċi potenzjali, it-telf mistenni ġie ikkalkulat għal tliet xenarji. Skont dawn it-telf mistenni ammonta għal madwar EUR […(> 800)] miljun (“bad case”), EUR […(< 500)] miljun (“base case”) kif ukoll EUR […(< 200)] miljun (“best case”). Din is-suppożizzjoni ta’ evalwazzjonijiet ġiet żvilupatta mill-LBBW u s-Sachsen LB fuq bażi ta’ mudelli interni eżistenti. It-tielet suppożizzjoni hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet bażiċi tas-suq kapitali. Kważi t-titoli kollha fis-sett ta’ investimenti, skont il-Ġermanja għandhom klassifika AAA (19), u l-ebda wieħed minn dawn it-titoli ma tnaqqsilhom il-valur tagħhom waqt reviżjonijiet ta’ aġenżiji tal-klassifikazzjoni. Bil-probabbiltà ta’ fallimenti kważi xejn, it-telf mistenni tas-sett ta’ investimenti għal titoli klassifikati huwa ukoll kważi xejn.

(55)

Skont il-Ġermanja il-garanzija ta’ EUR 2.75 biljun hija riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet involuti, fejn l-LBBW ried jgħolli l-garanzija kemm jista’ ikun, biex jillimita r-responsabbiltajiet tiegħu, fil-waqt li l-istat ta’ Sachsen prova, jillimita l-garanzija għal minimu.

(56)

Il-Ġermanja issuġġerixxiet, li r-riżultati tat-tliet supożizzjonijiet jiġu sottomessi fiż-żmien tan-negozjati. Il-partijiet li jinnegozjaw qablu fuq l-evalwazzjoni eżemplari (jiġifieri it-tieni supożizzjoni) bħala il-mod adekwat għall-evalwazzjoni tar-riskji koperti bil-garanzija.

(57)

Il-Ġermanja ssottomettiet kalkulazzjonijiet għal diversi xenarji, biex tivverifika, li s-sidien anke f’każ ta’ klejm tal-garanzija fil-“base case” immiraw għal prezz pożittiv għall-bejgħ tal-bank. Hija prattika normali tal-Kummissjoni li tibbaża fuq il-“base case” u mhux fuq xenarji oħra aktar żvantaġġati (20).

(58)

Jekk il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni, li l-bejgħ tal-bank jinkludi fih elementi ta’ għajnuna, allura skont il-Ġermanja dawn xorta waħda skont id-Direttivi jistgħu jitqiesu bħala għajnuna għall-istrutturar konformi mas-Suq Komuni.

(59)

Għal dan l-iskop l-LBBW issottometta il-pjan ta’ ristrutturar imsemmi, li minnu ħareġ, kif il-profitt ta’ Sachsen LB jista’ jerġa’ jiġi rkuprat. Il-Ġermanja targumenta, li l-pjan jinkludi ħafna miżuri interni bħal tnaqqis fil-personal, miżuri għal titjib fil-ġestjoni ta’ riskji, integrazzjoni ta’ segmenti fl-LBBW u standardizzazzjoni ta’ sistemi informatiċi. Barra dan mira importanti tal-pjan tan-negozju hija li titnaqqas id-dipendenza ta’ Sachsen LB fuq il-profitti, li huma immirati għas-suq kapitali u speċjalment fil-qasam tan-negozju “ġestjoni ta’ assi/prodotti strutturati”.

(60)

Il-Ġermanja tkompli targumenta, li l-investimenti ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ Euro, li l-LBBW ħallas għall-akkwist ta’ Sachsen LB, huma ta’ siwi u li l-LBBW għalhekk ser jagħmel l-almu tiegħu, biex jirkupra mill-ġdid il-profitt ta’ Sachsen LB għal żmien twil.

(61)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribut privat, il-Ġermanja hi tal-opinjoni, li il-LBBW u l-banek l-oħra għandhom jagħmlu provvediment għal kontribut personali relevanti għall-valur ta’ EUR [… (madwar 30)] biljun u b’hekk ir-rekwiżiti tad-Direttivi jiġu milħuqa. Is-somma ta’ EUR [… (madwar 30)] biljun hija riżultat tal-ispejjeż għat-twaqqif tas-Super-SIV EUR ([…] miljun), għall-integrazzjoni ta’ Sachsen LB EUR ([…] miljun) u għall-finanzjament tas-sett ta’ investimenti 2 (EUR 17,5 biljun) u tas-sett ta’ investimenti 1 EUR (11,8 biljun).

(62)

Fl-aħħar fl-opinjoni tal-Ġermanja huwa aktar importanti li wieħed jagħti importanza l-bilanċ, li bih Sachsen LB ġie mibjugħ mill-propjetarji tiegħu lil-LBBW. Il-bejgħ jenfasizza x-xewqa komuni għal ristrutturar kontinwu tal-bank. Il-bejgħ ta’ intrapriżi li jsibu ruħhom f’diffikultajiet, huwa pass importanti għar-ristrutturar permanenti tagħhom. Wieħed jista’ jassumi, li intrapriża taħt il-kontroll ta’ bank kbir Ġermaniż stabbilit għandha possibiltà aktar kbira li tibda tagħmel profitt u li dan jiggarantixxi, li l-intrapriża ma terġax tiddependi mill-għajnuna mill-istat. Il-bejgħ għalhekk huwa element ċentrali għar-ristrutturar ta’ Sachsen LB.

(63)

Barra dan l-ebda kumpanija kompettitiva ma ħadet pożizzjoni dwar id-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri tal-Kummissjoni. Il-bejgħ tal-bank għalhekk skont l-opinjoni tal-kompetituri l-oħra ma wassal għall-ebda tfixkil fejn tidħol il-kompetizzjoni.

(64)

Il-Ġermanja iddikjarat bi ftehim mal-LBBW (f’isem il-benefiċjarju tal-għajnuna, Sachsen LB) l-obbligi li ġejjin (21):

(a)

L-ishma ta’ Sachsen LB, li waqt il-proċess tal-integrazzjoni marru għand l- LBBW, jiġu mibjugħa jew likwidati:

Sachsen LB Europe jiġi mibjugħ jew likwidat sal- […]. L-LBBW-Gruppe ma jieħu l-ebda personal ta’ Sachsen LB, jekk mhux obbligat bil-liġi, u fejn jidħol l-personal preżenti ta’ Sachsen LB Europe la joffri kuntratti ta’ xogħol ġodda u lanqas jinnegozja dawn it-tip ta’ kuntratti (22). Dan l-obbligu huwa validu għal perjodu ta’ sentejn wara l-ħruġ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

L-ishma fil-East Merchant GmbH jinbiegħu sal- […].

[…] (23).

(b)

Il-Ġermanja tiggarantixxi, li l-bank ta’ Sachsen, rappreżentat mill-LBBW, fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel tranżazzjonjiet marbuta ma’ klijent bħala propjetarji għall-assistenza ta’ klijenti tagħhom fil-qasam ċentrali tan-negozju tagħhom. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu għaż-żmien prevvist ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin.

(c)

Il-Ġermanja tiggarantixxi, li l-bank ta’ Sachsen, rappreżentat mill-LBBW fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel l-ebda tranżazzjoni internazzjonali marbuta ma’ propjetà immobbli għall-assistenza ta’ klijenti fil-qasam tan-negozju bażiku tagħhom bħala negozju indipendenti. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu għaż-żmien prevvist ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin.

(65)

Il-Ġermanja kkonfermat li […]. Il-Ġermanja targumenta, li n-negozji jħallu profitti u bl-ebda mod m’huma marbuta mal-kriżi subprime li għaddejja bħalissa, li l-kawża tagħha hija ż-żieda ta’ għoti ta’ krediti lil persuni li jissellfu bi dħul li ma jifilħux iħallsu u li huma inqas kredibbli minn persuni li jissellfu ta’ grad ogħla.

(66)

Barra minn hekk il-Ġermanja kkonfermat, li […] (24).

6.3.   OPINJONIJIET DWAR IL-POŻIZZJONI TA’ TERZI PARTIJIET

(67)

Fejn tidħol l-opinjoni ta’ partijiet terzi, il-Ġermanja ppruvat, li l-garanzija għas-Super-SIV mhijiex għajnuna mill-istat, għax is-sidien ta’ Sachsen LB anke meta wieħed iqis l-obbligu potenzjali bħala riżultat tal-garanzija ta’ EUR 2,75 biljun għas-Super-SIV xorta waħda mmiraw għal prezz tax-xiri pożittiv għall-Sachsen LB, u li l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-bini tal-LBBW lill-Sachsen LB fl-2007 u l-ħlas bil-quddiem ta’ EUR 250 miljun mill-LBBW għandhom jitqiesu bħal aparti mill-prezz tax-xiri u għalhekk il-prezz tax-xiri mħallas mill-LBBW lis-sidien kien konformi mal-prezz tas-suq ta’ Sachsen LB. IL-Ġermanja tenfasizza, li kumpens għat-telf ta’ EUR 391 miljun barra mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-bini tal-LBBW lill-Sachsen LB fl-2007 ma setax jingħata.

