EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0045

2009/45/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

ĠU L 19, 23.1.2009, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/45(1)/oj

23.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 19/49


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f’konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2009/45/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2008, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità sabiex jikkomplementaw il-finanzjament tal-baġit 2009, lil hinn mil-limiti massimi tal-intestatura 4, ta’ EUR 420 miljun għall-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, l-Istrument tal-Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 420 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji.

Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkomplementa l-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

E. WOERTH


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top