Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0147

2009/147/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Frar 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1013)

ĠU L 49, 20.2.2009, pp. 43–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/147(1)/oj

20.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Frar 2009

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1013)

(It-testi Olandiżi, Ġermaniżi u Sloveni biss huma awtentiċi)

(2009/147/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu, jew huma ppjanati li jittieħdu, bl-għan li jiġu miġġielda organiżmi ta’ ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti.

(2)

Il-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja lkoll stabbilixxew programm ta’ azzjonijiet biex jeqirdu organiżmi ta’ ħsara lill-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew. Il-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja applikaw għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal dawn il-programmi fil-limitu taż-żmien stabbilit fid-Direttiva 2000/29/KE u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2002 tal-14 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fuq is-saħħa tal-pjanti u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2).

(3)

It-tagħrif tekniku mogħti mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b’mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. Għaldaqstant, huwa xieraq li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità biex tkopri n-nefqa fuq dawn il-programmi.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tkopri sa 50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, skont l-Artikolu 23(5) it-tielet paragrafu tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal parti mill-programm ippreżentat mill-Olanda għall-kontroll ta’ Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, għandha titnaqqas ladarba l-programm innotifikat minn dan l-Istat Membru diġà kien suġġett għal fondi mill-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/877/KE (3).

(5)

Skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE l-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-introduzzjoni tal-organiżmu ta’ ħsara rilevanti ġietx ikkawżata minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejbiet tal-verifika tagħha.

(6)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), il-miżuri għas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju ta’ dawn il-miżuri, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2008 biex tkopri n-nefqa mġarrba mill-Ġermanja, l-Olanda u s-Slovenja relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikat fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet bl-għan li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati mill-programmi ta’ eradikazzjoni elenkati fl-Anness hija hawnhekk approvata.

Artikolu 2

1.   Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta’ EUR 871 953.

2.   Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm għandha tkun kif indikata fl-Anness.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

evidenza tal-miżuri meħuda tkun ingħatat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

(b)

talba għall-ħlas tkun tressqet mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1040/2002.

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju tal-Olanda u lir-Repubblika Slovena.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38.

(3)   ĠU L 344, 28.12.2007, p. 51.

(4)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


ANNESS

PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI

Tifsira:

a= Is-sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni.

Taqsima I —   Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli.

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

Nefqa eleġibbli

(EUR)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

Għal kull programm

Il-Ġermanja, ir-reġjun ta’ Baden-Württemberg

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

481 817

240 908

Il-Ġermanja, ir-reġjun tal-Bavarja

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

197 319

98 659

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Zea mays

2006

125 320

62 660

L-Olanda

PSTVd

Brugmansia spp, Solanum jasminoides

2006, 2007

687 606

343 803

L-Olanda

TRSV

Hemerocallis spp, Iris spp.

2006

148 589

74 294

Is-Slovenja

Dryocosmus kuriphilus

Castanea sp.

2007

41 307

20 653


Taqsima II —   Programmi li għalihom ir-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressività.

L-Istat Membru

L-organiżmi ta’ ħsara miġġielda

Il-pjanti milquta

Sena

a

Nefqa eleġibbli

(EUR)

Rata

(%)

Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità

(EUR)

L-Olanda

Diabrotica virgifera

Zea mays

2007

3

68 837

45

30 976


It-total tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (EUR)

871 953


Top