7.   STIMA TA’ GĦAJNUNA SKOND IL-LIĠI

7.1.   GĦAJNUNA MILL-ISTATEŻISTENTI

(68)

Skont l-Artikolu 87 paragrafu 1 tat-Trattat tal-KE għajnuniet mill-istati jew li ġejjin minn mezzi statali huma ta’ liema tip huma, li permezz tal-benefiċċju jfixklu jew li jistgħu ifixklu l-kompetizzjoni ta’ intrapriżi partikulari, u li jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri, mhumiex konformi mas-Suq Komuni.

(69)

Il-Kummissjoni iżżomm mal-pożizzjoni tagħha fid-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri, li l-ebda wieħed miż-żewġ interventi finanzjarji ma ġew meħuda minn investitur li jinnegozja fis-suq liberu u għalhekk iż-żewġ miżuri huma għajnuna mill-istat.

(70)

F’din is-sitwazzjoni kien jidher, li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri ma kkunsidratx il-liġi tal-kompetizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mil-ġdid permezz tal-LBBW u ingaġġat il-bank pool. Il-konsiderazzjonijiet tagħha qed jiġu spjegati aktar fid-detta fl-aħħar ta’ dan il-Kapitolu.

7.1.1.   IL-FACILITÀ TAL-LIKWIDITÀ

(71)

Id-DekaBank bħal biċċa l-kbira tal-banek reġjonali huwa entità tal-liġi pubblika. Is-sidien tad-DekaBank huma l-banek reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tal-banek reġjonali tat-tfaddil li għandhom nofs kull wieħed. Il-banek reġjonali huma in ġenerali propjetà tal-istat u tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil rispettivi tagħhom. Il-linja ta’ kreditu ta’ EUR 17,1 biljun mogħtija lill-Sachsen LB mill-bank pool hija konsegwentament attribwita mill-istat u tista’ titqies bħala “miżura statali jew miżura minn mezzi statali” fis-sens tal-Artikolu 87 (1) tat-trattat tal-KE (25). Benefiċċju riżultat tal-provvista ta’ mezzi statali jista’ barra minn hekk minħabba l-attività 'il barra mill-fruntieri u internazzjonali ta’ Sachsen LB jaffettwa ukoll il-kompetizzjoni fis-settur tal-banek u jkollu effetti fuq il-kummerċ ġewwa l-Kommunità.

(72)

Barra dan il-Kummissjoni tiddikjara li Sachsen LB huwa attiv 'il barra mill-fruntieri u internazzjonalment, għalhekk benefiċċju riżultat tal-provvista ta’ mezzi statali jista’ barra minn hekk minħabba l-attività 'il barra mill-fruntieri u internazzjonali ta’ Sachsen LB jaffettwa wkoll il-kompetizzjoni fis-settur tal-banek u jkollu effetti fuq il-kummerċ ġewwa l-Kommunità (26).

(73)

Il-Ġermanja ċaħdet il-fatt, li Sachsen LB jiżdidlu vantaġġ selettiv minn din il-miżura. Il-Kummissjoni fakkret, li kull intervent finanzjat permezz ta’ mezzi statali, li minnu tibbenefika intrapriża huwa skont l-Artikolu 87 paragrafu 1 tat-Trattat tal-KE meqjus normalment bħala għajnuna mill-istat, li kieku taħt kundizzjonijiet normali tas-suq liberu investitur li jinnegozja kien jieħu din il-miżura. Id-deċiżjoni marbuta mal-bank pool in kwistjoni li għamlet disponibbli l-likwidità, għandha tissodisfa l-politika ta’ investitur li jinnegozja f’suq liberu, biex elementi ta’ għajnuna mill-Istatjiġi esklużi. Għalhekk jaqbel li jiġi investigat, jekk hux investitur li jinnegozja f’suq liberu kienx jagħmel provvediment tal-linja ta’ kreditu lil Sachsen LB bl-istess kundizzjonijiet bħall-bank pool.

(74)

Il-Kummissjoni tiddikjara, li saż-żmien tal-konklużjoni tal-Kuntratt dwar l-ippuljar prattikament ma’ kien hemm l-ebda domanda għal CP garantiti b’ipoteka u għalhekk l-ebda suq attiv għal dawn it-tip ta’ investimenti. Dan it-tip ta’ nuqqas fid-domanda ma jfissirx li ma kien hemm l-ebda “benchmarks” tas-suq. Il-“benchmark” tas-suq kienet tikkonsisti fil-fatt, li s-CP in kwistjoni f’dak iż-żmien ma kelllhomx valur adekwat fis-suq, li tfisser li s-CP maħruġa minn Ormond Quay, għalkemm ġew klassifikati AAA, ġew imħallsa korrettament u kellhom riskju ta’ fallimenti insinjifikanti, għadu s’issa ma jeżisti l-ebda interess kummerċjali fihom. Għalhekk il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni, li investitur li jinnegozja fis-suq liberu ma kien jagħti l-ebda faċilità tal-likwidità lil Sachsen LB. Il-miżura in kwistjoni hija għalhekk għajnuna mill-istat.

7.1.2.   IL-BEJGĦ TA’ SACHSEN LB

(75)

Il-Ġermanja kkontradixxiet il-fatt, li l-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW jista’ jinkludi fih għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni tibqa’ iżżomm mal-punt tagħha, li l-istat ta’ Sachsen waqt il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW m’aġixxiex bħala investitur li jinnegozja f’suq liberu. Il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW seta’ jinkludi fih żewġ tipi ta’ għajnuna mill-istat: l-ewwel għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tax-xerrej (jiġifieri l- LBBW), jekk ġie aċċettat prezz tax-xiri baxx, u t-tieni għajnuna għall-benefiċċju ta’ Sachsen LB, jekk il-likwidazzjoni kienet issir b’inqas spejjeż, milli l-bejgħ bil-garanzija mogħtija.

(76)

Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-prezz tax-xiri mħallas mill-LBBW huwa konformi mal-valur fis-suq ta’ Sachsen LB, u tiddikjara li l-istat ta’ Sachsen għamel negozjati ma’ ħafna xerrejja potenzjali u fl-aħħar iddeċieda li jbiegħ il-Sachsen LB lil-LBBW. Il-Kummissjoni tirreferi għall-prezz tax-xiri bħala l-prezz tas-suq, jekk il-bejgħ isir riżultat ta’ proċedura ta’ tender pubblika u mhux marbuta ma’ kundizzjonijiet oħra u l-investiment jingħata li dak li joffri l-aktar jew l-uniku wieħed li joffri. Fil-waqt li għal tender immexxi skont ir-regolamenti l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istathija eskluża, li ma jkunx hemm tender ma jfissirx awtomatikament, li hemm għajnuna mill-istat. Fil-każ preżenti il-partijiet fil-kuntratt tax-xiri iddeċidew, li fid-data tal-għeluq tal-31 ta’ Diċembru 2007 issir evalwazzjoni ta’ Sachsen LB, bil-ħsieb, li s-suq finanzjarju ikun stabbilit u evalwazzjoni normali tas-suq tkun tista’ issir. Anke jekk din it-tip ta’ evalwazzjoni ma teskludix awtomatikament il-preżenza ta’ għajnuna mill-istat, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza fil-każ in kwistjoni, li tpoġġi f’dubju l-orjentament tas-suq tat-tranżazzjoni. Fuq bażi tal-informazzjoni provvduta, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda bażi għas-suppożizzjoni, li l-intrapriża ġiet mibjugħa għall-prezz tas-suq. Kif jispjega paragrafu (37), il-valur ta’ Sachsen LB f’Diċembru tal-2007 kien stmat EUR 328 miljun (27); dan huwa l-prezz tax-xiri mħallas mill-LBBW. Barra dan fejn jidħlu proċeduri ta’ sorveljanza formali l-ebda wieħed mill-partijiet terzi meta ġew biex juru l-pożizzjoni tagħhom ma wera dubju dwar kemm hu raġonevoli l-prezz tax-xiri, u l-Kummissjoni ma taf bl-ebda terzi parti, li hi interessata fl-akkwist ta’ Sachsen LB u li kienet lesta li toffri prezz ogħla. Għalhekk il-Kummissjoni iżżomm mal-punt tagħha, li l-bank ġie mibjugħ bil-prezz tas-suq u l-LBBW waqt il-proċess tal-bejgħ ta’ Sachsen LB ma ingħata l-ebda għajnuna mill-istat.

(77)

Barra dan il-Kummissjoni ivverifikat, jekk hux fil-verità Sachsen LB kellu vantaġġ minħabba l-fatt li l-likwidazzjoni kienet tinvolvi inqas spejjeż mill-bejgħ bil-garanzija mogħtija. Il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma jekk hux l-istat ta’ Sachsen kien immira għal prezz tal-bejgħ pożittiv, jiġifieri prezz tal-bejgħ, li huwa ogħla mill-mezzi provvisti mill-istat ta’ Sachsen. Fil-waqt li huwa indisputabbli, li bil-kuntratt tax-xiri oriġinali t’Awwissu 2007, li bħala riżultat tiegħu l-LBBW kellu mill-inqas iħallas EUR 300 miljun kif ukoll somma ta’ flus minn qabel lil Sachsen LB ġie milħuq prezz tax-xiri pożittiv, dan mhuwiex il-każ wara n-negozjati mill-ġdid f’Diċembru, għaliex l-istat ta’ Sachsen ta’ garanzija ta’ EUR 2,75 biljun, u għalhekk laħaq […] % tal-prezz tal-bejgħ li jammonta għal EUR 328 miljun (jiġifieri EUR […] miljun) fi flus b’żieda mad-dħul ġej minn persentaġġ tal-provvista (b’valur tal-kotba ta’ EUR […(> 90)] miljun) (28).

