Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0123

    2009/123/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta' Frar 2009 li taħtar membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 42, 13.2.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/123(1)/oj

    13.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 42/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta' Frar 2009

    li taħtar membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2009/123/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Portugiż,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Vasco CORDEIRO sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    Is-Sur André Jorge DIONÍSIO BRADFORD, Secretário Regional da Presidência, Ponta Delgada, Açores.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. KALOUSEK


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top