EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0298

2009/298/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Marzu 2009 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi (novelty lighters) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2078) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/298/oj

27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Marzu 2009

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi (novelty lighters)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2078)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/298/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għall użu mit-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għall-perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għall-perjodi żejda li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE li ġiet emendata darbtejn, l-ewwel mid-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008 u t-tieni darba bid-Deċiżjoni 2008/322/KE (4) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2009.

(4)

Fl-assenza ta’ miżuri oħra adegwati li jindirizzaw il-ħarsien tat-tfal mil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi mtawla għal 12-il xahar oħra u li tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2010.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2009 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Meglena KUNEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41; MT: ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 976.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16; MT: ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 488.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.


Top