(78)

L-investigazzjoni ma bidlet xejn fil-pożizzjoni tal-Kummissjoni, li s-sidien ġew injorati fil-konfront tal-ispejjeż tal-likwidazzjoni u tal-ispejjeż tal-bejgħ bil-garanzija ta’ ħlas minn qabel li jammonta għal EUR 250 miljun f’Awwissu tal-2007, għaliex dan l-ammont f’każ li ma jsirx il-bejgħ ma jiġix imħallsa lura. Fi kliem ieħor, peress li s-sidien ta’ qabel ta’ Sachsen LB ma kinux obbligati, li jħallsu lura dawn il-flus imħallsa minn qabel mill-LBBW f’każ li l-bejgħ ma jsirx, investitur li jinnegozja f’suq liberu ma kienx iqis dan il-ħlas bħala spejjeż addizzjonali fil-kwadru ta’ linja ta’ każijiet ipotetiċi li jistgħu imorru kontra fatti.

(79)

Il-Kummissjoni għalhekk kellha tipprova, jekk hux l-ispejjeż marbuta mal-proċess tal-provvista tal-garanzija humiex aktar mill-prezz tal-bejgħ ta’ Sachsen LB. Dann jista’ ikun il-każ, jekk il-valur tat-telf mistenni marbut mal-garanzija ta’ EUR 2,75 biljun ikun aktar mill-EUR […] miljun akkwistati (b’żieda ta’ persentaġġ tal-provvista, b’valur għal kotba li jista’ ilaħħaq il-EUR […] miljun).

(80)

Il-Ġermanja tistma t-telf mistenni marbut mal-garanzija li jkun madwar EUR […(> 800)] miljun (“bad case”), EUR […(< 500)] miljun (“base case”) jew EUR […(< 200)] miljun (“best case”). Id-dubju tal-Kummissjoni, li l-mudell għall-kwantifikazzjoni tat-telf mistenni marbut mal-garanzija jippermetti l-elementi ta’ għajnuna inklużi fil-garanzija, ma setax jiġi mwarrab. Il-Kummissjoni tirrfereri għall-fatt, li skont ġurisdizzjoni regolari, l-element ta’ għajnuna ta’ garanzija, li tingħata għal intrapriża li tinsab f’diffikultajiet, tista’ tkun għolja daqs l-ammont, li effettivament huwa kopert bil-garanzija (f’dan il-każ EUR 2,75 biljun). Barra dan il-Kummissjoni tenfasizza, li l-istat ta’ Sachsen anke fil-“base case” li għalih irkupru malajr tas-swieq huwa assumibbli, minħabba t-telf mistenni, immira prezz negattiv tax-xiri.

(81)

Barra minn hekk fl-investigazzjoni ġiet konfermata s-supożizzjoni tal-Kummissjoni, li investitur li jinnegozja f’suq liberu minħabba fatturi imprevedibbli ta’ dan it-tip kien jaġixxi fuq is-supożizzjoni tax-xenarju “bad case” b’telf mistenni ta’ EUR […(> 800)] miljun. Il-Kummissjoni tirreferi għall-fatt, li l-konklużjonijiet tagħha fil-każ ta’ qabel tal-Bankgesellschaft Berlin  (29) jikkonċiljaw. Kontra l-opinjoni tal-Ġermanja, il-fatt li x-xenarju “base case” jiġi aċċettat, mhuwiex konformi mal-kodiċi tal-prattika kurrenti (30).

(82)

Il-Kummissjoni iżda tikkonċedi, li prezz negattiv tax-xiri f’ċerti eċċezzjonijiet jista’ jiġi aċċettat minn investitur li jinnegozja f’suq liberu, jekk l-ispejjeż tal-likwidiazzjoni li waqgħu fuq il-bejjiegħ ikunu ogħla. Għall-kalkulazzjoni tal-ispejjeż tal-likwidazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati biss dawk ir-responsabbiltajiet, li kieku kien jikkometti ruħu għalihom investitur li jinnegozja f’suq liberu (31). Responsabbiltajiet marbuta ma’ għajnuniet statali huma esklużi, għaliex dawn ma kinux jittieħdu minn investitur li jinnegozja f’suq liberu (32). Ir-responsabbiltà tal-garanzija hija responsabbiltà li tista’ ma tiġix ikkunsidrata (33). Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, li dan il-każ jikkonsisti f’għajnuna u għalhekk issuġġerit miżuri addattati għall-kanċellament tagħha (34). L-ispejjez potenzjali li jinqalgħu waqt proċessi marbuta mar-responsabbiltà tal-garanzija ma jistgħux jiġu klejmjati mill-istat ta’ Sachsen la waqt il-bejgħ hu għandu l-irwol ta’ investitur li jinnegozja f’suq liberu. Il-Ġermanja ma nfurzat l-ebda responsabbiltajiet oħra, li investitur li jinnegozja f’suq liberu għandu jikkunsidra waqt il-kwantifikazzjoni tal-ispejjeż tal-likwidazzjoni.

(83)

Il-Kummissjoni tikkonferma, li hi ma tistax taċċetta l-argument tal-Ġermanja, li it-telf ta’ equities li jammonta għal EUR 880 miljun ikun pertinenti għall-istat ta’ Sachsen, għaliex dan ikun diġa biegħ lil Sachsen LB u m’għandux jikkunsidra it-telf waqt proċessi tal-likwidazzjoni potenzjali, iżda biss l-ispejjeż addizzjonali li jinqalgħu.

(84)

Il-Kummissjoni tinnota, li l-istat ta’ Sachsen bħala propjetarju ta’ parti provda l-garanzija sħiħa u s-sidien l-oħra ma għamlu provvediment għall-ebda mezz fil-garanzija. Bħala ritorn għall-garanzija, li fl-aħjar każijiet (anke jekk mhux probabbli) tammonta mill-inqas għal EUR […] miljun u twassal sa EUR 2,75 biljun, l-Istat ta’ Sachsen immira biss permezz tal-bejgħ ta’ Sachsen LB għal EUR […] miljun.

(85)

Il-Kummissjoni għalhekk tasal għall-konklużjoni, li l-istat ta’ Sachsen beigħ lil Sachsen LB għal prezz tax-xiri negattiv u għalhekk ippermetta lil Sachsen LB għajnuna mill-istat.

7.1.3.   IL-FINANZJAMENT MILL-ĠDID TAS-SUPER-SIV

(86)

Il-Kummissjoni ma qajmet l-ebda oġġezzjoni marbuta mal-liġi tal-kompetizzjoni għall-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV permezz tal-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra u wara l-konklużjoni hi żammet mal-pożizzjoni tagħha, li din il-miżura mhijex għajnuna mill-istat.

(87)

It-twaqqif tas- Super-SIV huwa definittivament marbuta mar-ristrutturar u mal-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW. Mingħajr is-Super-SIV Sachsen LB kien ikollu jkopri telf ta’ mark-to-market ta’ madwar EUR […(0,5-1,5)] Biljun. It-twaqqif tas-Super-SIV huwa għalhekk strettament marbut mar-ristrutturar u l-bejgħ ta’ Sachsen LB. Il-prezz tax-xiri mħallas mill-LBBW u l-evalwazzjoni tal-valur tal-intrapriża tal-bank diġa jippermettu t-twaqqif tas-Super-SIV u l-likwidtà provvista mill-LBBW u l-banek reġjonali.

(88)

Iżda il-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV jista’ jitqies bħala għajnuna mill-istat, jekk l-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra jieħdu kumpens eċċessiv għal-likwidità provvista minnhom u jekk l-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra bil-provvista tal-likwidità maħsuba għas-Super-SIV ma jkunux aġixxew bħala investitur li jinnegozja f’suq liberu.

(89)

Il-provvista tal-likwidità u l-finanzjament mill-ġdid huma parti min-negozju ċentrali ta’ bank. Banek jipprovdu likwidità għal parteċipanti tas-suq, li huma jiffinanzjaw mill-ġdid permezz ta’ self ta’ somom simili. Kull bank jagħżel l-aħjar strateġiji għall-finanzjament mill-ġdid skont l-istruttura attiva-passiva tiegħu (marbuta mal-perjodu tal-validità u mal-oriġini tal-assi), biex ikun hemm titjib fil-qasam tal-ispejjeż sħaħ tal-finanzjament mill-ġdid u għalhekk jillimita ir-riskji marbuta magħhom għall-minimu. Fil-proċess ta’ finanzjament mill-ġdid, id-data tal-maturità ta’ bonds tista’ tiġi mqassra jew imtawwla, jiġu negozjati rati ta’ interessi iżgħar jew isir ftehim fuq taħlita ta’ dawn il-possibiltajiet differenti. Mid-differenza bejn id-dħul minn per eżempju provvista ta’ likwidità (għal żmien twil) u l-ispejjeż ta’ self ta’ flus (għal żmien qasir), hemm il-possibiltà li jsiru xi profitti.

