Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0040

    2009/40/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Jannar 2009 li taħtar membru wieħed Daniż u żewġ membri supplenti Daniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 16, 21.1.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/40(1)/oj

    21.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 16/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 ta' Jannar 2009

    li taħtar membru wieħed Daniż u żewġ membri supplenti Daniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2009/40/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

    (2)

    Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura Eva NEJSTGAARD. Żewġ postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara r-riżenja tas-Sur Bjørn DAHL u wara li ntemm il-mandat tas-Sinjura Anna Margrethe KAALUND.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sur Jens Jørgen NYGAARD, 1. Viceborgmester, Egedal Kommune

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sinjura Anna Margrethe KAALUND, Byrådsmedlem, Viborg Kommune (bidla fil-mandat)

    Is-Sur Jens STENBÆK, Viceborgmester, Holbæk Kommune

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. GANDALOVIČ


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top