Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0148

    2009/148/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/883/KE rigward il-Brażil li tikkonċerna d-data minn meta ġiet awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu laħam frisk tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1040) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 49, 20.2.2009, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/148(1)/oj

    20.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 49/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta' Frar 2009

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/883/KE rigward il-Brażil li tikkonċerna d-data minn meta ġiet awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċertu laħam frisk tal-bovini

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1040)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2009/148/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprovdi li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju adattat għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/642/KE (3), inter alia, li daħħlet mill-ġdid lill-Istati tal-Paranà u São Paulo fid-dħulgħall-Brażil f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, bil-kodiċi tat-territorju BR-3 għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ laħam tal-bovini mingħajr għadam u laħam immaturat minn annimali maqtula nhar jew wara l-1 ta’ Awwissu 2008.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/883/KE (4), emendat iktar dak l-Anness fir-rigward id-dħulgħall-Brażil bil-kodiċi tat-territorju BR-1 biex iddaħħal mill-ġdid lil Mato Grosso do Sul u tinkludi l-bqija tal-Istati ta’ Minas Gerais u Mato Grosso biex tkun permessal-importazzjoni fil-Komunità tal-laħam tal-bovini mingħajr għadam u laħam immaturat minn annimali maqtula nhar jew wara l-1 ta’ Diċembru 2008. Madanakollu, l-Artiklu 2 tad-Deċiżjoni 2008/883/KE tippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċanga friska mingħajr għadam u mmaturata mit-territorju bil-kodiċi BR-1 kif iddefenit fid-Deċiżjoni 2008/642/KE u li ġejja minn annimali maqtula qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 sal-14 ta’ Jannar 2009.

    (5)

    Għandu jingħata iktar żmien biex ikun possibbli li ħażniet ta’ laħam tal-bovini minn annimali maqtula nhar jew qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 mit-territorju tal-Brażil bil-kodiċi BR-1 kif stipulat fid-dħul għal dak il-pajjiż f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 2008/642/KE, jkomplu jkunu jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità minħabba li m’hemmx tħassib dwar is-saħħa tal-annimali, billi dawk it-territorji huma diġà awtorizzati sa minn qabel dik id-data għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità. Għalhekk, l-Artiklu 2 tad-Deċiżjoni 2008/883/KE għandu jkun emendat biex dawk l-importazzjonijiet jkunu permessi sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2008/883/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 2008/883/KE, l-Artikolu 2 hu mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Kunsinni ta’ laħam ta’ bovini frisk, mingħajr għadam u mmaturat mit-territorju tal-Brażil bil-kodiċi BR-1, kif stipulat fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/642/KE (*), minn annimali maqtula nhar jew qabel l-1 ta’ Diċembru 2008 jistgħu jibqgħu jiġu importati fil-Komunità sat-30 ta’ Ġunju 2009.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

    (3)  ĠU L 207, 5.8.2008, p. 36.

    (4)  ĠU L 316, 26.11.2008, p. 14.


    Top