(90)

Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-LBBW u l-banek l-oħra reġjonali m’għandhom l-ebda vantaġġ mill-provvista tal-likwidità meħtieġa għas-Super-SIV. Meta wieħed jikkunsidra in-numru kbir ta’ possibiltajiet ta’investiment fis-suq tal-kapital nazzjonali u internazzjonali l-LBBW u l-banek l-oħra reġjonali setgħu bla dubju ta’ xejn jinvestu l-likwidità provvista għas-Super-SIV banda oħra. Permezz tal-finanzjament mill-ġdid tas- Super-SIV il-volum tal-finanzjament mill-ġdid tagħhom ma żdiedtx. Barra minn hekk permezz tal-finanzjament mill-ġdid ma intlaħaq l-ebda dħul aktar mill-valur attwali tas-suq, speċjalment għaliex kellu jitħallas kumpens għar-riskju baxx riżultat tal-garanzija statali. L-għan tas-Super-SIV huwa li jinżamm is-sett ta’ investimenti sal-maturità. Id-dħul huwa riżultat tar-rimborż tal-assi li huma l-bażi tas-CP tas-sett ta’ investimenti b’dati tal-maturità differenti. Iżda ġie miftiehem, li d-dħul mis-Super-SIV jintuża esklussivament biex jitħallsu l-kumpens għall-garanzija offrut mis-Super-SIV lill-istat ta’ Sachsen, l-ispejjeż tal-ġestjoni tas-Super-SIV u rikompensa adekwata għal-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra għall-provvista tal-likwidità meħtieġa għall-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV.

(91)

Barra dan il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li il-provvista tal-likwidità għas-Super-SIV mogħtija mill-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra saret taħt kundizzjonijiet normali għas-suq u investitur li jinnegozja f’suq liberu, li kieku kien fil-pożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni tal-kreditu, kien jinnegopzja hekk ukoll, b’tal imod li l-għajnuna mill-Istatmarbuta mas-Super-SIV ma tiżdidtx. Kif spjegat aktar 'il fuq, ġiet imħallsa rikompensa adekwata lil banek mid-dħul tas-SIV. Barra dan l-investimenti strutturati tas-sett ta’ investimenti għal valur ta’ EUR 17,5 biljun ġew trasferiti fis-Super-SIV u għandhom jinżammu sal-maturità tagħhom. Il-kriterju deċisiv għall-kwantifikazzjoni tar-riskji marbuta ma’ dan it-trasferiment huwa għalhekk “telf” mal-maturità u mhux telf mark-to-market fuq bażi ta’ suq temporanju ineżistenti. It-telf mistenni (riskju ta’ telf) fil- “bad case” ġie stmat għal EUR […(> 800)] miljun, biex b’hekk l-LBBW xorta kellha għad-dispożizzjoni tagħha s-somma mwarrba ta’ EUR […] biljun. Mil-lat intraprenditorjali, ir-riskju li kkomettew ruħhom għalih l-LBBW u l-banek l-oħra reġjonali jista’ għalhekk jitqies bħala limitat, dan jgħodd ukoll għar-riskju, li l-istat ħa barra mill-garanzija tal-istat ta’ Sachsen ta’ EUR 2,75 biljun. Peress li l-LBBW u l-banek l-oħra reġjonali ġew imħallsa b’interessi noramli għas-suq, f’dan il-każ speċifiku m’hemm l-ebda raġuni, għaliex il-finanzjament mill-ġdid m’għandux jitqies bħala wieħed li sar skont il-prinċipji ekonomiċi tas-suq.

(92)

Barra minn hekk il-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV permezz tal-LBBW u l-banek reġjonali mhuwiex komparibbli mal-ewwel miżura, li hija għajnuna għall-vantaġġ ta’ Sachsen LB. Il-kundizzjonijiet tas-suq f’Diċembru tal-2007 komparat ma’ Awwissu tal-2007 kien inbiddlu b’mod konsiderevoli. F’Awwissu 2007 bażikament ma kienx hemm aktar investituri li kienu lesti, li jinvestu f’Conduit bħas-Super-SIV. Ir-riskju meħud mill-bank pool b’rikompens ta’ […] punti bażiċi marbut mal-fatt li f’dak iż-żmien ma kienx hemm aktar min hu interessat, li jinvesti f’dawn il-Conduits mhuwiex konformi mas-suq. Min-naħa l-oħra f’Diċembru invetituri xtraw mill-ġdid CP b’sigurtà ta’ ħlas minħabba il-kundizzjonijiet imtejjba tas-suq. Barra dan l-iskop tas-Super-SIV kien, li s-sett ta’ investimenti inkorporati fih jinżammu sal-maturità, waqt li l-banek għall-ippuljar xtraw CP li kienu temporanji u li hu żgur li ma jiġux miżmuma sad-data tal-maturità tas-CP. Ir-rikompens mit-Trattat tal-ippuljar kien żgħir ħafna, b’tali mod li investituri minn Ottubru 2007 'l hemm reġgħu xtraw CP barra dawk tat-Trattat tal-ippuljar. L-irkupru tas-suq kien ifisser, li investituri reġgħu interessaw ruħhom għal CP, anke jekkk dawn ma kinux lesti li jħallsu valur nominali. Meta wieħed jikkunsidra ir-riskji ta’ falliment stmati, wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni, li l-finanzjament mill-ġdid permezz tal-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra kien ikun funġibbli għal investitur li jinnegozja f’suq liberu, li kieku sab ruħhu fl-istess sitwazzjoni bħal din l-istituzzjoni tal-kreditu u għalhekk hu ma jinkludi l-ebda għajnuna mill-Istat, li hija aktar mill-valur tal-garanzija mogħtija mill-istat ta’ Sachsen. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, li l-finanzjament mill-ġdid tas-Super SIV ma jinkludix fih aktar għajnuna mill-istat.

7.2.   KONFORMITÀ MAS-SUQ KOMUNI

(93)

Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni il-miżuri in kwistjoni li huma kif spjegat aktar 'il fuq għajnuna mill-istat, jistgħu jiġu ddikkjarati konformi mas-Suq Komuni biss fuq il-bażi tal-Artikolu 87 paragrafu 3 ittri b u c tat-Trattat tal-KE, għaliex il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dan l-Artikolu mhumiex applikabbli.

7.2.1.   L-ARTIKOLU 87 PARAGRAFU 3 ITTRA B TAT-TRATTAT TAL-KE — GĦAJNUNA GĦALL-ELIMINAZZJONI TA’ FALLIMENTI KBAR FL-EKONOMIJA TA’ STAT MEMBRU

(94)

Skont l-Artikolu 87 paragrafu 3 ittra b tat-Trattat tal-KE għajnuna għall-elimnazzjoni ta’ fallimenti kbar fl-ekonomija ta’ stat membru huma konformi mas-Suq Komuni. Il-Kummissjoni iżda tixtieq l-ewwel tagħmilha ċara, li l-CFI tal-Kommuntajiet Ewropej enfasizza, li l-Artikolu 87 paragrafu 3 ittra b tat-Trattat tal-KE huwa biss applikabbli b’mod restrittiv b’tali mod li l-għajnuna m’għandiex tibbenefika minnha l-intrapriża jew fergħa tal-ekonomija biss, iżda li sservi biex jiġi eliminat falliment fl-ekonomija sħiħa ta’ stat membru. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet, li falliment ekonomiku sostanzjali ma jiġix eliminat permezz ta’ għajnuna, li l-iskop tagħha hu, “li jiġu eliminati diffikultajiet ta’ benefiċjarju wieħed […] u mhux tal-fergħa ekonomika kollha”. Barra minn hekk il-Kummissjoni fil-każijiet kollha marbuta ma’ banek f’diffikultajiet li kellha s’issa, qatt ma bbażżat fuq ir-regolamenti tat-Trattat tal-KE.

(95)

L-investigazzjoni kkonfermat l-osservazzjoni tal-Kummissjoni, li l-problemi ta’ Sachsen LB huma attribwiti għal avvenimenti marbuta speċifikament ma’ intrapriża. Barra minn hekk l-informazzjoni li ssottomettiet il-Ġermanja ma kkonvinċitx lill-Kummissjoni, li mill-effetti sistematiċi riżultat ta’ falliment ta’ Sachsen LB tista’ tintlaħaq miżura, li turi “falliment sostanzjali fl-ekonomija” tal-Ġermanja relatata ma’l-Artikolu 87 paragrafu 3 ittra b (35). Għalhekk il-każ preżenti jinvolvi problemi speċifiċi ta’ Sachsen LB, b’tali mod li miżuri bl-iskop ta’ rimedji huma meħtieġa u li jistgħu jittieħdu skont ir-regolamenti għal intrapriżi f’diffikultajiet. Għalhekk il-Kummissjoni m’għandha l-ebda bażi biex tiddikjara li l-miżuri in kwistjoni huma konformi mas-Suq Komuni skont l-Artikolu 87 paragrafu 3 ittra b tat-Trattat tal-KE.

