This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0076
2009/76/EC: Council Decision of 20 January 2009 amending Decision 1999/70/EC concerning the external auditors of the national central banks, as regards the external auditor of the Bank Ċentrali ta′ Malta/Central Bank of Malta
2009/76/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali
2009/76/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Jannar 2009 li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali
ĠU L 25, 29.1.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
29.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 25/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Jannar 2009
li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali
(2009/76/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/19 tal-5 ta' Diċembru 2008 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja 2008. Hu għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2009. |
|
(3) |
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda li KPMG jinħatru bħala l-awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013. |
|
(4) |
Huwa opportun li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(15) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“15. KPMG huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK