Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0308

    2009/308/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 90, 2.4.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/308/oj

    2.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/23


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-30 ta’ Marzu 2009

    li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2009/308/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1),

    (2)

    Siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Jaime RABANAL GARCÍA,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    Is-Sur Javier VELASCO MANCEBO, Director de la Oficina de Representación del Principado de Asturias.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. BENDL


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p.75.


    Top