Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009B0656

    2009/656/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007

    ĠU L 255, 26.9.2009, p. 144–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/656/oj

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/144


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ April 2009

    dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007

    (2009/656/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0177/2009),

    1.

    Jinnota li l- kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2007;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 45.

    (2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 130.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top