7.2.2.   L-ARTIKOLU 87 PARAGRAFU 3 ITTRA C TAT-TRATTAT TAL-KE: GĦAJNUNA GĦAL INTRAPRIŻI F’DIFFIKULTAJIET

(96)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni Sachsen LB skont numru 9 tad-Direttivi probabilment ma kinitx tkun fil-pożizzjoni li tirreżisti fit-tul il-kriżi tal-likwidità mingħajr il-faċilità tal-likwidità tal-bank pool u mingħajr il-ħlas bil-quddiem ta’ EUR 250 miljun. It-telf imminenti kien iwassal għall-għeluq tal-bank fejn il-kundizzjonijiet f’numru 10 ittra c tad-Direttivi kienu jiġu ssodisfati. Il-Ġermanja ma kinitx appellat għal din il-kwistjoni mal-ftuħ tal-bidu ta’ proċeduri.

7.2.2.1.    Għajnuna tas-salvataġġ

(97)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-opinjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni għall-bidu ta’ proċeduri, li l-ewwel (imma mhux it-tieni) miżura tista’ tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ta’ salvataġġ konformi mas-Suq Komuni tissodisfa il-kundizzjonijiet kollha tan-numru 25 tad-Direttivi u speċjalment dawk spjegati minn issa 'il quddiem.

Forma ta’ għajnuna

(98)

Għajnuna ta’ salvataġġ għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ numru 25 ittra a tad-Direttivi, li riżultat tagħhom għajnuna ta’ salvataġġ għandha tingħata fil-forma ta’ titoli bħala self jew self u għall-ħlas lura tas-self u għall-maturità tas-titoli ikun hemm massimu ta’ sitt xhur żmien mill-ħlas tal-ewwel rata (36).

(99)

Fil-każ preżenti il-bank pool għamlet il-faċilità tal-likwidità disponibbli għal Sachsen LB permezz tal-akkwist tas-CP maħruġa minn Ormond Quay. F’dak li għandu x’jaqsam mal-konferma tal-Ġermanja, li r-riskju ta’ falliment ta’ Sachsen LB huwa marbut mal-pożizzjonijiet tas-suq kapitali il-faċilità tal-likwidità tista’ tiġi kkunsidrata bħala overdraft ta’ EUR 17,1 biljun għal sitt xhur. Fi kliem ieħor il-provvista tal-likwidità hija komparabbli ma kreditu tal-bank pool għal Sachsen LB. Barra dan il-benefiċċju huwa temporanju u l-likwidità provvista titħallas lura f’perjodu ta’ inqas minn sitt xhur wara l-ħlas tal-ewwel rata lill-intrapriża. Il-miżura ma tinkludi l-ebda element strutturali, hija limitata għall-provvista assoluta ta’ likwidità u hija miżura għall-benefiċċju limitat għal sitt xhur.

(100)

Barra dan l-ispejjeż tal-finanzjament mill-ġdid ta’ Sachsen LB permezz tal-faċilità tal-likwidità ma waqgħux fuq livell aktar 'l isfel mir-rati normali tas-suq. Bħalma ssemma fin-numri 0 u 0, dan irriżulta fil-kumpens imħallas minn Sachsen LB skont l-EURIBOR, li fis-6 t’Awwissu 2007 kien jgħodd għal 4,112 (37) miżjuda ma’ […] punti bażiċi, dan ifisser li tħallas kumpens ta’ […], li b’hekk kien aktar mir-rata ta’ interessi tar-referenza għall-Ġermanja li f’Awwissu 2007 kienet 4,62.

Il-minimu meħtieġ

(101)

Skont numru 25(d) l-ammont ta’ għajnuna għas-salvataġġ għandu jkun limitat għall-ammont meħtieġ għall-ġestjoni tal-intrapriża waqt is-sitt xhur, li għalihom ingħatat l-għajnuna. Il-Kummissjoni f’dan il-qasam tagħmel referenza għall-fatt, li l-obbligu tax-xiri tal-bank pool huwa biss għal CP, li ma setgħux jiġu mqiegħda fis-suq. Il-bank pool għalhekk kien obbligat biss, li jixtri kull CP maħruġa minn Ormond Quay, li t-tqegħid tagħhom fis-suq ma kienx possibbli għal investituri oħra ħlief għal banek għall-ippuljar. Fuq din il-bażi l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, li l-provvista tal-faċilità tal-likwidità tkun il-minimu meħtieġ għall-ġestjoni tan-negozju ta’ Sachsen LB.

(102)

Peress li l-maturità tas-CP ma tistax taqbeż ix-xahar, kull xahar ħarġu CP ġodda. Minn Ottubbru tal-2007 ftit investituri (speċjalment [… banek, li huma tas-settur pubbliku)]) reġgħu xtraw CP, li tpoġġew fuq is-suq u ma kinux marbuta mal-kuntratt tal-ippuljar, b’hekk it-Trattat għall-ippuljar tilef l-iskop oriġinali tiegħu.

Biex jiġi evitat tfixkil inaċċettabbli tal-kompetizzjoni

(103)

Skont numru 25 ittra b tad-Direttivi, għajnuna għas-salvataġġ tista’ tiġi ġġustifikata minħabba raġunijiet soċjali urġenti, iżda ma tistax tħalli effetti serji fi Stati Membri oħra. Il-miżura in kwistjoni tista’ tiġi ġġustifikata minħabba raġunijiet soċjali urġenti, għaliex mingħajr il-miżura, Sachsen LB kien ikollu jxolji, sitwazzjoni li kienet tkun marbuta ma’ numru konsiderevoli ta’ ħaddiema mingħajr xogħol. Il-miżura ma kelliex effetti serji fi Stati Membri oħra, għaliex il-bank bir-rekwiżiti finanzjarji tat-Trattat għall-ippuljar ma kienx ikun f’pożizzjoni, li jidħol b’qawwa fis-suq.

Il-prinċipju bażiku tal-għajnuna unika

(104)

Il-prinċipju bażiku tal-għajnuna unika ġie sodisfatt, għaliex s’issa qatt ma ingħatat għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar lill-Sachsen LB.

7.2.2.2.    Għajnuna għar-ristrutturar

(105)

Mir-riżultati tal-investigazzjoni il-Kummissjoni setgħet toħroġ il-konklużjoni, li t-tieni miżura, li hija għajnuna għas-salvataġġ tista’ titqies bħala għajnuna għar-ristrutturar konformi mas-suq Komuni, għaliex hi tissodisfa r-rekwiżiti kollha tad-Direttivi.

Irkupru tal-profitt għal żmien twil

(106)

L-investigazzjoni preżenti l-ewwel tikkonferma, li permezz tar-ristrutturar il-profitt għal żmien twil ta’ Sachsen LB jiġi rkuprat. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni il-bejgħ ta’ Sachsen LB lil-LBBW huwa ta’ importanza kbira għas-soluzzjoni tad-diffikultajiet li inqalgħu u għal żvilupp ekonomiku pożittiv tal-Bank ġewwa l-LBBW-Gruppe. L-LBBW setgħet implimentat il-mudell il-ġdid tan-negozju għal Sachsen LB b’suċċess f’Rheinland-Pfalz. Barra dan il-Ġermanja rreferit għall-fatt, li d-dħul minn equities ta’ Sachsen Bank jista’ jilħaq lill-kompetitur privat.

(107)

Barra dan l-investigazzjoni kkonfermat, li l-LBBW ħadet f’idejha l-orjentazzjoni mill-ġdid tas-settur tan-negozju tal-banek f’Sachsen u neħħiet l-oqsma tan-negozju li kienu qed iġibu telf f’Sachsen għaliex f’Sachsen ma sarx aktar negozju ta’ investiment strutturat ġodda.

(108)

L-ewwel mudell tan-negozju tal-LBBW juri, li l-attività tan-negozju tal-futur ta’ dak li kien Sachsen LB tnaqqset u wieħed qed jikkonċentra fuq tranżazzjonjiet kummerċjali għal intrapriżi u klijenti privati f’Sachsen u fir-reġjuni li jmissu miegħu, waqt li r-responsabbiltajiet ċentrali għandhom jiġu integrati fl-LBBW u jiġu amministrati minn hemm. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, kif joħroġ minn dokumenti il-konċentrament ta’ Sachsen LB fuq klijenti li huma intrapriżi u fuq klijenti privati sinjuri huwa mudell tan-negozju sostenibbli. Dawn l-attivitajiet tan-negozju jieħdu post il-mudell tan-negozju tat-tfaddil; l-LBBW setgħet diġa tipprova din is-sostenibbiltà ta’ dan il-mudell f’Baden-Württemberg u f’Rheinland-Pfalz. Il-Kummissjoni vverifikat it-tbassir dwar l-iżvillup tas-suq marbuta ma’ dan u sabet dan it-tbassir plawsibbli, id-dħul stmat fl-opinjoni tal-Kummissjoni jista’ jintlaħaq. Konsegwenza tar-riżultati spjegati hawn il-bank ta’ Sachsen għandu jkun fil-pożizzjoni, li jikkompeti fis-suq finanzjarju ta’ Sachsen u 'il barra mill-fruntiera bil-ħila tiegħu stess. It-tieni kif joħroġ mid-deskrizzjoni dettaljata tal-fatturi ċikliċi, li wasslu għad-diffikultajiet tal-bank, it-trasferiment tan-negozju ta’ suq kapitali u tan-negozju bi propjetarji lil-LBBW u t-tnaqqis tal-attvità tan-negozju ta’ Sachsen LB Europe stipulata fil-pjan ta’ ristrutturar huma żgur meħtieġa, sabiex żbalji tal-passat ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

