Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009A0903(01)

    Opinjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Settembru 2009 li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjoattiv mir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjoattiv f'Bátaapáti, l-Ungerija, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

    ĠU C 208, 3.9.2009, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 208/1


    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta’ Settembru 2009

    li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjoattiv mir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjoattiv f'Bátaapáti, l-Ungerija, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

    (biss it-test Ungeriż huwa awtentiku)

    2009/C 208/01

    Fl-10 ta' Marzu 2008, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Ungeriż, Dejta Ġenerali rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjoattiv mir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjoattiv f'Bátaapáti.

    Il-Kummissjoni, biex ikollha għad-dispożizzjoni tagħha ġabra komprensiva ta' dejta, fl-10 ta’ Lulju 2008 u fl-24 ta’ Novembru 2008 kellha titlob għal informazzjoni addizzjonali, li Gvern Ungeriż ipprovdilha fit-2 ta’ Settembru 2008, fid-19 ta’ Novembru 2008 u fit-30 ta’ Marzu 2009.

    Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

    (1)

    Id-distanza bejn ir-repożitorju u l-eqreb bliet fi Stati Membri oħra hija 131 km għar-Rumanija, 165 km għas-Slovenja, 172 km għas-Slovakkja u 186 km għall-Awstrija.

    (2)

    Matul il-perjodu tal-operat tar-repożitorju:

    Fil-kundizzjonijiet normali, ir-rilaxxi ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhux se joħolqu esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor,

    L-iskart radjoattiv solidu prodott fis-sit sejjer jintrema taħt l-art,

    Rilaxxi mhux ippjanati ta' effluwenti radjoattivi, li jistgħu jokkorru wara inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhumiex tali li mistenni li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

    (3)

    Wara l-perjodu tal-operat tar-repożitorju:

    Sew il-miżuri previsti fl-għeluq aħħari tar-repożitorju kif ukoll il-karatteristiċi naturali tas-sit, kif deskritti fid-Dejta Ġenerali, joffru evidenza affidabbli li l-konklużjonijiet imsemmija fil-punt 2 ta' hawn fuq sejrin jibqgħu validi fit-tul.

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjoattiv, ikun f'liema forma jkun, li jirriżulta mir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjoattiv f'Bátaapáti, l-Ungerija, kemm matul iż-żmien tal-operat normali tiegħu kif ukoll wara l-għeluq aħħari tiegħu, u anki fil-każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhuwiex tali li jista' jirriżulta f'kontaminazzjoni radjoattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.


    Top