Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0126

    2009/126/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta' Frar 2009 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2009 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 801)

    ĠU L 44, 14.2.2009, p. 79–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/126(1)/oj

    14.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 44/79


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-13 ta' Frar 2009

    dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2009

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 801)

    (It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

    (2009/126/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 17(3),

    Billi:

    (1)

    Il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut jeħtieġu miżuri speċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħxejjex. Dawk il-miżuri jinkludu miżuri li jqumu ħafna għas-saħħa tal-pjanti.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE tal-10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Ażores u Madeira (2) tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skont il-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, l-Ażores u Madeira.

    (3)

    L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw programm lill-Kummissjoni għall-2009 li jistipula l-miżuri tas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jiġu mwettqa, id-dewmien tagħhom u l-ispiża tagħhom bil-ħsieb tal-possibbilità ta’ kontribut finanzjarju Komunitarju. Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2007/609/KE.

    (4)

    Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (3), il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew ta’ Garanzija Agrikolu. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir- Regolament għandhom japplikaw.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Kontribut finanzjarju Komunitarju lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2009, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness, huwa approvat.

    Għandu jkun limitat għal 60 % tal-ispiża eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness, b’massimu ta’ EUR 246 660 (eskluża l-VAT).

    Artikolu 2

    1.   Għandhom jiġu mħallsa EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum minn wara li tasal talba ta’ ħlas minn Franza.

    2.   Il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta’ implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2010.

    Dan ir-rapport għandu jkun fih:

    (a)

    valutazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta’ kisba tal-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi u progress miksub, u evalwazzjoni tal-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku, kif ukoll

    (b)

    dikjarazzjoni tal-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa proprja mqassma skont is-sottoprogramm u l-miżura.

    3.   Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B tal-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sottoprogramm f’limitu ta’ 15 % tal-kontribut Komunitarju għal dan is-sottoprogramm, sakemm l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u li b’hekk l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi.

    Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Franza.

    Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 182.

    (2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.

    (3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    ANNESS

    PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2009

    Parti A

    PROGRAMM

    Il-programm għandu jikkonsisti f’erba’ sottoprogrammi:

    (1)

    sottoprogramm interdipartimentali:

    (a)

    Miżura 1.1: żvilupp ta’ metodi ta’ detezzjoni għal organiżmi li jagħmlu ħsara bbażati fuq reazzjoni katina ta’ polymerase (PCR)

    (b)

    Miżura 1.2: appoġġ għat-trasferiment tal-materjal tal-pjanti taċ-Ċitru.

    (2)

    sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Martinique:

    (a)

    Miżura 2.1: stħarriġ fitosanitarju u twaqqif tal-għodda għat-tmexxija integrata tal-kwistjonijiet tas-saħħa tal-pjanti;

    (3)

    sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Guyane:

    (a)

    Miżura 3.1: tmexxija ta’ sistema agrikola fitosanitarja ta’ twissija għall-produzzjoni tar-ross;

    (4)

    sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Guadeloupe:

    (a)

    Miżura 4.1: tmexxija ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli;

    (b)

    Miżura 4.2: tmexxija tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika;

    Parti B

    TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT

    (F’EURO), b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija

    Sottoprogrammi

    Riżultati

    (S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju)

    Spejjeż eliġibbli

    Kontribut nazzjonali

    Kontribut tal-KE

    Sottoprogramm inter-DOM:

    Mżura 1.1

    Metodu ta’ PCR kwantitattiv (R)

    120 000

    48 000

    72 000

    Mżura 1.2

    Riċerka fuq il-materjal tal-pjanta taċ-Ċitru

    50 000

    20 000

    30 000

    Sottototal

     

    170 000

    68 000

    102 000

    Martinique

    Mżura 2.1

    Stħarriġ fitosanitarju u metodi ta’ kontroll ġodda għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara (S)

    95 600

    38 240

    57 360

    Sottototal

     

    95 600

    38 240

    57 360

    Guyane

    Mżura 3.1

    Tmexxija ta’ sistema fitosanitarja agrikola ta’ twissija (S)

    112 000

    44 800

    67 200

    Sottototal

     

    112 000

    44 800

    67 200

    Guadeloupe

    Mżura 4.1

    Tmexxija ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli (S)

    18 500

    7 400

    11 100

    Mżura 4.2

    Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji ta’ introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara (S)

    15 000

    6 000

    9 000

    Sottototal

     

    33 500

    13 400

    20 100

    Total

     

    411 100

    164 440

    246 660


    Top