(109)

Għal raġunijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni ħadet ħsieb, li fil-pjan ta’ ristrutturar għall-Sachsen LB tidħol ukoll is-soluzzjoni sostenibbli għall-irkupru ta’ profitt għal żmien twil ta’ Sachsen LB bħala enitità awtonoma fiż-żmien tal-bejgħ tal-bank, avolja dan il-mudell minħabba l-integrazzjoni ta’ Sachsen LB mal-LBBW, li permezz tagħha is-sopravivenza ta’ Sachsen LB ġiet żgurata qatt ma ħa forma konkreta. Mill-pjan ta’ ristrutturar, li miegħu ġie anness studju tas-suq u li kien ibbażżat fuq tbassir solidu dwar l-iżvilupp tas-suq joħroġ, li l-mudell tan-negozju magħżul huwa ta’ valur. Dan jista’ jiġi konkluż miċ-ċifri kummerċjali t’hawn fuq, li minnhom irriżulta, li anke fl-aktar każ diffiċlli (“worst case”) id-dħul qabel it-taxxa u l-profitt ta’ Sachsen LB fil-perjodu bejn l-2007 u l-2012 […] ser jiżvillupa b’mod pożittiv. Id-dħul qabel it-taxxa minn tranżazzjonjiet għal klijenti li huma intrapriżi (Corporate Finance) ser jikbru minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun, li tfisser rata ta’ tkabbir annwali akkumulat ta’ […]. Flimkien dawn jirriżultaw għal tkabbir ta’ […] għal sinerġiji u tkabbir ta’ […] għal sinerġiji tad-dħul. Il-[…] għandu jiġi attribwit għall-ispejjeż tar-ristrutturar u għandu jinżel minn EUR […] miljun għal EUR […] miljun. Il-Kummissjoni vverifikat ukoll is-suppożizzjonijiet ibbażati fuq il-pjan ta’ ristrutturar u ma tara l-ebda raġuni għala dan ma jistax jiġri fir-realtà.

7.2.2.3.    Limitazzjoni ta’ għajnuna għall-minimu meħtieġ – kontribuzzjoni privata

(110)

Id-dubju tal-Kummissjoni, li l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ, jista’ jiġi mwarrab. Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u li kontribuzzjoni meħtieġa għar-ristruttutar konformi mar-rekwiżiti fid-Direttivi għandha tingħata mill-fondi privati jiġifieri aktar minn 50 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar jiġu finanzjati minnu stess.

(111)

Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni billi kkunsidrat l-aspetti li ġejjin spjegati.

(112)

L-ewwel, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonjiet legali mingħajr għajnuna, il-bank ġie mibjugħ lil propjetarju ġdid, l-LBBW. L-LBBW iġġorr l-ispejjeż kollha tar-ristrutturar marbuta mat-twaqqif tas-Super-SIV u mal-integrazzjoni ta’ Sachsen LB li ġew stmati minn EUR […] miljun sa EUR […] miljun.

(113)

It-tieni, l-LBBW ħallas qabel kollox kumpens ta’ EUR 250 miljun għat-telf. Barra dan huwa ħa parti tat-telf u l-ħtieġa tal-finanzjament tas-sett ta’ investimenti 1. Barra minn hekk l-LBBW kellu jbiegħ assi partikulari ta’ Sachsen LB. Peress li bħalissa għadu mhux possibbli, li wieħed jgħodd l-ammont ta’ dħul minn dan il-bejgħ, dan ma jistax jitqies bħala kontribuzzjoni privata.

(114)

It-tielet, Sachsen LB kellu bżonn mezzi likwidi ta’ EUR 17,5 biljun għall-finanzjament tal-entità għal skopijiet speċjali tiegħu, li hu investa f’investimenti strutturati. Għalkemm hawnhekk prinċipalment wieħed qed jirreferi għal proċeduri normali ta’ bank (li magħhom kieku m’hemm marbuta l-ebda spejjeż għar-ristrutturar), is-sitwazzjoni kienet tkun differenti fil-każ speċjali ta’ Sachsen LB, li ma kienx jiflaħ iħallas aktar dan it-tip ta’ finanzjament mill-ġdid (38).

(115)

Għalhekk toħroġ il-mistoqsija, jekk hux dan il-finanzjament mill-ġdid jista’ jiġi aċċettat bħala kontribuzzjoni privata.

(116)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni, li l-kundizzjonijiet tal-finanzjament mill-ġdid aċċettati mill-LBBW u l-banek reġjonali l-oħra huma termini u kundizzjonijiet, li kieku kienu jiġu aċċettati ukoll minn investitur li jinnegozja f’suq liberu fl-istess sitwazzjoni, meta wieħed jikkunsidra il-garanzija ta’ EUR 2,75 biljun mogħtija mill-istat ta’ Sachsen. Fil-każ ta’ investituri privat indipendenti dan it-tip ta’ finanzjament mill-ġdid kien ikollu jsir permezz tar-riżorsi kapitali tal-bank akkwistat jew permezz ta’ finanzjament barrani mill-banek l-oħra li jinvestu mogħti skont il-kundizzjonijiet tas-suq (ara paragrafu 7.1.3). Fejn tidħol il-garanzija, is-somma ta’ finanzjament mill-ġdid ta’ EUR 2,75 biljun definittivament mhijiex ħlas mingħajr għajnuna, fejn jista’ jiġi ppruvat, li din setgħet affettwat il-porzjon kollu subordinat, li ġie finanzjat mix-xerrej (39). Il-miżura in kwistjoni għalhekk ma tiġix għajnuna mill-istat, hi sempliċiment tibbenefika minn għajnuna mill-istat.

(117)

Għall-kuntraraju ta’ dan il-Kummissjoni mhix tal-opinjoni, li f’dan it-tip ta’ xenarju l-finanzjament għat-tieni porzjon antiċedenti mill-banek l-oħra indipendenti li jinnegozjaw f’suq liberu jinkludi fih għajnuna. F’dan il-każ il-banek li jinvestu kienu jkunu protetti permezz tal-porzjon subordinat sħiħ ta’ EUR 8,54 biljun (u għalhekk irrispettivament mill-garanzija, li ta l-istat ta’ Sachsen). Id-deċiżjoni tagħhom li jieħdu f’idejhom il-finanzjament mill-ġdid tal-porzjon antiċedenti, hija bbażata fuq il-fatt, li huma kienu gawdew mill-protezzjoni tal-ewwel porzjon sħiħ. Kull tip ta’ għajnuna f’din is-sitwazzjoni kienet tkun limitata għall-ewwel porzjon, sabiex għall-inqas it-tieni porzjoni jkun jista’ jitqies bħala marbut mas-suq liberu u għalhekk bħala kontribuzzjoni privata.

(118)

Il-Kontribuzzjoni privata f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV għalhekk hija ta’ ftit aktar minn EUR 8,75 biljun.

(119)

Fl-aħħar ta’ min jinnota, li EUR […] biljun mill-ispejjeż tar-ristruttrar jistgħu jiġu aċċettati bħala kontribuzzjoni privata. Għalhekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, li l-kontribuzzjoni privata b’kollox tammonta għal 51 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar u għalhekk hija aktar mill-kontribuzzjoni ta’ mill-inqas 50 % meħtieġa fid-Direttivi.

7.2.2.4.    Biex jiġi evitat tfixkil inaċettabbli tal-kompetizzjoni – miżuri ta’ kumpens

(120)

Wara l-investigazzjoni u wara taħditiet mal-Ġermanja l-Kummissjoni hi konvinta, li ġew meħuda biżżejjed miżuri biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetituri. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni il-miżuri huma proporzjonati meta imqabbla ma’ effetti tat-tfixkil kkawżati mill-għajnuna, li prinċipalment jattribwixxu għall-ġestjoni ta’ Sachsen LB -anke bħala parti mill-LBBW.

(121)

Kien hemm tnaqqis ċar fin-negozju tas-suq kapitali. Dan jinkludi speċjalment il-likwidità jiġifieri l-bejgħ ta’ Sachsen LB Europe, li jmur lil hinn mill-intenzjonijiet oriġinali tal-pjan ta’ ristrutturar. L-LBBW kellu l-intenzjoni, li jkompli bl-attività kummerċjali tal-kumpanija sussidjarja f’Dublin anke jekk fuq skala żgħira. Indipendentament mill-fatt, li uħud mill-aktar settijiet ta’ investiment fdati tagħha fil-proċess tal-kriżi finanzjarja urew telf, Sachsen LB Europe hija fornitur ta’servizzi stabbiliti għal investimenti finanzjarji strutturati b’għarfien relevanti. Sachsen LB Europe kellha tkompli n-negozju għal terzi persuni u b’dan il-mod kieent tkun tista’ takkwista dħul permezz ta’ commissions għall-Sachsen LB/LBBW. Sachsen LB Europe kienet sal-iżviluppi li saru fis-sajf tal-2007 is-sors tad-dħul ċentrali tas-Sachsen LB-Gruppe. Barra minn hekk kienu l-fergħat tan-negozju ta’ Sachsen-LB Europe li ġew affettwati min tfixkil minħabba t-tmexxija kompettitiva ta’ Sachsen LB. Il-Kummissjoni għalhekk tqis il-likwidazzjoni jiġifieri l-bejgħ ta’ Sachsen LB Europe bħal miżura effettva ta’ kumpens.

