This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0079
2009/79/EC: Commission Decision of 23 January 2009 establishing the Committee of European Insurance and Occupational Pensions Supervisors (Text with EEA relevance)
2009/79/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/79/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2010; Imħassar b' 32010R1094
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Jannar 2009
li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/79/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/6/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (1) (minn issa ‘l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fl-24 ta’ Novembru 2003, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. |
(2) |
Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess ta’ Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3). |
(3) |
Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju. |
(4) |
Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4). |
(5) |
Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5). |
(6) |
Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward. |
(7) |
Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, filwaqt li l-Kumitat għandu jqis l-aspetti regolatorji u superviżorji dwar it-tali arranġamenti, ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali, bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, u partikolarment, il-kwistjonijiet dwar is-sħubija (l-affiljazzjoni) obbligatorja jew dwar il-ftehimiet kollettivi. |
(8) |
Il-mandat tal-Kumitat għandu jkopri s-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji għandha titwettaq fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji. |
(9) |
Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji. |
(10) |
Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità. |
(11) |
Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni. |
(12) |
Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat. |
(13) |
Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti. |
(14) |
Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu. |
(15) |
L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tal-gruppi tal-assigurazzjoni u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
(16) |
Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-gruppi tal-assigurazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. |
(17) |
Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ. |
(18) |
Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa. |
(19) |
Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu r-rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-setturi tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati. |
(20) |
Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja. |
(21) |
Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità. |
(22) |
Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri. |
(23) |
Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat. |
(24) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2004/6/KE għandha tiġi rrevokata, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’dan huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).
Artikolu 2
Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u tal-konglomerati finanzjarji, minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.
Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.
Artikolu 3
Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards.
Artikolu 4
1. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:
(a) |
ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja; |
(b) |
jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom; |
(ċ) |
jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità; |
(d) |
jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi; |
(e) |
jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi; |
(f) |
jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju; |
(g) |
janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat. |
2. Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.
3. Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi l-approċċi superviżorji komuni.
Artikolu 5
1. Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.
2. Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.
Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.
Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.
3. Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita pożizzjoni komuni fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.
4. Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
Artikolu 6
1. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.
2. Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-persunal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.
3. Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji komuni.
4. Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.
Artikolu 7
1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sabiex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.
3. Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.
4. Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.
5. Il-Kumitat ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, partikolarment is-sħubija obbligatorja u l-ftehimiet kollettivi.
Artikolu 8
1. Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.
2. Kull meta d-diskussjoni dwar agendum jinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni ssupervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-membri involuti direttament.
Artikolu 9
1. Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.
2. Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.
3. Il-president tal-Kumitat għandu jkollu kuntatt regolari mal-presidenti tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej tal-anqas darba fix-xahar.
Artikolu 10
Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.
Artikolu 11
Il-Kumitat għandu jikkoopera fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej f’Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.
Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji bħala osservaturi.
Artikolu 12
Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.
Artikolu 13
Il-Kumitat għandu jistabbilixxi programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.
Artikolu 14
Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.
Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.
Artikolu 15
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.
Artikolu 16
Id-Deċiżjoni 2004/6/KE hija rrevokata.
Artikolu 17
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(3) COM(2007) 727 finali.
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.
(5) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.
(6) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.