This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0306
2009/306/EC: Council Decision of 30 March 2009 concerning the extension and amendment of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of the United States of America
2009/306/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
2009/306/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
ĠU L 90, 2.4.2009, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Marzu 2009
dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
(2009/306/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 170 tiegħu flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE (2), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-14 ta' Ottubru 1998. |
(2) |
L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi, b'mod partikolari, li l-Ftehim jista’ jiġi estiz, b'emendi possibbli, għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2004/756/KE (3), il-Kunsill ġedded il-Ftehim għal perijodu ulterjuri ta' ħames snin b'effett mill-14 ta' Ottubru 2003. |
(4) |
L-Istati Uniti tal-Amerika infurmaw lill-Kummissjoni li se jilqgħu l-estensjoni tal-Ftehim għal ħames snin oħra. Estensjoni rapida għandha fuq kollox tkun fl-aqwa interessi taż-żewġ partijiet. |
(5) |
Il-kontenut materjali tal-Ftehim estiż se jkun identiku għall-kontenut materjali tal-Ftehim li skada fit-13 ta’ Ottubru 2008, bl-eċċezzjoni ta’ emenda teknika li tikkonsisti l-iktar fiż-żieda ta’ riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju fil-lista ta’ setturi għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni, f’konformità mal-ambitu tas-Seba’ Programm Kwadru ta' Riċerka tal-Komunità. |
(6) |
L-estensjoni tal-Ftehim għandha tiġi approvata f'isem il-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-estensjoni, għal perijodu ulterjuri ta' ħames snin, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), suġġett għall-emendi stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, hija b'din approvata f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Konformement mal-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu f'isem il-Komunità, jinnotifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar it-twettiq mill-Komunità tal-proċeduri interni neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim (*).
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BENDL
(1) L-Opinjoni tal-5 ta' Frar 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35.
(3) ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5.
(*) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħila tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
It-test emendat tal-Artikolu 4 tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika
“Artikolu 4
Żoni ta' attivitajiet ta' koperazzjoni
a) |
Is-setturi għall-attivitajiet ta' koperazzjoni jistgħu jinkludu:
|
b) |
Il-Partijiet jistgħu jimmodifikaw din il-lista fuq rakkomandazzjoni tal-Grupp Konġunt Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 6, skont il-proċeduri fis-seħħ għal kull Parti. |
ċ) |
Il-Partijiet jistgħu konġuntement jsegwu attivitajiet ta’ koperazzjoni ma' partijiet terzi.”. |