(122)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni il-bejgħ tal-ishma lill-kumpanija sussidjarja East Merchant GmbH, li fin-negozju tas-suq finanzjarju strutturat kellha rwol importanti kienet miżura effettiva ta’ kumpens. East Merchant hija attiva f’ħafna mill-oqsma tan-negozju tas-suq finanzjarju fost l-oħrajn fin-negozju permezz ta’ kiri ta’ trasport u servizzi loġistiċi. L-intrapriża kienet tikkontribwixxi regolarment b’riżultati tajbin għall-profitti ta’ Sachsen LB.

(123)

L-istess jgħodd għall-bejgħ tal-[…]. Biex dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq […], kif issuġġerit aktar 'il fuq, fil-verità ma jistgħux jiġu assoċjati ma’ attivitajiet subprime. Peress li l-bejgħ ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji sussidjarji ma kienx prevvist fil-pjan ta’ ristrutturar tal-LBBW għall-Sachsen LB, il-bejgħ tagħhom jista’ jitqies bħala miżura ta’ kumpens.

(124)

Barra minnhekk il-Ġermanja u l-LBBW ikkommettew ruħhom, li l-bank ta’ Sachsen ma jinnegozjax bħala propjetarju u ma jagħmel l-ebda negozju internazzjonali fil-qasam tal-propjetà immobbli.

(125)

Il-bejgħ deskritt hawn jolqot intrapriżi, li skont il-pjan għall-2008 kellhom jġibu madwar […(> 25)] % tal-profitt ta’ Sachsen LB-Gruppe. Dan għalhekk huwa miżura ta’ kumpens, li fuq livell ta’ skala u tip hija biżżejjed, biex tillimita b’mod adekwat l-effetti tat-tfixkil ta’ din it-tip ta’ għajnuna b’mod sostanzjali (40). Dan minkejja li l-kontribut kbir ta’ għajnuna huwa meqjus relattivament żgħir imqabbel mal-preżenza fis-suq ta’ Sachsen LB u l-miżuri meħuda mill-LBBW jikkontribwixxu ukoll għall-istabilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji.

(126)

Barra dan il-Kummissjoni tammetti, li s-sidien preċedenti tal-bank u dawk li jikkontrollow it-tmexxija m’għandhomx involuti fl-attività kummerċjali ta’ Sachsen LB konsegwentament saret sejħa għat-taqbida tal-Moral Hazard.

(127)

Kollox ma kollox il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-miżuri ta’ kumpens imqabbla huma proporzjonati meta imqabbla mal-effetti tat-tfixkil, li l-għajnuna mogħtija lill-Sachsen LB ikkawżat.

(128)

Il-Kummissjoni żżomm il-pożizzjoni tagħha dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kumpens hawn fuq imsemmija.

8.   SUĠĠERIMENT

(129)

Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni waslet għar-riżutat, li ż-żewġ miżuri in kwistjoni –il-faċilità tal-likwidità u l-provvista ta’ garanzija – ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 88 paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni iżda waslet għall-konklużjoni, li l-faċilità tal-likwidità hija għajnuna għas-salvatġġ u l-garanzija mogħtija għal Sachsen LB hija għajnuna għar-ristrutturar, li skont l-Artikolu 87 paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE ġew meqjusa bħala konformi mas-suq komuni, jekk ir-rekwiżiti relevanti ġew sodisfati–

ĦARĠET ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-faċilità tal-likwidità u l-garanzija li ġew provvduti lil clearing house tal-bank reġjonali ta’ Sachsen (Sachsen LB) b’konnessjoni mal-bejgħ tiegħu, jirrapreżentaw għajnuna mill-Istatskond l-Artikolu 87 paragrafu 1 tat-Trattat tal-KE, li hija konformi mas-Suq Komuni peress li tissodisfa l-kundizzjonijiet u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Il-Pjan tar-ristrutturar għall-Sachsen LB, li l-Ġermanja għaddiet lill-Kummissjoni f’April 2008 jiġi kompletament implimentat.

2.   L-ishma li ġejjin ġew mibjugħa jew likwidati mill-grupp tal-bank reġjonali ta’ Baden-Württemberg (LBBW-Gruppe) lil terzi partijiet indipendenti:

(a)

Sachsen LB Europe plc tiġi mibjugħa jew likwidata għal […]. L-LBBW-Gruppe ma jieħu l-ebda personal ta’ Sachsen LB Europe plc, jekk mhuwiex obbligat bil-liġi u ma joffri l-ebda kuntratti ġodda tax-xogħol lill-personal preżenti ta’ Sachsen LB Europe plc u lanqas jikkonkludi dawn it-tip ta’ kuntratti. Dan l-obbligu huwa validu għal żmien ta’ sentejn wara l-ħruġ tad-deċiżjoni.

(b)

Is-sehem fl-East Merchant GmbH jinbiegħ sal-[…].

(c)

Il-[…] tbiegħ.

3.   L-obbligi li ġejjin jiġu infurzati:

(a)

Il-Ġermanja tiggarantixxi, li Sachsen LB, rappreżentat mill-LBBW, fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel tranżazzjonjiet marbuta ma’ klijent bħala propjetarji għall-assistenza ta’ klijenti tagħhom fil-qasam ċentrali tan-negozju tagħhom. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu sal-aħħar tas-sena 2011.

(b)

Il-Ġermanja tiggarantixxi, li Sachsen LB, rappreżentat mill-LBBW fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel tranżazzjonjiet internazzjonali marbuta ma’ propjetà immobbli għall-assistenza ta’ klijenti fil-qasam tan-negozju bażiku tagħhom bħala negozju indipendenti. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu sal-aħħar tas-sena 2011.

4.   Biex il-konformità tal-kundizzjonijiet u l-obbligi konformi mal-paragrafi 1, 2 u 3 tiġi tkun tista’ tiġi sorveljata, sal-2012 il-Ġermanja għandha tibgħat regolarment rapporti dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-pjan tar-ristrutturar u ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-obbligi.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 71, 18.3.2008, p. 14.

(2)  Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.

(3)  Commercial Papers huma titoli fil-forma ta’ djun għal żmien qasir mhux garantiti, li jingħataw minn banek kbar u intrapriżi kbar għas-suq finanzjarju.

(4)  Bejgħ ta’ malajr ta’ titoli, għal prezz baxx u li jġibu telf.

(5)  Ara E 10/2000 għad-dettalji, ĠU C 146, 19.6.2002, p. 6 u ĠU C 150, 22.6.2002, p. 7) u f’ http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/register/ii/by_case_nr_e2000_0000.html#10

(6)  Qabbel mad-deċiżjoni msemmija fin-nota 1.

(*)  Parti mit-taqsimiet ta’ dan it-test ġew imneħħija b’tikek fil-parentesi minħabba n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni.

(7)  Sachsen LB għamel taħditiet ma’ ħafna banek reġjonali, fost l-oħrajn il-WestLB u l- LBBW.

(8)  Ara d-deċiżjoni msemmija fin-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna, (paragrafu 16). It-tranżazzjoni sħiħa hija deskritta fid-dettal hemm.

(9)  Fil-kontabilità u fl-affarijiet finanzjarji market to market tirreferi għall-valutazzjoni mill-ġdid tas-sitwazzjoni meta wieħed jinnegozja għal rasu bi strument finanzjarju fuq il-bażi tal-prezz kurrenti tas-suq tal-ġurnata għall-istrument finanzjarju rispettiv jew strumenti simili. Għalhekk il-valur definit ta’ future, li jimmatura fi żmien disa’ xhur huwa biss magħruf wara dawn id-disa’ xhur. Iżda jekk hu jiġi soġġett għal evalwazzjoni ta’ market to market għal skopijiet ta’‚ kontabilità, il-valur attwali tal-ġurnata fis-suq liberu jiġi determinat.

(10)  Waqt li l-primjum ta’ riskji qabel il-kriżi kien ta’ 4 sa 5 punti bażiċi, is-suq fl-ogħla livell tal-kriżi kien totalment spiċċut; meta s-swieq reġgħu bdew jirpiljaw bil-mod, ir-rati reġgħu kienu madwar 40 punt bażiku.

(11)  Is-sensiela ta’ investimenti jagħmlu parti Ormond Quay, Sachsen Funding u Synapse ABS.

(12)  LAAM, Georges Quay, Synapse L/S + FI, Omega I + II u assi sintetiżżati oħra (CDO, ABS, CDS, CPPI usw.).

(13)  Peress li l-banek xorta kellhom jagħmlu provvedimenti għal-likwidità, inqalgħu ċerti spejjeż għall-finanzjament mill-ġdid.

