Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009B0644

    2009/644/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007

    ĠU L 255, 26.9.2009, p. 116–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/644/oj

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/116


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ April 2009

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007

    (2009/644/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007 (1),

    wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (5588/2009 – C6-0060/2009),

    wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b’mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta’ Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji (4), u b’mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0161/2009),

    1.

    Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2007;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 57.

    (2)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 142.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top