EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009B0632

2009/632/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2007

ĠU L 255, 26.9.2009, p. 30–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/632/oj

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/30


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2007

(2009/632/KE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (SEC(2008)2359 – C6-0415/2008) (2),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2007 (3),

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza 2006 (COM(2008) 629, COM(2008) 628) u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġa ma’ dawn ir-rapporti (SEC(2008) 2579, SEC(2008) 2580),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2007” (COM(2008) 338),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2007 (COM(2008) 499) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 2361),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2008) 112),

wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-inizjattiva Ewropea favur it-trasparenza, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Mejju 2006 (COM(2006) 194),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta’ verifika waħda (single audit) (u l-proposta relatata ma’ qafas ta’ kontroll intern Komunitarju) (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-pjan direzzjonali għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2005) 252),

wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2006) 9), ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007) 086) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2007) 311),

wara li kkunsidra l-ewwel rapport ta’ nofs is-sena dwar it-tabella tal-progress tal-applikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat, ippubblikat fid-19 ta’ Lulju 2006 (SEC(2006)1009), konformi mat-talba magħmula mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu maħruġa mad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2004,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri; id-“dikjarazzjonijiet nazzjonali” tal-Istati Membri; u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika (5),

wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta tal-azzjonijiet strutturali (COM(2008) 097),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni s-Sinjura Hübner u s-Sur Špidla lill-Kummissjoni fejn ippreżentaw rapport intermedjarju dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-funzjoni ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta tal-azzjonijiet strutturali (SEC(2008) 2756) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 2755),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta’ kontroll intern integrat (COM(2008) 110) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 259),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (6),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar interpretazzjoni komuni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żbalji (COM(2008) 866) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni maħruġ ma’ dan ir-rapport (SEC(2008) 3054),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-aġenziji esekuttivi għall-esekuzzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007 (5589/2009 – C6-0056/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 246 u l-Artikoli li jsegwu tat-Trattat KE, fir-rigward tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-istandards internazzjonali tal-verifika u l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, b’mod partikolari dawk applikabbli għas-settur pubbliku,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-Aġenziji Esekuttivi inkarigati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (9), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji esekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji esekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (10), u b’mod partikulari l-Artikolu 66(1) u (2) tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija esekuttiva, l-Aġenzija Esekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/372/KE tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0168/2009),

A.

billi, skont l-Artikolu 274 tat-Trattat KE, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skont il-prinċipju ta’amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Esekuttiva għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali tad-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III - Kummissjoni u Aġenziji Esekuttivi;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III – Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali ta’ dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Esekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 278, 31.10.2008, p. 29.

(4)  ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.

(6)  ĠU C 311, 5.12.2008, p. 79.

(7)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(11)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(12)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.


Top