(14)  Il-ftehim finali kien jinkludi l-għażla, li il-prezz tax-xiri għal Sachsen LB jista’ jitħallas ukoll b’ishma f’LBBW ekwivalenti għall-valur.

(15)  F’dan il-kuntest fil-pjan ta’ ristrutturar hemm bħala l-aktar miżuri importanti għall-istruttura t-tnaqqis tal-personal minn[…] għal madwar […] ħaddiema, l-introduzzjoni tal-kontroll u l-ġestjoni ta’ riskji aħjar u l-integrazzjoni ta’ rwolijiet ċentrali (inklużi fil-qasam ta’ sistemi informatiċi) fl-LBBW.

(16)  CAGR 2007 - 12 = rata ta’ tkabbir anwali akkumulat għall-perjodu bejn l-2007 u 2012.

(17)  Sadanittant ġie deċiż li, dan il-qasam jiġi trasferit fil-fergħa tal-LBBW f’Sachsen.

(18)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(19)  Gradi ta’ klassifikazzjoni ta’ Diċembru 2007.

(20)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C28/02, korporazzjoni bankarja Berlin, ĠU L 116 tal-14.5.2005, p. 1.

(21)  

“Il-Gvern tal-Ġermanja bi ftehim mal-Bank reġjonali ta’ Baden-Württemberg (LBBW) jiddikkjara mal-Kummissjoni Ewropea l-miżuri ta’ kumpens a-c imsemmija hawn kif ġej:

a.

L-ishma ta’ Sachsen LB, li waqt il-proċess tal-integrazzjoni marru għand l- LBBW, jiġu mibjugħa jew likwidati bi provvedimenti għall-klawsoli li ġejjin:

Sachsen LB Europe PLC tiġi mibjugħa jew likwidizzata sal- […].

L-ishma fil- East Merchant GmbH jinbiegħu sal- […].

[…].

b.

Il-Gvern tal-Ġermanja jiġġarantixxi, li il-bank ta’ Sachsen rappreżentat mill-LBBW, li fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel l-ebda tranżazzjoni f’ismu u għar-riskju tiegħu għall-assitenza ta’ klijenti fil-qasam tan-negozju bażiku tagħhom bħala negozju indipendenti. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu għaż-żmien prevvist ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin.

c.

Il-Gvern tal-Ġermanja jiggarantixxi, li l-bank ta’ Sachsen, rappreżentat mill-LBBW, li fl-ebda wieħed mill-fergħat tiegħu fl-istat ta’ Sachsen ma jagħmel l-ebda tranżazzjonijiet internazzjonali marbuta ma’ propjetà immobbli għall-assitenza ta’ klijenti fil-qasam tan-negozju bażiku tagħhom bħala negozju indipendenti. Dan it-tip ta’ tħaddim huwa validu għaż-żmien prevvist ta’ ristrutturar ta’ erba’ snin.”

(22)  Il-Kummissjoni tassumi, li l-klawsola, skont liema l-LBBW għandu jieħu l-personal, jekk huwa obbligat li jagħmel hekk bil-liġi, tkun valida għall-massimu ta’ 10 ħaddiema u tkun relatat mas-sett ta’ investimenti 1 ta’ valur ta’ EUR 11,8 biljun li l-LBBW ħa l-kontroll tiegħu. Ma jistax jiġi eskluż, li t-trasferiment tas-sett ta’ investimenti jiġi kkunsidrat bħala trasferiment tan-negozju, b’tali mod li l- LBBW ikun obbligat li jieħu l-ħaddiema konċernati. L-għeluq ta’ Sachsen LB Europe ma tistax tiġi influwenzata permezz ta’ dan fejn tidħol l-effiċjenza.

(23)  […]. Dan il-qasam tan-negozju jħalli profitt u ma jiġix milqut mill-kriżi subprime tas-suq tal-abitazzjoni li hawn bħalissa, li minħabba fiha beda jingħata aktar self lil min jissellef, dan jinvolvi aktar riskju u għandu dħul iżgħar jew inqas fiduċja f’min jissellef minn persuni li jissellfu ta’ gradi ogħla.

(24)  “Il-Gvern tal-Ġermanja jikkonferma li […].”

(25)  Ir-responsabbiltà hija riżultat ta’ serje ta’ indikazzjonijiet, li ġew determinati permezz ta’ fatturi speċifiċi marbuta mal-każ u mal-kuntest, li fih ġiet meħuda l-miżura. Għalhekk ikun hemm konnessjonijiet stretti bejn il-bord tad-diretturi tal-banek reġjonali u l-istat. Barra dan il-bank pool, f’dan il-każ proċediet b’konsultazzjonbi stretta mal-BaFin u mal-Bank Ċentrali Ġermaniż.

(26)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 50/06 tas-27.6.2007, BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7, paragrafu 127).

(27)  EUR […] biljun (valur tal-intrapriża Sachsen LB, li wieħed wasal għalih […] fl-analiżi li saret minn qabel ikkummissjonata mill-LBBW) tnaqqas EUR […] miljun (telf fis-sena 2007) tnaqqas EUR […] miljun (ħlas minn qabel) = EUR 328 miljun.

(28)  Il-Kummissjoni tiddikjara, li l-garanzija għas-sigurtà tal-finanzjament mill-ġdid tas-Super-SIV prima facie tidher li hija għajnuna għal Sachsen LB, għaliex permezz tal-garanzija l-bejgħ ta’ Sachsen LB sar possibbli. Mingħajr it-twaqqif tas- Super-SIV, li kien possibbli biss bl-għajnuna tal-garanzija, il-bejgħ ta’ Sachsen LB ma kienx isir. Iżda peress li l-garanzija hija marbuta mas-Super-SIV u s-Super-SIV ma ġietx trasferita lil-LBBW, l-LBBW ma kellha l-ebda vantaġġ.

(29)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ C 28/02, korporazzjoni bankarja Berlin (ĠU L 116, 14.5.2005, p. 1, paragrafu 140).

(30)  Qabbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27.6.2007 fil-każ C50/06, BAWAG; għadha mhix ppubblikata, numru 155.

(31)  Każi legali assoċjati C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Hytasa, Slg. 1994, I-4103, numru 22.

(32)  Qabbel mal-każ legali C-334/99, Gröditzer Stahlwerke, Slg. 2003, I-1139, numru 133 ff., u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 t’April 2008 fil-każ C 56/08, bank ta’ Burgenland, għadha mhix ippubblikat.

(33)  Qabbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 t’April 2008 fil-każ C 56/08, bank ta’ Burgenland, għadha mhix ippubblikata.

(34)  Qabbel man-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna. Ir-responsabbiltà tal-garanzija xorta waħda tibda’ tinġarr, jekk il-bank jiddikjara, li hu ma jistax jissodisfa aktar ir-responsabbiltajiet tiegħu, jiġifieri jiddikjara l-falliment tiegħu. It-tranżazzjoni in kwistjoni tidher għalhekk li tagħti vantaġġ lil Sachsen LB, għaliex hi ma tipproteġix biss lill-kredituri, iżda ukoll tiggarantixxi s-sopravivenza tal-bank.

(35)  Qabbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 t’April 2008 fil-każ NN 25/08, għajnuna għas-salvataġġ ta’ WestLB, (għadha mhix ippubblikata).

(36)  Fis-settur bankarju jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal għajnuna ta’ salvataġġ. Qabbel in-nota ta’ qiegħ il-paġna ma’ numru 25 ittra a tad-Direttivi, li tgħid, li għajnuna li tingħata fil-forma ta’ titoli bħala self jew self, li jissodissfaw ir-rekwiżiti tan-numru 25 ittra a tad-Direttivi, għandha tkun konformi mal-prinċipji komuni validi u ma tistax tinkludi fiha miżuri ta’ finanzjament tat-tip strutturali, li jaffettwaw ir-riżorsi kapitali tal-bank. Qabbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 fil-każ NN 70/07, Northern Rock, għadha mhix ippubblikata, numru 43, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 t’April 2008 fil-każ NN 25/08, għajnuna ta’ salvataġġ għall-WestLB, għadha mhix ippubblikata.

(37)  Peress li l-bank pool iffinanzjat mill-ġdid is-sett ta’ investimenti fuq bażi ta’ xahar xahar, l-EURIBOR ġiet implimentata għal xahar.

(38)  Il-provvista ta’ likwidità permezz ta’ banek kienet ukoll suġġett tal-proċeduri ta’ verifika, li wasslu għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 58/03, Alstom (ĠU L 150, 10.6.2005, p. 24 paragrafu 216). Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2007 fil-każ C 54/06, Bison Bial (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 41, paragrafu 62 ff.).

(39)  Il-Kummissjoni f’każijiet oħra preċedenti ta’ finanzjament mill-ġdid aċċettat, li partijiet mis-self, li ma kinux soġġetti għal garanżija, jiġu meqjusa bħala kontribuzzjoni privata. Għal aktar informazzjoni ara deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7.3.2007 fil-każ C 10/2006, Cyprus Airways Public Ltd. (ĠU L 49, 22.2.2008, p. 25, paragrafu 139).

(40)  Qabbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 58/03, Alstom, ĠU L 150, 10.6.2005, p. 24, paragrafu 201.


Top