This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0313
2009/313/EC: Council Decision of 30 March 2009 concerning the renewal of the Agreement on cooperation in science and technology between the European Community and the Government of the Russian Federation
2009/313/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa
2009/313/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa
ĠU L 92, 4.4.2009, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
4.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Marzu 2009
dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa
(2009/313/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 170, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2000/742/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). |
|
(2) |
L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprevedi, b’mod partikolari, illi l-Ftehim jista’ jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin’. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni 2003/798/KE (3), il-Kunsill approva t-tiġdid ta’ dan il-Ftehim għal l-ewwel perijodu addizzjonali ta’ ħames snin. |
|
(4) |
Fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt Komunità-Russja dwar il-koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija li saret fi Brussell fit-28 ta’ Ġunju 2007, iż-żewġ Partijiet għall-Ftehim esprimew il-qbil tagħhom sabiex iġedduh għal ħames snin oħra. Il-Partijiet jikkunsidraw li t-tiġdid immedjat ta’ dan il-Ftehim ikun ta’ interess reċiproku. Barra minn hekk, fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni Unjoni Ewropea-Russja tas-26 ta’ Mejju 2008, iż-żewġ Partijiet qablu li jieħdu l-passi meħtieġa bil-ħsieb li jġeddu dan il-Ftehim. |
|
(5) |
Il-kontenut tal-Ftehim imġedded għandu jkun l-istess bħall-kontenut tal-Ftehim li se jiskadi fl-20 ta’ Frar 2009. |
|
(6) |
It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem il-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-tiġdid għal perijodu addizzjonali ta’ ħames snin tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Filwaqt li jaġixxi f’isem il-Komunità u skont punt (a) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li l-Komunità temmet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim estiż (*1).
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BENDL
(1) L-Opinjoni mogħtija fit-3 ta' Frar 2009. (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 299, 28.11.2000, p.14.
(3) ĠU L 299, 18.11.2003, p. 20.
(*1) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.