Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0064

    2009/64/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Jannar 2009 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 119)

    ĠU L 23, 27.1.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2017; Imħassar b' 32017D1583

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/64(1)/oj

    27.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 23/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Jannar 2009

    li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 119)

    (2009/64/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b’mod partikolari, il-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Istandard Internazzjonali ISO 17994:2004(E) jiddiskrivi l-kriterji u l-proċeduri għal valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi

    (2)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2006/7/KE, l-Istandard Internazzjonali ISO 17994:2004(E) “Standard tal-Ilma – Kriterji biex tiġi stabbilita ekwivalenza bejn metodi mikrobijoloġiċi” għandu jkun speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta’ metodi mikrobijoloġiċi.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.


    Top