Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0081

    2009/81/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 26, 30.1.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/81(1)/oj

    Related international agreement

    30.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 26/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Diċembru 2008

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

    (2009/81/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri fis-16 ta' Settembru 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/777/KE (2).

    (2)

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 2007.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (3) huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussel, 18 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  L-Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 267, 8.10.2008, p. 23.

    (3)  ĠU L 267, 8.10.2008, p. 25.


    Top